Ġob 39:1-30

39  “Sirt taf meta hu ż-​żmien stabbilit biex jildu l-​mogħoż tal-​muntanja li jkunu fuq il-​blat għoli?+Tosserva preċiż meta ċ-​ċriev jildu+ bl-​uġigħ tal-​ħlas?   Tgħoddhom int ix-​xhur qamrin li jgħaddu minn fuqhom,Jew sirt taf meta hu ż-​żmien stabbilit sabiex jildu?   Jinżlu kokka meta jferrgħu ż-​żgħar tagħhom,Meta jeħilsu mill-​uġigħ tagħhom.   Uliedhom jissaħħu, jikbru fil-​kampanja;Fil-​fatt, jitilqu u ma jerġgħux lura għandhom.   Min telaq ħielsa liż-​żebra,+U min ħall l-​irbit tal-​ħmar salvaġġ,   Li jien tajtu daru fil-​pjanura tad-​deżertU l-​art mielħa bħala l-​postijiet fejn jgħammar?+   Jidħaq bl-​għagħa taʼ belt żgħira;Il-​ħsejjes taʼ min isegwih+ ma jismagħhomx.   Jitkixxef il-​muntanji għall-​mergħa tiegħu+U jfittex kull tip taʼ pjanta ħadra.+   Ikun irid jaqdik barri salvaġġ,+Jew jgħaddi l-​lejl ħdejn il-​maxtura tiegħek? 10  Torbtu sew barri salvaġġ bil-​ħbula tiegħu fir-​radda,Jew iwitti l-​ħamrija+ tal-​pjanuri l-​baxxi warajk? 11  Tafda fih int għaliex il-​qawwa tiegħu hi kotrana,U terħi fuqu t-​taħbit tiegħek? 12  Tistrieħ fuqu biex iġib lura ż-​żerriegħa tiegħekU biex jiġmagħlek il-​qmuħ fil-​qiegħa tad-​dris tiegħek? 13  Tferfer in-​nagħma l-​ġewnaħ tagħha b’mod ferrieħi,Jew għandha hi l-​pinen u r-​rix taċ-​ċikonja?+ 14  Għax hi titlaq il-​bajd tagħha fl-​artU fit-​trab iżżommhom sħan, 15  U tinsa li xi sieq tistaʼ tfarrakhomJew tistaʼ saħansitra tirfishom xi bhima salvaġġa tal-​kampanja. 16  Tittratta lil uliedha bil-​goff, bħallikieku ma kinux tagħha+Għalxejn it-​taħbit tagħha għaliex ma tinkeddx. 17  Għax Alla ġegħelha tinsa l-​għerf,U ma tahiex sehem mill-​abbiltà li tifhem.+ 18  X’ħin tferfer ġwinħajha fl-​għoli,Tidħaq biż-​żiemel u bir-​rikkieb tiegħu. 19  Tistaʼ int tagħti l-​qawwa liż-​żiemel?+Tistaʼ tlibbislu għonqu b’xuxa tħaxwex? 20  Tistaʼ ġġiegħlu jaqbeż bħal ġurat?Il-​qawwa taʼ l-​infiħ tiegħu hi tal-​biżaʼ.+ 21  Iħabbat nagħlu+ fil-​pjanura l-​baxxa u jaqbeż bis-​saħħa;Joħroġ biex jiffaċċja l-​armi.+ 22  Jidħaq bit-​tkexkix, u ma jitwerwirx;+Lanqas idur lura minħabba xi sejf. 23  Meta tolqot mal-​ġenb tiegħu, barżakka tal-​vleġeġ iċċekċek,Ix-​xafra taʼ lanza u ġavellott. 24  Bid-damdim u l-​ansjetà jiblaʼ l-​art,U ma jemminx li hu l-​ħoss taʼ qarn. 25  Malli jindaqq il-​qarn jgħid Aħa!U mill-​bogħod ixomm il-​battalja,L-​għagħa tal-​kapijiet u l-​għajta tal-​gwerra.+ 26  Huwa minħabba l-​abbiltà tiegħek li tifhem li l-​falkun jibqaʼ tielaʼ ’l fuq,Li jifrex ġwinħajh lejn ir-​riħ min-​nofsinhar? 27  Jew hu bl-​ordni tiegħek li ajkla+ ttir ’il fuqU tibni l-​bejta tagħha fl-​għoli,+ 28  Li fuq il-​blat għoli tgħammar u toqgħod matul il-​lejlFuq is-​sinna taʼ blata għolja u post li ħadd ma jilħqu? 29  Minn hemmhekk ikollha tfittex l-​ikel;+Fil-​bogħod jibqgħu jħarsu għajnejha. 30  U l-​frieħ tagħha jibqgħu jsoffu d-​demm;U fejn ikunu l-​maqtulin, hemmhekk tkun hi.”+

Noti taʼ taħt