Ġob 32:1-22

32  Għalhekk, dawn it-​tlett irġiel ma wiġbuhx iżjed lil Ġob, għax kien ġust f’għajnejh stess.+  Imma saħnet ir-​rabja t’Eliħu, bin Barakel il-​Bużi,+ mill-​familja taʼ Ram. Kontra Ġob xegħlet ir-​rabja tiegħu minħabba li ddikjara lil ruħu ġusta minflok lil Alla.+  Ukoll, ir-​rabja tiegħu xegħlet kontra t-​tliet sħabu minħabba l-​fatt li ma kinux sabu tweġiba imma bdew jgħidu li Alla kien ħati.+  U Eliħu kien stenna lil Ġob jispiċċa, u mbagħad tkellem hu, għaliex huma kienu akbar minnu fl-​età.+  U Eliħu ra li ma kien hemm ebda tweġiba minn fomm+ it-​tlett irġiel, u r-​rabja tiegħu saħnet iktar u iktar.  U Eliħu, bin Barakel il-​Bużi, wieġeb u qal:“Żgħir jien fl-​etàU intom imdaħħlin fiż-​żmien.+Huwa għalhekk li nġbidt lura u bżajtNiddikjaralkom l-​għarfien tiegħi.   Għedt jien, ‘Iż-​żmien għandu jitkellem,U l-​kotra tas-​snin għandha tgħarraf l-​għerf.’+   Żgur li hu l-​ispirtu fil-​bnedmin mortali,In-​nifs taʼ Dak li Jistaʼ Kollox li jagħtihom l-​abbiltà li jifhmu.+   M’humiex dawk li sempliċement għandhom ħafna żmien li huma għorrief,+Lanqas dawk li sempliċement huma xjuħ li jifhmu fil-​ħaqq.+ 10  Għalhekk, jien għedt, ‘Ismagħni.Jien, iva, jien, niddikjara l-​għarfien tiegħi.’ 11  Ara! Jien qgħadt nistenniekom titkellmu,Bqajt nagħti widen għall-​irraġunar tagħkom,+Sakemm kontu qed taħsbu x’se tgħidu. 12  U bqajt attent għalikom,U, ara, m’hemm ħadd li jċanfar lil Ġob,Ħadd minnkom ma jwieġeb għal dak li qal, 13  Sabiex ma tgħidux, ‘Sibna l-​għerf;+Hu Alla li jċanfru, mhux xi bniedem.’ 14  Peress li ma qalx kliem kontrija,M’iniex se nwieġbu b’dak li għedtu intom. 15  Twerwru, u ma wiġbux iktar;Naqashom il-​kliem. 16  U jien nistenna, għax ma jkomplux jitkellmu;Għax waqfu, u ma wiġbux iktar. 17  Jien, iva, jien, nagħti t-​tweġiba tiegħi;Jien, iva, jien, niddikjara l-​għarfien tiegħi; 18  Għax jien mimli kliem;L-​ispirtu għamel pressjoni+ fuqi f’żaqqi. 19  Ara! Żaqqi hi bħal inbid li m’għandux minfejn joħroġ;Bħal fliexken ġodda tal-​ġild trid tinfaqaʼ.+ 20  Ħa nitkellem biex ikun taʼ serħan għalija.Niftaħ xofftejja biex inwieġeb.+ 21  Jekk jogħġobkom, ħa ma nurix parzjalità maʼ xi bniedem;+U ma nagħtix xi titlu lil bniedem taʼ l-​art;+ 22  Għax ma nafx kif nistaʼ nagħti titlu;Dak li għamilni+ jġorrni malajr.

Noti taʼ taħt