Ġob 29:1-25

29  U Ġob reġaʼ lissen il-​kliem t’għerf tiegħu u ssokta jgħid:   “Mhux li kont bħal fix-​xhur qamrin taʼ żmien twil ilu,+Bħal fil-​jiem meta Alla kien iħarisni;+   Meta ġiegħel il-​musbieħ tiegħu jiddi fuq rasi,Meta kont nimxi fid-​dlam bid-​dawl tiegħu;+   Bħalma kont inkun f’jiem żgħożiti,+Meta Alla kien ħabib intimu tiegħi u kien fit-​tinda tiegħi;+   Meta Dak li Jistaʼ Kollox kien għadu miegħi,Meta kont imdawwar bil-​qaddejja kollha tiegħi!   Meta kont naħsel saqajja fil-​baqta,U l-​blata kienet issawwabli gliegel taʼ żejt;+   Meta kont noħroġ lejn bieb il-​belt,+Fil-​pjazza kont nipprepara fejn noqgħod bil-​qiegħda!+   Is-subien kienu jarawni u jinħbew,U saħansitra dawk imdaħħlin fiż-​żmien kienu jqumu, joqogħdu bil-​wieqfa.+   Il-prinċpijiet kienu jrażżnu kliemhom,U idhom kienu jpoġġuha fuq fommhom.+ 10  Leħen il-​mexxejja stess kien jiskot,U lsienhom kien jeħel mas-​saqaf taʼ ħalqhom.+ 11  Għax il-​widna kienet tismagħni u kienet tgħid li jien hieni,U l-​għajn kienet tarani u tixhed għalija. 12  Għax kont neħles lill-​magħkus li kien jgħajjat għall-​għajnuna,+U lit-​tifel bla missier u lil kulmin ma kellux min jgħinu.+ 13  Il-barka+ taʼ min kien ikun wasal biex jgħib—fuqi kienet tiġi,U qalb l-​armla kont inferraħha.+ 14  Is-sewwa kont nilbes, u dan kien ilibbisni.+Il-​ġustizzja tiegħi kienet bħal libsa bla kmiem—u turbant. 15  Għajnejn sirt għall-​agħma;+U saqajn kont għaz-​zopp. 16  Missier kont għall-​foqra;+U l-​kawża legali taʼ min ma kontx nafu—kont neżaminaha.+ 17  Lil min jagħmel il-​ħażin kont inkissirlu l-​għadam tax-​xedaq,+U minn bejn snienu naħtaflu l-​priża. 18  Kont ngħid, ‘Fil-​bejta tiegħi se nieħu l-​aħħar nifs,+U bħar-​ramel inkattar jiemi.+ 19  L-għerq tiegħi jinfirex lejn l-​ilmijiet,+U n-​nida tibqaʼ l-​lejl kollu fuq il-​fergħa tiegħi. 20  Il-glorja tiegħi tiġġedded miegħi,U l-​qaws tiegħi f’idi nisparah darba wara l-​oħra.’ 21  Kienu jagħtuni widen; u jistennew,U kienu jibqgħu siekta għall-​parir tiegħi.+ 22  Wara kelmti ma kinux jerġgħu jitkellmu,U fuqhom kelmti kienet tinżel qatra qatra.+ 23  Kienu jistennewni bħalma jistennew ix-​xita,+U ħalqhom kienu jiftħuh beraħ għax-​xita tar-​rebbiegħa.+ 24  Jekk kont nitbissmilhom—ma kinux jemmnuh dan—U d-​dawl taʼ wiċċi+ ma kinux jitfuh. 25  Kont nagħżlilhom it-​triq u noqgħod bil-​qiegħda bħala kap;U għammart bħala sultan fost it-​truppi tiegħu,+Bħal wieħed li jfarraġ lill-​imnikktin.+

Noti taʼ taħt