Ġob 24:1-25

24  “Għala ż-​żminijiet ma ġewx stabbiliti minn Dak li Jistaʼ Kollox,+U dawk li jafuh ma rawhomx jiemu?+   Hemm dawk li jmexxu lura t-​trufijiet tar-​rabaʼ;+Merħla jaħtfu, sabiex jirgħuha.   Jieħdu l-​ħmar tat-​tfal bla missier;Jaħtfu l-​barri taʼ l-​armla bħala rahan.+   Iwarrbu l-​foqra mit-​triq;+Fl-​istess ħin il-​magħkusin taʼ l-​art jinħbew.   Ara! Bħaż-​żebri+ fix-​xagħriJoħorġu fuq xogħolhom, ifittxu l-​ikel.Il-​pjanura tad-​deżert tagħti lil kull wieħed ħobż għal uliedu.   Fl-għalqa jaħsdu l-​għalf tagħha,U l-​qasam tad-​dwieli tal-​ħażin iħarbtuh malajr.   Għarwenin jgħaddu l-​lejl mingħajr ħwejjeġ,+U mingħajr għata fil-​kesħa.+   Maltempata tax-​xita mill-​muntanji xxarrabhom għasra,U għaliex m’hemmx kenn+ ikollhom jitgeddsu maʼ blata.   Il-ħżiena jaħtfu tifel bla missier saħansitra minn sider ommu,+U jieħdu bħala rahan dak li jkollu fuqu l-​magħkus.+ 10  Il-magħkusin għarwenin ikollhom jiġġerrew mingħajr ħwejjeġ,U, bil-​ġuħ, ikollhom iġorru s-​sbul maħsud.+ 11  Bejn il-​ħitan t’għelieqi mtarrġin jgħaddu l-​ħin taʼ nofsinhar;Ikollhom jagħsru l-​għeneb fl-​imgħasar taʼ l-​inbid, u madankollu jkunu bil-​għatx.+ 12  Minn ġol-​belt ħiereġ il-​krib taʼ dawk li qed imutu,U ruħ dawk feruti għall-​mewt tgħajjat għall-​għajnuna;+U Alla dan ma jqisux bħala xi ħaġa mhix xierqa.+ 13  Inkwantu għall-​ħżiena, dawn kienu fost ir-​ribelli kontra d-​dawl;+M’għarfux il-​mogħdijiet tiegħu,U m’għammrux fi triqatu. 14  Mas-sebħ il-​qattiel iqum,Joqtol lill-​magħkus u lill-​fqir;+Bil-​lejl isir ħalliel.+ 15  Għajn l-​adulteru+ tgħasses għad-​dlam taʼ fil-​għaxija,+U tgħid, ‘Ebda għajn ma tarani!’+U jqiegħed għata fuq wiċċu. 16  Fid-dlam il-​ħallelin iħaffru toqba fil-​ħitan tad-​djar;Bi nhar jibqgħu maqfulin ġewwa.Ma jafux x’inhu d-​dawl tal-​jum.+ 17  Għax għalihom fil-​għodu hu l-​istess bħad-​dlam ċappa,+Għax jafu x’inhu t-​twerwir għal għarrieda tad-​dlam ċappa. 18  Huma ħfief fuq wiċċ l-​ilmijiet.Il-​medda art tagħhom tkun misħuta fuq l-​art.+Ma jdurux lejn l-​oqsma tad-​dwieli. 19  In-nixfa kif ukoll is-​sħana jixorbu l-​ilmijiet tal-​borra;Hekk jagħmel il-​Qabar* lil dawk li jidinbu!+ 20  Il-ġuf jinsiehom, id-​dud jikolhom ħelu ħelu,+Ma jiftakrux fihom iżjed.+L-​inġustizzja titkisser bħal siġra.+ 21  Huma qed jittrattaw ħażin lil mara ħawlija li ma tilidx,U lil armla,+ li ma jagħmlulha ebda ġid. 22  Alla jkaxkar lin-​nies b’saħħithom bil-​qawwa tiegħu;Il-​midinbin iqumu u ma jkunux żguri minn ħajjithom. 23  Hu jħallihom isiru fiduċjużi+ sabiex jappoġġaw lilhom infushom;U għajnejh ikunu fuq triqathom.+ 24  Jogħlew għal ftit, imbagħad ma jkunux iktar,+U jiġu mbaxxijin;+ bħal kulħadd jitqaċċtu,U bħar-​ras taʼ sbula jinqatgħu. 25  Għalhekk, issa, min jistaʼ joħroġni taʼ giddiebJew iġib kelmti fix-​xejn?”

Noti taʼ taħt

Bl-Ebrajk, “Xeol.”