Ġob 2:1-13

2  Imbagħad wasal il-​jum meta wlied* l-​Alla l-​veru daħlu biex jidhru quddiem Ġeħova, u Satana* wkoll daħal fosthom biex jidher quddiem Ġeħova.+  Imbagħad Ġeħova qal lil Satana: “Minfejn ġej?” U Satana wieġeb lil Ġeħova u qallu: “Milli ndur ’l hemm u ’l hawn fuq l-​art u milli nimxi ’l hemm u ’l hawn fiha.”+  U Ġeħova ssokta jgħid lil Satana: “Qgħadt taħseb xejn fil-​qaddej tiegħi Ġob,+ li m’hemm ħadd bħalu fuq l-​art, raġel bla ħtija u rett,+ jibżaʼ minn Alla+ u jitbiegħed mill-​ħażen?+ Hu għadu saħansitra jżomm sod l-​integrità tiegħu,+ għalkemm int tagħwini+ kontrih biex neqirdu għalxejn b’xejn.”+  Imma Satana+ wieġeb lil Ġeħova u qallu: “Ġild għal ġild, u raġel jagħti kulma jkollu għal ruħu.+  Imma issa midd idek, jekk jogħġbok, u misslu s’għadmu u laħmu u ara jekk jisħtekx f’wiċċek.”+  Għaldaqstant, Ġeħova qal lil Satana: “Hemm hu f’idek! Biss oqgħod attent għal ruħu!”  Għalhekk, Satana ħareġ minn quddiem wiċċ Ġeħova+ u lil Ġob imlielu ġismu kollu msiemer li ma jfiqux+ minn qiegħ saqajh sal-​qorriegħa taʼ rasu.  U dan qabad biċċa fuħħar biex iħokk biha; u qagħad bil-​qiegħda qalb l-​irmied.+  Fl-aħħar, martu qaltlu: “Għadek iżżomm sod l-​integrità tiegħek?+ Isħet lil Alla u mut!” 10  Imma hu qalilha: “Bħalma titkellem waħda min-​nisa bla sens,+ titkellem int ukoll. Se naċċettaw biss dak li hu tajjeb mingħand l-​Alla l-​veru u ma naċċettawx ukoll dak li hu ħażin?”+ F’dan kollu Ġob ma dinibx b’xofftejh.+ 11  U tlett iħbieb taʼ Ġob semgħu b’dan il-​gwaj kollu li kien ġie fuqu, u ġew, kull wieħed minn pajjiżu, Elifaż it-​Temani,+ Bildad is-​Suħi,+ u Sofar in-​Nagħmati.+ Għalhekk, dawn iltaqgħu flimkien+ biex jiġu u juruh li jħossu għalih u jfarrġuh.+ 12  Meta refgħu għajnejhom mill-​bogħod m’għarfuhx. U għollew leħinhom, bkew, u ċarrtu,+ kull wieħed il-​libsa bla kmiem tiegħu, u xeħtu t-​trab lejn is-​smewwiet għal fuq rashom.+ 13  U qagħdu bil-​qiegħda+ fl-​art miegħu sebat ijiem u sebaʼ ljieli, u ma kien hemm ħadd li jgħidlu kelma, għax raw li l-​uġigħ+ tiegħu kien kbir ferm.

Noti taʼ taħt

Jew, “l-​anġli.”
Ara Ġob 1:6, in-​nota taʼ taħt.