Ġob 33:1-33

33  “Issa, madankollu, O Ġob, jekk jogħġbok, ismaʼ kliemi,U agħti widen għal kulma ngħidlek.   Jekk jogħġbok, ara, ikolli niftaħ fommi;Bi lsieni mas-​saqaf taʼ ħalqi+ jkolli nitkellem.   Dak li ngħid joħroġ minn qalb retta,+U l-​għarfien ilissnu xofftejja bis-​sinċerità.+   L-ispirtu t’Alla għamilni,+U n-​nifs taʼ Dak li Jistaʼ Kollox tani l-​ħajja.+   Jekk għandek il-​ħila, wiġibni,Agħżel x’se tgħid quddiemi; ħu l-​waqfa tiegħek.   Ara! Jien bħalek quddiem l-​Alla l-​veru;+Jien ukoll mit-​tafal kont imsawwar.+   Ara! M’hemmx biżaʼ fija li jwerwrek,U l-​pressjoni+ li nagħmillek ma tkunx tqila fuqek.   Biss int għedt u wasal f’widnejja,U l-​ħoss taʼ kliemek għadni nisimgħu,   ‘Jien safi mingħajr nuqqas;+Nadif jien, u m’għamilt ebda żball.+ 10  Ara! Okkażjonijiet biex jiħodha kontrija jfittex hu,Jgħoddni bħala għadu tiegħu.+ 11  Iqegħedli saqajja fil-​qjud,+Jgħasses il-​passaġġi kollha tiegħi.’+ 12  Ara! F’dan inwieġbek li m’għandekx raġun;+Għax Alla hu ferm iktar mill-​bniedem mortali.+ 13  Għala ħaqqaqtha miegħu,+Għax ma jwiġibx għall-​kliem kollu tiegħek?+ 14  Għax Alla jitkellem darba,U darbtejn+—għalkemm ħadd ma jqisu dan— 15  F’ħolma,+ f’viżjoni+ bil-​lejl,Meta l-​bnedmin jorqdu fil-​fond,Waqt li jkunu reqdin fuq is-​sodda.+ 16  Dak il-​ħin jiftħilhom widnejhom il-​bnedmin,+U jqiegħed is-​siġill tiegħu fuq it-​twiddiba li jagħtihom, 17  Biex ibiegħed lill-​bniedem minn għemilu,+U biex jeħles lir-​raġel b’saħħtu mill-​kburija.+ 18  Hu jħarislu ruħu mill-​ħofra+U ħajtu milli jitlifha bi vleġġa.+ 19  Hu jkun imwiddeb bl-​uġigħ fuq soddtu,U l-​uġigħ f’għadmu hu kontinwu. 20  Ħajtu tistmerr il-​ħobż,+U ruħu l-​ikel bnin. 21  Laħmu jispiċċa u ma jibqax jidher,U għadmu li ma kienx jidher jinkixef. 22  Ruħu toqrob lejn il-​ħofra,+U ħajtu lejn dawk li jġibu l-​mewt. 23  Jekk jeżisti messaġġier* għalih,Kelliemi, wieħed minn elf,Biex jgħid lill-​bniedem kemm hu rett, 24  Imbagħad jurih ħniena u jgħid,‘Eħilsu biex ma jinżilx fil-​ħofra!+Jien sibt fidwa!+ 25  Ħa jsir laħmu iktar frisk milli fiż-​żgħożija;+Ħa jmur lura lejn il-​jiem mimlijin enerġija taż-​żgħożija.’+ 26  Hu jitlob bil-​ħrara lil Alla biex jieħu gost bih,+U jara lil wiċċu b’għajat ferrieħi,U Hu jrodd is-​sewwa Tiegħu lill-​bniedem mortali. 27  Dan jgħanni lill-​bnedmin u jgħid,‘Jien dnibt;+ u dak li hu dritt għawwiġtu,U dan żgur li ma kienx xieraq għalija. 28  Hu feda lil ruħi biex ma tinżilx fil-​ħofra,+U ħajti tara d-​dawl.’ 29  Ara! Alla dan kollu jwettaq,Darbtejn, tliet darbiet, fil-​każ taʼ raġel b’saħħtu, 30  Biex ireġġagħlu ruħu lura mill-​ħofra,+Sabiex ikun imdawwal bid-​dawl tal-​ħajjin.+ 31  Oqgħod attent, O Ġob! Agħtini widen!Ibqaʼ sieket, u jien inkompli nitkellem. 32  Jekk għandek xi kliem x’tgħid, wiġibni;Tkellem, għax nitgħaxxaq bis-​sewwa tiegħek. 33  Jekk m’għandekx, oqgħod ismagħni;+Ibqaʼ sieket, u jien ngħallmek l-​għerf.”

Noti taʼ taħt

Jew, “anġlu.”