Ġob 19:1-29

19  U Ġob wieġeb u qal:   “Kemm se ddumu tkidduni+U tkissruni bil-​kliem?+   Dawn l-​għaxar darbiet ċanfartuni;Ma tistħux tittrattawni daqshekk bl-​aħrax.+   U, ejja ngħidu li żbaljajt,+Jien ingawdih l-​iżball tiegħi.   Jekk, fil-​fatt, titkabbru kontrija,+U turu li jistħoqqli l-​għajb tiegħi,+   Kunu afu, mela, li hu Alla li żvijani,U x-​xibka tal-​kaċċa tiegħu għalaqha fuqi.+   Ara! Nibqaʼ ngħajjat, ‘Vjolenza!’ imma ħadd ma jwieġeb;+Nibqaʼ ngħajjat għall-​għajnuna, imma m’hemmx ġustizzja.+   Il-passaġġ tiegħi għalqu b’ħajt tal-​ġebel,+ u ma nistax ngħaddi;U fuq triqati jqiegħed id-​dlam.+   Neħħieli l-​glorja tiegħi minn fuqi,+U neżżagħli l-​kuruna minn rasi. 10  Iġarrafni minn kull naħa, u ngħosfor;U jaqlagħli bħal siġra t-​tama tiegħi. 11  Ir-rabja tiegħu tixgħel kontrija,+U jibqaʼ jgħoddni bħala avversarju tiegħu. 12  Ngħaqdu flimkien it-​truppi tiegħu biex jiġu u jibnu triqithom kontrija,+U jikkampjaw madwar it-​tinda tiegħi. 13  Lil ħuti stess begħedhom minni,+U dawk li jafuni saħansitra warrbuni. 14  Il-ħbieb intimi tiegħi m’għadhomx jeżistu,+U dawk li nafhom sew insewni, 15  Dawk li qed jgħixu bħala barranin f’dari;+ u l-​ilsiera nisa tiegħi jgħodduni bħala stranġier;Barrani sirt f’għajnejhom. 16  Insejjaħ lill-​qaddej tiegħi, imma ma jwiġibx.B’fommi nibqaʼ nitolbu bil-​ħniena biex jagħdirni. 17  Nifsi sar iqażżeż lil marti,+U jien sirt ninten għal ulied żaqq ommi. 18  Is-subien ukoll ċaħduni;+Lanqas nilħaq inqum li ma jibdewx jitkellmu kontrija. 19  L-irġiel kollha li kienu ħbieb tal-​qalb jistmerruni,+U dawk li nħobb daru kontrija.+ 20   Maʼ ġildi u maʼ laħmi mwaħħal għadmi,+U ma baqagħlix ħlief il-​ġilda taʼ snieni. 21  Ħennu għalija, ħennu għalija, O intom sħabi,+Għax id Alla laqtitni.+ 22  Għala tibqgħu tippersegwitawni bħalma jagħmel Alla,+U ma tixbgħux b’laħmi? 23  O li kieku kellu jinkiteb issa kliemi!O li kieku kellu jitniżżel fi ktieb! 24  O li kieku kien minqux għal dejjem fil-​blat,B’xafra tal-​ħadid+ u biċ-​ċomb! 25  U jien naf tajjeb li l-​feddej tiegħi+ hu ħaj,U li, meta jiġi warajja, hu jqum+ fuq it-​trab. 26  U wara li qaxxruli ġildi,—dan!Għalkemm laħmi ġie fix-​xejn, jien se narah lil Alla, 27  Li lilu jien se nara personalment.+Għajnejja, u mhux għajnejn xi stranġier, se jaraw lil Alla.Il-​kliewi tiegħi ddgħajfu ġo fija. 28  Għax intom tgħidu, ‘Għala nibqgħu nippersegwitawh?’+Meta l-​għerq tal-​kwistjoni jinsab fija. 29  Ibżgħu minħabba s-​sejf,+Għax is-​sejf ifisser korla kontra l-​iżbalji,Sabiex tkunu tafu li hemm imħallef.”+

Noti taʼ taħt