Ġob 28:1-28

28  “Tabilħaqq, jeżisti post fejn tinstab il-​fiddaU post għad-​deheb li jsaffu;+   Il-ħadid jittieħed mit-​trab+U r-​ram aħmar mill-​ġebel jitferraʼ.   Il-bniedem stabbilixxa tmiem għad-​dlam;U sa kull limitu jfittex+Ġebel fis-​swidija u fid-​dlam ċappa.   Iħaffer mina ’l bogħod minfejn in-​nies jgħammru bħala barranin,+Postijiet minsijin ’il bogħod minn sieq il-​bniedem;Xi wħud mill-​bnedmin mortali jiddendlu, jitbandlu.   Inkwantu għall-​art, minnha joħroġ l-​ikel;+Imma minn taħt tiġi maqluba taʼ taħt fuq bħallikieku bin-​nar.   Fil-ġebel tagħha hemm iż-​żaffir,+U fit-​trab tagħha hemm id-​deheb.   Dik il-​mogħdija—ebda għasfur tal-​priża+ ma jafha,Lanqas għajn l-​astun iswed+ ma tilmaħha.   Il-bhejjem salvaġġi ma jirfsux fuqha;L-​iljun b’saħħtu ma jgħaddix minnha.   Fuq iż-​żnied joħroġ idu;Jaqleb sa mill-​qiegħ il-​muntanji; 10  Fil-blat iħaffer mini li minnhom jgħaddi l-​ilma,+U jaraw għajnejh l-​affarijiet prezzjużi kollha. 11  Il-postijiet li minnhom inixxu x-​xmajjar itellgħalhom ilqugħ,+U l-​ħaġa moħbija joħroġha għad-​dawl. 12  Imma l-​għerf—fejn jistaʼ jinstab,+U fejn hu, issa, post l-​abbiltà li wieħed jifhem? 13  Il-bniedem mortali ma sarx jaf kemm jiswa l-​għerf,+U dan ma jinstabx f’art il-​ħajjin. 14  L-ilmijiet fondi jgħidu,‘M’huwiex ġo fina!’Il-​baħar ukoll jgħid, ‘M’huwiex għandi!’+ 15  Id-deheb pur ma jistax jinbidel miegħu,+U l-​fidda ma tistax tintiżen bħala prezz għalih. 16  Ma jistax jitħallas bid-​deheb t’Ofir,+Bil-​ħaġra rari taʼ l-​oniċi u biż-​żaffir. 17  Id-deheb u l-​ħġieġ ma jistgħux jitqabblu miegħu,Lanqas kwalunkwe reċipjent taʼ deheb imsoffi ma jinbidel miegħu. 18  Il-qroll+ u l-​kristall ma jistgħux jitqabblu miegħu,Imma xkora mimlija għerf tiswa iktar minn waħda mimlija perli.+ 19  It-topazju+ taʼ Kus ma jistax jitqabbel miegħu;Ma jistax jitħallas saħansitra b’deheb mill-​iktar safi. 20  Imma l-​għerf—minfejn jiġi,+U fejn hu, issa, post l-​abbiltà li wieħed jifhem? 21  Ġie moħbi saħansitra minn għajnejn il-​ħajjin kollha,+U hu mistur għall-​ħlejjaq li jtiru fis-​smewwiet. 22  Il-qerda u l-​mewt qalu,‘B’widnejna stess smajna aħbar dwaru.’ 23  Alla hu li jifhem triq l-​għerf,+U hu jagħraf post l-​għerf, 24  Għax hu jħares lejn truf l-​art;+Jara taħt is-​smewwiet kollha, 25  Biex jagħti l-​qawwa lir-​riħ,+Waqt li hu jqassam l-​ilmijiet bil-​qjies;+ 26  Meta għamel regolament għax-​xita,+U triq għas-​sħaba li ġġib maltempata bir-​ragħad, 27  Imbagħad ra l-​għerf u tkellem dwaru;Ħejjieh u għarblu bir-​reqqa wkoll. 28  U ssokta jgħid lill-​bniedem,‘Ara! Il-​biżaʼ taʼ Ġeħova—dak hu l-​għerf,+U li titbiegħed mill-​ħażen hi l-​abbiltà li tifhem.’”+

Noti taʼ taħt