Ġob 30:1-31

30  “Imma issa jiddieħqu bija,+Dawk li huma iżgħar minni fil-​jiem,+Li lil missirijiethom ma kontx inħallihomJoqogħdu mal-​klieb tal-​merħla tiegħi.   Saħansitra l-​qawwa taʼ idejhom—xi swietli?M’għadx baqgħalhom enerġija.+   Minħabba l-​għaks u l-​ġuħ huma bla ħajja,Igerrmu reġjun bla ilma,+Fejn il-​bieraħ kien hemm maltempata u ħerba.   Kienu qed jaqtgħu l-​ħaxixa mielħa minn qalb is-​siġar,U għerq is-​siġar tal-​ġummar kien l-​ikel tagħhom.   Mill-komunità kienu jitkeċċew;+In-​nies kienu jgħajtu magħhom bħalma jgħajtu maʼ ħalliel.   Ikollhom jgħammru fin-​niżla tal-​widien,*Fil-​ħofor fl-​art u fil-​blat.   Qalb is-​siġar kienu jgħajtu;Taħt il-​ħurrieq kienu jitgeddsu flimkien.   Ulied il-​bniedem bla sens,+ kif ukoll ulied il-​bniedem bla isem,Dawn tkeċċew bis-​swat mill-​pajjiż.   Issa sirt saħansitra t-​tema tal-​kant tagħhom,+U għalihom jien oġġett taż-​żebliħ.+ 10  Jistmerruni, u jżommu ’l bogħod minni;+U xejn ma jżommhom milli jobżquli f’wiċċi.+ 11  Għax Hu ħall il-​korda tal-​qaws tiegħi u umiljani,U huma kienu bla rażan fil-​mod kif ittrattawni. 12  F’leminti jqumu qishom nisel mill-​agħar;Ħallewni mmur,Imma waqqfu kontrija l-​ostakli diżastrużi tagħhom.+ 13  Ġarrfu triqati;Kienu tajbin biss biex jaqilgħuli l-​għawġ,+Mingħajr ma kellhom min jgħinhom. 14  Qishom minn ġo fetħa wiesgħa fil-​ħajt ġew;F’maltempata baqgħu mexjin ’il quddiem. 15  Twerwir għal għarrieda ddawwar għal fuqi;L-​imġiba nobbli tiegħi titkeċċa bħallikieku mir-​riħ,U s-​salvazzjoni tiegħi għaddiet bħalma tgħaddi sħaba. 16  Issa ruħi qed tinħall ġo fija;+Jiem taʼ sofferenza+ jaħkmuni. 17  Bil-lejl għadmi+ jiġi minfud u jinqalagħli,U l-​uġigħ li jgerrimni ma jistrieħx.+ 18  Bl-abbundanza tal-​qawwa l-​libsa tiegħi tinbidel;Bħall-​għonq tal-​libsa twila tiegħi tħażżimni. 19  Hu jniżżilni fit-​tafal,U b’hekk nidher bħat-​trab u l-​irmied. 20  Ngħajjatlek għall-​għajnuna, imma ma twiġibnix;+Inqum bil-​wieqfa, biex tagħti kasi. 21  Tinbidel biex issir kiefer miegħi;+Bil-​qawwa kollha taʼ idek tattakkani. 22  Tgħollini mar-​riħ, iġġegħelni nirkeb fuqu;Imbagħad iġġibni fix-​xejn b’tisbita. 23  Għax jien naf tajjeb li lejn il-​mewt iġġegħelni ndur lura,+U lejn id-​dar fejn jiltaqgħu l-​ħajjin kollha. 24  Biss ħadd ma jagħti d-​daqqa tal-​mewt lil sempliċi gozz ħerba,+Lanqas matul is-​sofferenza tiegħu ma jkun hemm min jgħajjat għall-​għajnuna għan-​nom tiegħu. 25  Verament jien bkejt għal min ikollu ġurnata iebsa;+Ruħi titnikket għall-​fqir.+ 26  Għalkemm stennejt it-​tajjeb, il-​ħażin ġie;+U bqajt nistenna d-​dawl, imma d-​dlam ġie. 27  Imsarni bdew ibaqbqu u ma qagħdux kwieti;Jiem mimlijin sofferenza ġew quddiem wiċċi. 28  B’qalbi sewda+ mxejt ’l hemm u ’l hawn meta ma kienx hemm dawl tax-​xemx;Qomt fil-​ġemgħa; bqajt ngħajjat għall-​għajnuna. 29  Ħu x-​xakalli sirt jien,U sieħeb il-​bniet tan-​nagħma.+ 30  Il-ġilda tiegħi swiedet+ u waqgħet minn fuqi,U għadmi sar jaħraq minħabba n-​nixfa. 31  L-arpa tiegħi kienet biss għan-​niket,U l-​fifra tiegħi għal-​leħen tal-​bekkejja.

Noti taʼ taħt

Ara Ġen 26:17, in-​nota taʼ taħt.