Ġob 38:1-41

38  U Ġeħova wieġeb lil Ġob minn ġor-​riefnu+ u qallu:   “Min hu dan li qed joskura l-​paririBi kliem mingħajr għarfien?+   Ħażżem ġenbejk, jekk jogħġbok, bħal raġel b’saħħtu,U ħa nistaqsik, u int għarrafni.+   Fejn kont int meta jien sejjist l-​art?+Għidli, jekk għandek l-​abbiltà li tifhem.   Min stabbilixxa l-​qisien tagħha, jekk taf,Jew min medd fuqha l-​ħabel tal-​kejl?   Fiex ġew imdeffsin il-​pedestalli tagħha,+Jew min qiegħed il-​ġebla tax-​xewka tagħha,   Meta l-​kwiekeb taʼ fil-​għodu+ għajtu bil-​ferħ flimkien,U l-​ulied* kollha t’Alla+ bdew jgħajtu b’tifħir?   U min għalaq il-​baħar bil-​bibien,+Li beda jfawwar bħal meta ħareġ b’qawwa mill-​ġuf;   Meta jien qegħedt is-​sħab bħala l-​libsa tiegħuU d-​dlam ċappa bħala l-​fisqija tiegħu, 10  U stabbilejt ir-​regolament tiegħi fuquU qegħedt stanga u bibien,+ 11  U ssoktajt ngħidlu, ‘S’hawnhekk tasal, u mhux iżjed;+U s’hawnhekk hu l-​limitu tal-​mewġ għoli tiegħek’?+ 12  Qatt kemm ilek ħaj ikkmandajt lill-​għodwa?+ Ġegħeltu int liż-​żerniq ikun jaf postu, 13  Biex jaqbad l-​art mit-​truf tagħha,U jfarfar minnha l-​ħżiena?+ 14  Tinbidel bħat-​tafal+ taħt siġill,U l-​affarijiet jieħdu posthom bħallikieku mżejnin bl-​ilbies. 15  Mill-ħżiena d-​dawl tagħhom jinżamm lura,+U d-​driegħ merfugħ jitkisser.+ 16  Wasalt int sa l-​għejun tal-​baħar,Jew imxejt+ ’l hemm u ’l hawn biex tfittex l-​ilmijiet fondi?+ 17  Inkixfu għalik il-​bibien tal-​mewt,+Jew tistaʼ tarahom il-​bibien tad-​dlam ċappa?+ 18  Ikkunsidrajt int b’intelliġenza l-​wesgħat taʼ l-​art?+Għidli, jekk sirt taf dan kollu. 19  Fejn hi, issa, it-​triq li tagħti għal fejn jgħammar id-​dawl?+U d-​dlam, fejn hu, issa, postu, 20  Biex tieħdu sal-​fruntiera tiegħuU tifhem it-​toroq li jagħtu għal daru? 21  Sirt taf għax kont imwieled dak iż-​żmien,+U għax fl-​għadd jiemek huma ħafna? 22  Dħalt int fl-​imħażen tal-​borra,+Jew tarahom l-​imħażen tas-​silġ,+ 23  Li rfajthom għal żmien l-​hemm,Għal jum il-​ġlieda u l-​gwerra?+ 24  Fejn hi, issa, it-​triq li biha jitqassam id-​dawl,U r-​riħ mil-​lvant+ jinxtered ’l hemm u ’l hawn fuq l-​art? 25  Min fetaħ kanal għall-​għargħarU triq għas-​sħaba tal-​maltempata bir-​ragħad,+ 26  Biex tinżel ix-​xita fuq l-​art, fejn m’hemm ebda bniedem,+Fuq ix-​xagħri, li fih m’hemm ebda bniedem taʼ l-​art, 27  Biex ixebbaʼ postijiet milqutin bil-​maltemp u magħmulin ħerbaU biex inibbet il-​ħaxix ħalli jikber?+ 28  Jeżisti xi missier għax-​xita,+Jew min wiled il-​qtar tan-​nida?+ 29  Minn żaqq min joħroġ is-​silġ,U l-​ġlata+ tas-​sema, min jilidha? 30  L-ilmijiet jibqgħu moħbijin bħallikieku qegħdin taħt xi ġebla,U wiċċ l-​ilmijiet fondi jagħqad.+ 31  Tistaʼ int torbot sew l-​irbit tal-​kostellazzjoni Kima,*Jew tistaʼ tħoll il-​ħbula tal-​kostellazzjoni Kesil?*+ 32  Tistaʼ int toħroġ il-​kostellazzjoni Mazzarot* fiż-​żmien stabbilit tagħha?U tistaʼ tmexxi l-​kostellazzjoni As* flimkien maʼ wliedha? 33  Sirt tafhom l-​istatuti tas-​smewwiet,+Jew tistaʼ tapplika l-​awtorità tagħhom fuq l-​art? 34  Tistaʼ int tgħolli leħnek saħansitra sas-​sħab,Biex b’hekk għargħar taʼ ilma jgħattik?+ 35  Tistaʼ int tibgħat is-​sajjetti u jmorruU jgħidulek, ‘Hawn aħna!’? 36  Min qiegħed l-​għerf+ fis-​saffi tas-​sħab,Jew min ta l-​abbiltà li jifhem+ lill-​fenomenu tas-​sema? 37  Min jistaʼ bl-​għerf jgħodd eżatt is-​sħab,Jew il-​ġarar taʼ l-​ilma tas-​sema—min jistaʼ jaqlibhom,+ 38  Meta t-​trab jagħqad ħaġa waħda,U t-​tub taʼ l-​art jeħel flimkien? 39  Tistaʼ int tikkaċċja l-​priża għall-​iljunU tistaʼ xxebbaʼ l-​aptit bla tarf taʼ l-​iljuni b’saħħithom,+ 40  Meta jkunu mixħutin fil-​postijiet moħbijin,+Jew jibqgħu għassa fil-​moħba lesti biex jattakkaw? 41  Min iħejji l-​ikel għaċ-​ċawlun+Meta l-​frieħ tiegħu jgħajtu lil Alla għall-​għajnuna,Meta jibqgħu jiġġerrew ’l hemm u ’l hawn għaliex m’hemm xejn x’jieklu?

Noti taʼ taħt

Jew, “l-​anġli.”
Ara Ġob 9:9, in-​nota taʼ taħt, “Il-​kostellazzjoni Kima.”
Ara Ġob 9:9, in-​nota taʼ taħt, “Il-​kostellazzjoni Kesil.”
Milli jidher l-​isem “Mazzarot” jirreferi għal kostellazzjoni partikulari, imma fil-​preżent m’hemm ebda identifikazzjoni pożittiva.
Ara Ġob 9:9, in-​nota taʼ taħt, “Il-​kostellazzjoni As.”