Ġob 31:1-40

31  “Patt m’għajnejja għamilt.+Għalhekk, kif nistaʼ nkun moħħni f’xi verġni?+   U x’inhu s-​sehem mingħand Alla minn fuq,+Jew il-​wirt mingħand Dak li Jistaʼ Kollox mill-​għoli?   Mhux diżastru hemm għal min jagħmel il-​ħażin,+U għawġ għal dawk li jipprattikaw il-​ħsara?   Ma jarahomx hu triqati+U ma jgħoddhomx kollha l-​passi tiegħi?   Jekk nimxi maʼ dawk li ma jgħidux il-​verità,+U sieqi tħaffef lejn il-​qerq,+   Alla jiżinni f’miżien eżatt+U jagħraf l-​integrità tiegħi.+   Jekk il-​passi tiegħi jiżvijaw mit-​triq,+Jew qalbi timxi sempliċement wara għajnejja,+Jew xi difett jeħel mal-​pali taʼ idejja,+   Ħa niżraʼ jien u ħaddieħor jiekol,+U ħa jitqaċċtu mill-​għeruq id-​dixxendenti tiegħi.   Jekk qalbi nġibdet lejn xi mara,+U qgħadt nistenna+ wara bieb sieħbi, 10  Ħa titħan marti għal raġel ieħor,U ħa jmilu fuqha rġiel oħrajn.+ 11  Għax din tkun kondotta laxka,U żball li għandhom jiġġudikawh l-​imħallfin.+ 12  Għax dan hu nar li jibqaʼ jiblaʼ sakemm jeqred kollox,+U l-​prodott kollu tiegħi jinqered sa l-​għeruq. 13  Jekk irrifjutajt li nimxi bil-​ħaqq maʼ l-​ilsir tiegħiJew maʼ l-​ilsira tiegħi fil-​kawża legali tagħhom miegħi, 14  X’nistaʼ nagħmel meta jqum Alla?U meta jitlob kont minni, x’nistaʼ nwieġbu?+ 15  Dak li għamel lili fiż-​żaqq m’għamilx lilu wkoll,+U mhux Wieħed biss sawwarna fil-​ġuf? 16  Jekk żammejt lura lill-​foqra milli jitgħaxxqu,+U għajnejn l-​armla kont inġegħelhom jiddgħajfu,+ 17  U kilt il-​loqma tiegħi waħdi,Waqt li t-​tifel bla missier ma kielx minnha+ 18  (Għax minn żgħożiti hu kiber miegħi bħallikieku maʼ missier,U lill-​armla sa minn ġuf ommi kont immexxiha); 19  Jekk rajt lil xi ħadd magħkus għax ma kellux x’jilbes,+Jew li l-​fqir ma kellux għata; 20  Jekk hu ma beriknix,+U ma ssaħħanx bis-​suf imġiżż+ taʼ l-​imtaten żgħar tiegħi; 21  Jekk xejjirt idi ’l hemm u ’l hawn kontra t-​tifel bla missier,+Meta kont nara li hemm bżonn l-​għajnuna tiegħi fil-​bieb,+ 22  Ħa tinqalaʼ l-​għadma taʼ spallti minn postha,U ħa jinkiser driegħi mill-​għadma taʼ fuq. 23  Għax id-​diżastru minn Alla kien taʼ tkexkix għalija,U kontra d-​dinjità tiegħu+ ma stajtx nieqaf. 24  Jekk poġġejt il-​fiduċja tiegħi fid-​deheb,Jew lid-​deheb għedtlu, ‘Jien nafda fik!’+ 25  Jekk thennejt għax kelli ħafna proprjetà,+U għax idi sabet ħafna affarijiet;+ 26  Jekk rajt ix-​xemx meta tiddi,Jew il-​qamar miexi fid-​dija tiegħu,+ 27  U qalbi bil-​moħbi bdiet tinġibed+U b’idi tfajtilhom il-​bewsa taʼ fommi, 28  Dan ukoll ikun żball li għandhom jiġġudikawh l-​imħallfin,Għax inkun ċħadt lill-​Alla l-​veru li hu fl-​għoli. 29  Jekk fraħt bil-​mewt taʼ dak li tant kien jobgħodni,+Jew ħadt gost bid-​deni li ġie fuqu— 30  U jien ma ħallejtx lil fommi jidnebBilli tlabt għal saħta kontra ruħu.+ 31  Jekk in-​nies tat-​tinda tiegħi ma qalux,‘Min jistaʼ jġib lil xi ħadd li ma xebax bl-​ikel tiegħu?’+ 32  Ħadd mir-​residenti barranin ma kien iqattaʼ l-​lejl barra;+Il-​bibien taʼ dari żammejthom miftuħin għall-​vjaġġatur. 33  Jekk, bħal kwalunkwe bniedem, għattejt in-​nuqqasijiet tiegħi+Billi ħbejt l-​iżball tiegħi f’ħobbi— 34  Għaliex folla kbira kienet taħsadni,Id-​disprezz tal-​familji kien iwerwirniU kont nibqaʼ sieket, ma kontx noħroġ mill-​bieb ’il barra. 35  Mhux li kelli lil xi ħadd jagħtini widen,+Li skond il-​firma* tiegħi Dak li Jistaʼ Kollox iwiġibni!+Jew mhux li l-​individwu fil-​kawża legali miegħi kien kiteb dokument! 36  Żgur li fuq spallti kont inġorru;Kont indawru miegħi bħal kuruna grandjuża. 37  Nagħtih kont tal-​passi kollha tiegħi;+Bħal xi mexxej kont nersaq lejh. 38  Jekk kontrija r-​rabaʼ tiegħi kellu jgħajjat għall-​għajnuna,U flimkien kellhom jibku r-​raddi tiegħu; 39  Jekk il-​frott tiegħu kiltu mingħajr flus,+U ruħ is-​sidien tiegħu ġegħeltha tilheġ,+ 40  Minflok il-​qamħ ħa jinbet ix-​xewk,+U minflok ix-​xgħir il-​ħaxix ħażin li jinten.”Hawn jintemm kliem Ġob.

Noti taʼ taħt

Letteralment, “marka,” evidentement bil-​kitba, li tikkonferma dokument legali.