Ġob 34:1-37

34  U Eliħu kompla jwieġeb u jgħid:   “Isimgħu kliemi, intom l-​għorrief;U agħtuni widen, intom li tafu.   Għax il-​widna tiżen il-​kliem,+Bħalma s-​saqaf tal-​ħalq itiegħem l-​ikel.+   Ħa nagħżlu għalina dak li hu ġust;Ħa nkunu nafu bejnietna x’inhu tajjeb.   Għax Ġob qal, ‘Għandi raġun,+Imma Alla ċaħħadni mill-​ħaqq.+   Nigdeb jien dwar id-​dritt tiegħi li jkolli ħaqq ġust?Il-​ġerħa kbira tiegħi ma titfejjaqx għalkemm m’hemm ebda nuqqas.’+   Liema raġel b’saħħtu hu bħal Ġob,+Li jixrob it-​twaqqigħ għaċ-​ċajt bħall-​ilma?+   Hu qiegħed fi triqtu biex jissieħeb maʼ dawk li jipprattikaw il-​ħsaraU biex jimxi maʼ nies mill-​agħar.+   Għax hu jgħid, ‘Raġel b’saħħtu xejn ma jiswielu+Billi jkollu l-​għaxqa tiegħu f’Alla.’ 10  Għalhekk, intom li għandkom qalb għaqlija,+ isimgħuni.Ma jistax ikun li l-​Alla l-​veru jaġixxi bil-​ħażen,+U li Dak li Jistaʼ Kollox jaġixxi b’mod inġust!+ 11  Għax skond kif jaġixxi l-​bniedem hu jippremjah,+U jġiegħel jiġi fuq il-​bniedem dak li ħaqqha triqtu. 12  Iva, naf fiċ-​ċert li Alla ma jaġixxix bil-​ħażen,+U Dak li Jistaʼ Kollox ma jgħawwiġx il-​ħaqq.+ 13  Min inkarigah mill-​art,U min ħatru fuq l-​art produttiva, saħansitra fuqha kollha? 14  Jekk jixħet ħsiebu fuq xi ħadd,Jekk jiġbor għandu l-​ispirtu u n-​nifs taʼ dan il-​wieħed,+ 15  Il-ħlejjaq ħajjin kollha jmutu flimkien,U l-​bniedem taʼ l-​art imur lura lejn it-​trab.+ 16  Għalhekk, jekk għandek l-​abbiltà li tifhem, ismaʼ dan;Agħti widen għall-​ħoss taʼ kliemi. 17  Tassew, jistaʼ xi ħadd li jobgħod il-​ġustizzja jkollu l-​kontroll,+U jekk wieħed setgħan ikun ġust se tgħid li hu ħati?+ 18  Se jgħid xi ħadd lil sultan, ‘Int m’int tajjeb għal xejn’?Lin-​nobbli, ‘Intom mill-​agħar’?+ 19  Hemm Wieħed li ma weriex parzjalità mal-​prinċpijietU li ma qiesx lin-​nobbli iktar milli qies lill-​batut,+Għax ilkoll huma xogħol idejh.+ 20  F’mument wieħed imutu,+ saħansitra f’nofs taʼ lejl;+In-​nies jirtogħdu bil-​biżaʼ u jmutu,U s-​setgħanin jitilqu bla ma tmisshom ebda id tal-​bniedem.+ 21  Għax għajnejh huma fuq l-​imġiba tal-​bniedem,+U l-​passi kollha tiegħu jara. 22  La hemm dlam u lanqas swidijaBiex dawk li jipprattikaw il-​ħsara jinħbew hemmhekk.+ 23  Għax Alla ma jistabbilixxi ebda żmien għal kwalunkwe bniedemBiex imur għandu għall-​ħaqq. 24  Hu jkisser is-​setgħanin+ mingħajr stħarriġ,U jġiegħel lil oħrajn joqogħdu minflokhom.+ 25  Għalhekk, hu jkun jaf x’inhuma l-​għemejjel tagħhom,+U lilhom jaqleb bil-​lejl, u jitfarrku.+ 26  Bħala wħud mill-​agħar jolqothomFil-​post taʼ dawk li jarawhom;+ 27  Għar-raġuni li tbiegħdu minnu u ma baqgħux isegwuh,+U ebda waħda minn triqatu ma qiesu,+ 28  Sabiex l-​għajta tal-​batut iġegħluha tasal għandu;U b’hekk jismaʼ l-​għajta tal-​magħkusin.+ 29  Meta hu nnifsu jikkaġuna l-​kwiet, min, mela, jistaʼ jikkundannah?U meta jaħbi wiċċu,+ min jistaʼ jarah,Sew jekk ikun lejn ġens+ u sew jekk ikun lejn bniedem, li hi l-​istess ħaġa? 30  Sabiex la jirrenja bniedem apostata,+U lanqas ikun hemm nases+ tal-​poplu. 31  Għax hemm xi ħadd li, fil-​fatt, jgħid lil Alla,‘Jien issaportejt, għalkemm ma naġixxix b’mod korrott;+ 32  Għalkemm ma nara xejn, għallimni int stess;Jekk għamilt xi inġustizzja,Jien ma nerġax nagħmilha’?+ 33  Jagħmel tajjeb hu għal dan kif jidhirlek int ladarba qed tirrifjuta l-​ġudizzju,Għax tagħżel int stess, u mhux jien?Saħansitra dak li taf tajjeb, għidu. 34  Nies li għandhom qalb għaqlija+ jgħiduli—Saħansitra raġel b’saħħtu u għaref li qed jismagħni, 35  ‘Ġob jitkellem mingħajr għarfien,+U kliemu hu mingħajr dehen.’ 36  Missier, ħa jgħaddi Ġob minn prova sal-​limituMinħabba t-​tweġibiet tiegħu fost l-​irġiel li jagħmlu l-​ħsara.+ 37  Għax mad-​dnub iżid l-​irvell;+Fostna jċapċap idejh u jkattar kliemu kontra l-​Alla l-​veru!”+

Noti taʼ taħt