Ġob 36:1-33

36  U Eliħu kompla jgħid:   “Ħu ftit paċenzja bija, u niddikjaralekLi għad hemm xi kliem x’jingħad għal Alla.   Niġbor l-​għarfien tiegħi mill-​bogħod,U niddikjara li s-​sewwa hu taʼ Dak li għamilni.+   Għax naf fiċ-​ċert li kliemi m’huwiex gideb;Dak li hu perfett fl-​għarfien+ qiegħed quddiemek.   Ara! Alla hu setgħan+ u ma jiċħadx lill-​bniedem;Setgħan fil-​qawwa taʼ qalb għaqlija;   Hu ma jħallix ħaj lil xi ħadd mill-​agħar,+Imma jagħmel ħaqq ġust lill-​magħkusin.+   Ma jwarrabx għajnejh minn fuq kulmin hu sewwa;+Saħansitra s-​slaten fuq it-​tron+Ipoġġihom għal dejjem, u jiġu eżaltati.   U jekk in-​nies sewwa jiġu marbutin bil-​ktajjen,+Jinqabdu bil-​ħbula tas-​sofferenza.   Imbagħad jgħidilhom dwar il-​mod kif qed jaġixxuU n-​nuqqasijiet tagħhom, għaliex huma jitkabbru. 10  U jikxfilhom widnithom għat-​twissija,+U jgħid li għandhom iduru lura minn dak li hu taʼ ħsara.+ 11  Jekk jobdu u jaqdu,Itemmu jiemhom fil-​ġidU sninhom fl-​għaxqa.+ 12  Imma jekk ma jobdux, jitilfu ħajjithom+ saħansitra bi vleġġa,+U jmutu mingħajr għarfien. 13  U dawk li huma apostati f’qalbhom jiġimgħu rrabja.+Ma jitolbux għall-​għajnuna għaliex hu jorbothom. 14  Ruħhom fiż-​żgħożija tmut,+U ħajjithom tispiċċa fost il-​prostituti rġiel tat-​tempju.+ 15  Jeħles lill-​magħkus fit-​tgħakkis tiegħu,U jikxiflu widintu fil-​moħqrija biex jgħallmu. 16  U hu jeħilsek minn ħalq l-​hemm!+Spazju iktar wiesaʼ,+ mhux djuq, ikun hemm f’postu,U l-​konsolazzjoni mal-​mejda tiegħek tkun abbundanti u bnina.+ 17  Sentenza ġudizzjarja fuq il-​ħati+ żgur li taraha;Is-​sentenza ġudizzjarja u l-​ħaqq joħorġu rebbiħin. 18  Qis li l-​korla+ ma tħajrekx biex iċċapċap idejk b’żebliħ,U tħallix fidwa kbira+ ħafna tiżvijak. 19  Ikollha effett l-​għajta tiegħek għall-​għajnuna?+ Le, lanqas fl-​hemmSaħansitra l-​isforzi qawwijin kollha tiegħek.+ 20  Tixxennaqx għal-​lejl,Biex in-​nies jitilqu minfejn qegħdin. 21  Oqgħod attent li ma ddurx lejn dak li hu taʼ ħsara,+Għax dan għażilt int minflok is-​sofferenza.+ 22  Ara! Alla jaġixxi b’mod sublimi bil-​qawwa tiegħu;Liema għalliem iħabbatha miegħu? 23  Min jitolbu jagħti kont taʼ triqtu,+U min jgħidlu, ‘Int wettaqt inġustizzja’?+ 24  Ftakar li għandek tfaħħar bil-​kbir l-​attività tiegħu+Li dwarha jgħannu l-​bnedmin.+ 25  Il-bnedmin kollha jħarsu fiss lejha;Il-​bniedem mortali jibqaʼ jħares mill-​bogħod.+ 26  Ara! Alla hu iktar sublimi milli nistgħu nkunu nafu aħna;+Fl-​għadd, sninu huma bla tarf.+ 27  Għax hu jtellaʼ l-​qtar taʼ l-​ilma;+Dan jissaffa u jsir xita għaċ-​ċpar tiegħu, 28  U b’hekk is-​sħab iqattar,+Iraxxax fuq il-​bnedmin bil-​kotra. 29  Tabilħaqq, min jistaʼ jifhem is-​saffi tas-​sħab,It-​tkarwit mill-​għarix tiegħu?+ 30  Ara! Jifrex fuqu d-​dawl tiegħu,+U jgħatti qiegħ il-​baħar. 31  Għax bihom jiddefendi l-​kawża tal-​popli;+Jagħti ikel bl-​abbundanza.+ 32  F’idu jżomm is-​sajjetta,U jordnalha biex tolqot lil min jattakka.+ 33  L-irbombjar tiegħu+ jitkellem dwaru,Il-​bhejjem ukoll iħabbru dwar il-​wieħed li riesaq.

Noti taʼ taħt