Ġob 37:1-24

37  “Tabilħaqq, għal dan qalbi tibda titriegħed,+U taqbeż minn postha.   Isimgħu b’attenzjoni d-​damdim taʼ leħnu,+U t-​tkarwit li joħroġ minn fommu.   Taħt is-​smewwiet kollha jħallih jitlaq,U s-​sajjetta tiegħu+ tasal sa truf l-​art.   Warajha ħoss jirbombja;Hu jriegħed+ bil-​ħoss tas-​superjorità tiegħu,+U ma jżommhiex lura meta jinstemaʼ leħnu.+   Alla jriegħed b’leħnu+ b’mod taʼ l-​għaġeb,Jagħmel affarijiet kbar li ma nistgħux inkunu nafuhom.+   Għax lill-​borra jgħidilha, ‘Inżel fuq l-​art,’+U wkoll lill-​ħalba tax-​xita, saħansitra lill-​ħalba tax-​xita bil-​qliel.+   Fuq id kull bniedem taʼ l-​art iqiegħed siġillBiex il-​bnedmin mortali kollha jagħrfu għemilu.   U l-​bhima salvaġġa tidħol fl-​għar,U tgħammar fil-​moħbiet tagħha.+   Ir-riħ taʼ tempesta jiġi minn postu+U l-​kesħa mill-​irjieħ tat-​tramuntana.+ 10  Bin-nifs t’Alla jingħata s-​silġ+U l-​firxa taʼ l-​ilmijiet hi mrażżna.*+ 11  Iva, bl-​ilma jtaqqal is-​sħab,Id-​dawl tiegħu+ jtajjar is-​sħab oħxon, 12  U dan idur dawramejt, skond kif imexxih hu, biex iwettaq xogħluKulfejn jordnalu+ fuq wiċċ l-​art produttiva tad-​dinja. 13  Hu juża s-​sħab sew biex jikkastiga,+ sew biex isaqqi l-​art tiegħu,+U sew biex juri l-​qalb tajba bl-​imħabba tiegħu.+ 14  Agħti widen għal dan, O Ġob;Ieqaf ftit u oqgħod attent għall-​għemejjel meraviljużi t’Alla.+ 15  Taf int meta Alla tahom il-​kmand,+U meta ġiegħel id-​dawl jiddi mis-​sħab tiegħu? 16  Taf int kif iżomm fl-​ajru s-​sħab,+L-​għemejjel taʼ l-​għaġeb taʼ Dak li l-​għarfien tiegħu hu perfett?+ 17  Kif ħwejġek ikunu sħanMeta taqaʼ l-​ħemda fuq l-​art fir-​riħ isfel?+ 18  Tistaʼ tifrex miegħu s-​smewwiet+Ebsin bħal mera minn metall imdewweb? 19  Ħa nkunu nafu x’għandna ngħidulu;Ma nistgħux insibu kliem minħabba d-​dlam. 20  Għandu jingħadlu lil Alla li jien nixtieq nitkellem?Jew kien hemm xi ħadd li qal li se jgħidulu b’dan?+ 21  U issa ma jarawhx ċar id-​dawl;Qed jiddi fis-​smewwiet,Meta għadda riħ u naddafhom. 22  Mit-tramuntana tiġi dija tad-​deheb.Id-​dinjità+ t’Alla tqanqal il-​biżaʼ. 23  Inkwantu għal Dak li Jistaʼ Kollox, ma skoprejniehx;+Hu sublimi fil-​qawwa,+U l-​ġustizzja+ u l-​għemejjel ġusti+ ma jċekkinhomx.+ 24  Għalhekk, ħa jibżgħu minnu l-​bnedmin.+Hu ma jikkalkulahomx lil dawk li jaħsbu li huma għorrief f’qalbhom.”+

Noti taʼ taħt

Jew, “hi friżata.”