Ġob 27:1-23

27  U Ġob reġaʼ lissen il-​kliem t’għerf tiegħu+ u ssokta jgħid:   “Daqskemm hu ħaj Alla,+ li ċaħħadni mill-​ħaqq,+U daqskemm hu ħaj Dak li Jistaʼ Kollox, li mlieli ruħi bl-​imrar,+   Waqt li nifsi għadu kollu ġo fija,U l-​ispirtu t’Alla qiegħed fi mnifsejja,+   Xofftejja ma jlissnu ebda inġustizzjaU minn ilsieni ma joħroġ ebda qerq!   Lanqas biss jgħaddili minn moħħi li niddikjara li intom nies sewwa!+Sakemm nieħu l-​aħħar nifs ma nwarrabx minni l-​integrità tiegħi!+   Inżomm tajjeb mas-​sewwa tiegħi, u ma nitilqux;+Qalbi ma ċċanfarnix għal xi wieħed minn jiemi.+   Ħa jsir l-​għadu tiegħi bniedem mill-​agħar,+U min jirvella kontrija bħal min jagħmel il-​ħażin.   Għax x’tama jkollu l-​bniedem apostata jekk Alla jqaċċtu ’l barra,+Jekk jiħodlu ruħu?+   Jismagħha Alla l-​għajta tiegħuJekk jiġi l-​hemm fuqu?+ 10  Jew isib hu l-​għaxqa kbira tiegħu f’Dak li Jistaʼ Kollox?Isejjaħ hu lil Alla f’kull żmien? 11  Jien ngħallimkom bl-​għajnuna t’Alla;L-​għanijiet taʼ Dak li Jistaʼ Kollox ma naħbihomx.+ 12  Ara! Intom stess ilkoll kemm intom rajtu viżjonijiet;Allura, għala intom daqshekk fiergħa?+ 13  Dan hu sehem il-​bniedem mill-​agħar mingħand Alla;+U l-​wirt tat-​tiranni jirċievi mingħand Dak li Jistaʼ Kollox. 14  Jekk joktru wliedu, dan ikun għas-​sejf;+U d-​dixxendenti tiegħu ma jkollhomx ikel biżżejjed. 15  Dawk li jibqgħulu ħajjin jindifnu matul pesta qattiela,U r-​romol tagħhom ma jibkuhomx.+ 16  Jekk igeddes il-​fidda bħat-​trab,U jħejji l-​ilbiesi daqs it-​tafal, 17  Iħejji, iva, hu, imma l-​ġust ikun dak li jilbishom,+U l-​innoċenti jkun dak li jkollu sehem mill-​fidda. 18  Hu bena daru bħal kamla,U bħal għarix+ li għamel għassies. 19  Għani jimtedd, imma xejn ma jinġabar;Għajnejh jiftaħhom, imma xejn ma jkun hemm.+ 20  It-twerwir għal għarrieda bħall-​ilmijiet jiġi fuqu;+Bil-​lejl riħ taʼ tempesta jġorru. 21  Riħ mil-​lvant ikaxkru+ u hu jitlaq ’l hemm,U jobormu lil hinn minn postu.+ 22  Jiġi għal fuqu u ma jkollux ħniena minnu;+Mill-​qawwa tiegħu żgur li se jipprova jaħrab.+ 23  Ikun hemm min b’żebliħ iċapċaplu idejh+U jsaffarlu+ minn postu.

Noti taʼ taħt