Ġob 21:1-34

21  U Ġob wieġeb u qal:   “Agħtuni widen u oqogħdu attenti għal kelmti,U ħa tkun din il-​konsolazzjoni tagħkom.   Issaportuni, u nitkellem;Wara li nitkellem tistgħu tiddieħqu.+   U jien lil xi bniedem nesprimih l-​inkwiet tiegħi?Jew l-​ispirtu tiegħi għala ma jsirx bla paċenzja?   Dawru wiċċkom lejja u stagħġbu u ċċassaw,U poġġu idkom fuq fommkom.+   Jekk niftakar, nitħawwad,Taqbadni rogħda maʼ ġismi kollu.   Il-ħżiena għala jibqgħu ħajjin,+Jixjieħu, u wkoll isiru iktar u iktar għonja?+   Nisilhom hu stabbilit fis-​sod magħhom u quddiemhom,U d-​dixxendenti tagħhom quddiem għajnejhom.   Djarhom fis-​sliem, ħelsin mill-​biżaʼ,+U l-​ħatar t’Alla m’huwiex fuqhom. 10  Il-barri tagħhom inissel, u ma jaħlix sperma;Il-​baqra tagħhom tiled+ u ma tkorrix. 11  Iħallu lit-​tfal tagħhom joħorġu barra bħal merħla,U wliedhom imorru jaqbżu ’l hemm u ’l hawn. 12  Ikomplu jgħollu leħinhom bit-​tanburlin u bl-​arpa,+U jithennew bil-​ħoss tal-​fifra. 13  Iqattgħu jiemhom jixxalaw,+U jinżlu fil-​Qabar* f’mument wieħed. 14  Jgħidu lill-​Alla l-​veru, ‘Tbiegħed minna!+Ma jogħġobniex l-​għarfien dwar triqatek.+ 15  Min hu Dak li Jistaʼ Kollox, sabiex naqduh,+U kif nibbenefikaw billi nikkomunikaw miegħu?’+ 16  Ara! Il-​kundizzjoni tajba tagħhom m’hijiex f’idejhom.+Il-​parir tal-​ħżiena żammejtu ’l bogħod minni.+ 17  Kemm-il darba jintefa l-​musbieħ tan-​nies mill-​agħar,+U jiġi fuqhom id-​diżastru tagħhom?Kemm-il darba fir-​rabja tiegħu Alla jibgħat il-​qerda?+ 18  Isiru huma bħat-​tiben fir-​riħ,+U bħal karfa maħtufa minn riħ taʼ tempesta? 19  Alla jaħżen il-​ħsara taʼ bniedem għal uliedu stess;+Hu jagħtih ħlasu sabiex ikun konxju taʼ dan.+ 20  B’għajnejh jara lilu nnifsu sejjer lura,U mill-​korla taʼ Dak li Jistaʼ Kollox jixrob hu.+ 21  Għax x’għaxqa jsib f’daru wara li jmut,Meta l-​għadd tax-​xhur tiegħu jonqos bin-​nofs?+ 22  Se jgħallem hu l-​għerf lil Alla,+Meta dan il-​Wieħed jiġġudika lill-​ogħla ħlejjaq?+ 23  Bniedem imut meta ma jkun jonqsu assolutament xejn,+Meta ma jkollu inkwiet taʼ xejn u jkun komdu; 24  Meta koxxtejh ikunu mimlijin xaħamU l-​mudullun t’għadmu jkun tari. 25  U l-​ieħor imut b’ruħu mimlija mrarBla ma jkun daq xejn mill-​affarijiet tajbin.+ 26  Flimkien fit-​trab jimteddu+U d-​dud jiksihom.+ 27  Ara! Nafhom tajjeb ħsibijietkomU l-​pjanijiet tagħkom biex taġixxu bil-​vjolenza kontrija.+ 28  Għax intom tgħidu, ‘Fejn hi dar in-​nobbli,U fejn hi t-​tinda, il-​post fejn jgħammru l-​ħżiena?’+ 29  Ma staqsejtuhomx lil dawk li jkunu fit-​toroq qed jivvjaġġaw?Ma tifluhomx sew is-​sinjali tagħhom, 30  Li f’jum id-​diżastru bniedem mill-​agħar jiġi skansat,+F’jum il-​qilla jiġi meħlus? 31  Min se jgħidlu f’wiċċu dwar imġibtu?+U min se jħallsu għal dak li għamel?+ 32  Inkwantu għalih, lejn il-​post tad-​dfin jittieħed,+U fuq il-​qabar tinżamm l-​għassa. 33  Għalih ikunu pjaċevoli ċ-​ċapep tal-​ħamrija tal-​wied,+U warajh ikaxkar il-​bnedmin kollha,+U dawk taʼ qablu kienu bla għadd. 34  Għalhekk, kemm hu għalxejn li qed tipprovaw tfarrġuni!+Fit-​tweġibiet tagħkom ma baqax ħlief nuqqas taʼ fedeltà.”

Noti taʼ taħt

Bl-Ebrajk, “Xeol.”