Ġob 23:1-17

23  U Ġob wieġeb u qal:   “Saħansitra llum it-​tħassib tiegħi+ hu ribelljoni;Idi tqalet minħabba t-​tnehid tiegħi.   O li kont naf tassew fejn insibu!+Kont immur dritt lejn il-​post permanenti tiegħu.+   Kont nippreżenta quddiemu kawża taʼ ġustizzja,U fommi kont nimlieh bi tweġibiet għall-​argumenti tiegħu;   Kont nifhem il-​kliem li jwiġibni bih,U kont inqis dak li jgħidli.+   Kien hu bil-​qawwa kbira tiegħu se jħaqqaqha miegħi?Le! Żgur li hu kien jagħti kasi.+   Hemmhekk ir-​rett jirranġa l-​kwistjonijiet miegħu,U kont ninħeles għal dejjem mill-​imħallef tiegħi.   Ara! Immur lejn il-​lvant, u ma jkunx hemm;U nerġaʼ lura, u ma nkunx nistaʼ nagħrfu;+   Immur lejn ix-​xellug fejn ikun qed jaħdem, imma ma nistax nilmħu;Idur lejn il-​lemin, imma ma narahx. 10  Għax jafha tajjeb it-​triq li naqbad.+Wara li jgħaddini minn prova, jien noħroġ bħad-​deheb.+ 11  Sieqi żammet mal-​passi tiegħu;Triqtu żammejt, u ma niżvijax minnha.+ 12  Mill-kmandament taʼ xofftejh ma nitbigħedx.+Għożżejt dak li qal fommu+ iktar minn dak li hu jeħtieġ minni. 13  Hu għandu ħsieb wieħed, u min jistaʼ għalih?+Ruħu għandha xewqa, u jaqtagħha.+ 14  Għax hu jwettaq għalkollox dak li jeħtieġ minni,+U affarijiet bħal dawn għandu ħafna. 15  Huwa għalhekk li nħossni mħawwad minħabba fih;Noqgħod attent u nitkexkex minnu.+ 16  Saħansitra Alla għamilli qalbi beżgħana,+U Dak li Jistaʼ Kollox ħawwadni.+ 17  Għax jien ma ġejtx imsikket minħabba d-​dlam,Lanqas għaliex is-​swidija għattietli wiċċi.

Noti taʼ taħt