Ġob 3:1-26

3  Kien wara dan li Ġob fetaħ fommu u beda jisħet jum twelidu.+  Ġob issa tkellem u qal:   “Ħa jgħib il-​jum li twilidt fih,+U l-​lejl li fih xi ħadd qal, ‘Tnissel raġel b’saħħtu!’   U dak il-​jum, ħa jsir dlam.Ħa ma jqisux Alla mill-​għoli,U ħa ma jiddix fuqu d-​dawl tal-​jum.   Ħa jifduh id-​dlam u s-​swidija.Ħa tgħammar fuqu sħaba tax-​xita.Ħa jwerwruh l-​affarijiet li jdallmu l-​jum.+   Dak il-​lejl—ħa taħkmu s-​swidija;+Ħa ma jħossux kuntent fost il-​jiem tas-​sena;Ħa ma jidħolx fost l-​għadd tax-​xhur qamrin.   Ara! Dak il-​lejl—ħa jkun bla ħajja;Ħa ma tidħol fih ebda għajta ferriħija.+   Ħa jisħtuh dawk li jisħtu l-​jum,Dawk li lesti li jqajmu lil Levjatan.*+   Ħa jiddallmu l-​kwiekeb taʼ l-​għabex tiegħu;Ħa jistenna d-​dawl u ma jkunx hemm;U ħa ma jarax id-​dija taż-​żerniq. 10  Għax m’għalaqx bwieb żaqq ommi,+U ma ħebiex l-​inkwiet minn għajnejja. 11  Għala ma mittx jien fil-​ġuf?+Għala ma ħriġtx minn żaqq ommi u mbagħad mitt? 12  Għala laqgħuni l-​irkopptejn,U għala sibt sider+ biex nerdaʼ? 13  Għax kieku s’issa mteddejt biex inkun fil-​kwiet;+Kieku rqadt dakinhar; kieku striħajt+ 14  Mas-slaten u l-​kunsillieri taʼ l-​art,+Dawk li jibnu għalihom infushom postijiet abbandunati,+ 15  Jew mal-​prinċpijiet li għandhom id-​deheb,Dawk li jimlew djarhom bil-​fidda; 16  Jew, bħal korriment moħbi,+ ma kontx inkun neżisti,Bħat-​trabi li qatt ma raw id-​dawl.+ 17  Hemmhekk il-​ħżiena ma jibqgħux jinkwetaw lil ħaddieħor,+U hemmhekk jistrieħu dawk li huma għajjenin.+ 18  Flimkien il-​priġunieri huma fil-​kwiet;Ma jisimgħux leħen min qiegħed fuqhom biex jaħdmu.+ 19  Hemmhekk il-​kbir u ż-​żgħir huma l-​istess,+U l-​ilsir jinħeles minn sidu. 20  Alla għala jagħti d-​dawl lil min għandu l-​inkwiet,U l-​ħajja lil dawk li ruħhom kollha mrar?+ 21  Għala hemm dawk li qed jistennew il-​mewt, u ma tiġix,+Għalkemm jibqgħu jħaffru għaliha iktar milli għal teżori moħbijin? 22  Dawk li qed jithennew u jimtlew bil-​ferħ,Itiru bil-​ferħ għaliex isibu post fejn jindifnu. 23  Alla għala jagħti d-​dawl lil raġel b’saħħtu, li triqtu moħbija,+U jagħlqu minn kull naħa?+ 24  Għax qabel l-​ikel tiegħi jiġi t-​tnehid tiegħi,+U bħall-​ilmijiet igelgel il-​krib qawwi tiegħi;+ 25  Għaliex xi ħaġa li tkexkixni tiġi fuqi;U dak li nibżaʼ minnu jilħaqni.+ 26  Ma kontx bla inkwiet taʼ xejn, lanqas kont bla tfixkil,Lanqas kont mistrieħ, u madankollu l-​inkwiet jibqaʼ ġej.”

Noti taʼ taħt

Possibbilment “kukkudrill” jew “mostru tal-​baħar.”