Ġob 20:1-29

20  U Sofar in-​Nagħmati wieġeb u qal:   “Għalhekk, iwiġbuni ħsibijieti li jinkwetawni,Saħansitra minħabba l-​ansjetà taʼ ġo fija.   Twiddiba insolenti nismaʼ;U jwiġibni bi spirtu mingħajr l-​abbiltà li nifhem li għandi jien.   Minn dejjem kont tafha int din il-​ħaġa,Mindu tqiegħed il-​bniedem fuq l-​art,+   Li l-​għajta ferriħija tan-​nies mill-​agħar hi qasira+U li l-​hena taʼ bniedem apostata hu għal mument?   Għalkemm l-​eċċellenza tiegħu titlaʼ fis-​sema+U rasu tmiss is-​sħab,   Bħall-ħmieġ tiegħu hu jgħib għal dejjem;+Dawk li jarawh jgħidu, ‘Fejn hu?’+   Bħal ħolma jtir, u ma jsibuhx;U bħal viżjoni bil-​lejl jitkeċċa.+   L-għajn li lemħitu ma terġax tarah,+U lilu postu qatt iktar ma jerġaʼ jarah.+ 10  Uliedu stess ifittxu l-​ħniena mingħand il-​batuti,U idejh stess iroddu l-​affarijiet taʼ valur tiegħu.+ 11  Għadmu kien mimli enerġija taż-​żgħożija,Imma din miegħu timtedd fit-​trab.+ 12  Jekk dak li hu ħażin itiegħem ħelu f’ħalqu,Jekk hu jġiegħlu jinħall taħt ilsienu, 13  Jekk jieħu gost bih u ma jitilqux,U jekk jibqaʼ jżommu f’nofs ħalqu, 14  L-ikel tiegħu jinbidel ġo msarnu;Velenu tal-​kobri jkun ġo fih. 15  Jiblaʼ l-​għana, imma jaqilgħu;Alla joħroġhulu minn ġo żaqqu. 16  Jerdaʼ l-​velenu tal-​kobri;Joqtlu lsien il-​lifgħa.+ 17  Qatt ma jerġaʼ jara l-​kanali taʼ l-​ilma,+Nixxigħat igelglu t’għasel u baqta. 18  Hu jagħti lura l-​proprjetà tiegħu li jkun kiseb u ma jiblagħhiex;Bħall-​għana min-​negozju tiegħu, imma ma jgawdihx.+ 19  Għax hu jfarrak, hu jitlaq lill-​batuti;Jaħtaf dar li ma jibnix hu.+ 20  Għax ma jkollux paċi ġewwinija ġo fih;Ma jeħilsuhx l-​affarijiet mixtiqin.+ 21  Ma baqagħlu xejn x’jiblaʼ;Huwa għalhekk li l-​kundizzjoni tajba tiegħu ma tibqax. 22  Waqt li l-​abbundanza tiegħu tkun fl-​aqwa tagħha hu jħossu ansjuż;+Bil-​qawwa kollha l-​għawġ jiġi fuqu. 23  Ħa jseħħ li, biex jimlielu żaqqu,Alla jibgħat ir-​rabja taħraq tiegħu fuqu+U jibgħatha bħal xita fuqu, għal ġo msarnu. 24  Hu jaħrab+ mill-​armi tal-​ħadid;Jinfdu qaws tar-​ram aħmar. 25  Vleġġa tibqaʼ ħierġa minn ġo dahru,U arma tleqq tibqaʼ ħierġa minn ġol-​marrara tiegħu;+Oġġetti tal-​biżaʼ jiġu kontrih.+ 26  Id-dlam kollu jkun merfugħ għall-​affarijiet prezzjużi tiegħu;Nar li ħadd ma rewwaħlu jibilgħu;+Jaħbatlu ħażin min jibqaʼ fit-​tinda tiegħu. 27  Is-sema jikxiflu l-​iżball tiegħu,+U l-​art tirvella kontrih. 28  Ħalba qawwija tkaxkarlu daru;Ikun hemm ħafna affarijiet igelglu f’jum ir-​rabja tiegħu.+ 29  Dan hu sehem il-​bniedem mill-​agħar mingħand Alla,+Saħansitra l-​wirt mistqarr tiegħu mingħand Alla.”

Noti taʼ taħt