Ġob 18:1-21

18  U Bildad is-​Suħi wieġeb u qal:   “Kemm se ddumu* ma tieqfu titkellmu?Għandkom tifhmu, sabiex imbagħad nitkellmu aħna.   Għala għandna niġu magħdudin bħala bhejjem+U meqjusin bħala mhux nodfa f’għajnejkom?   Hu qed iqattaʼ biċċiet lil ruħu fir-​rabja tiegħu.Se tiġi l-​art abbandunata minħabba fik,Jew blata se tiċċaqlaq minn postha?   Id-dawl, iva, tal-​ħżiena jintefa+U ma tiddix ix-​xrara tan-​nar tiegħu.   Jiddallam id-​dawl fit-​tinda tiegħu,+U l-​musbieħ tiegħu stess jintefa fiha.   Jiqsaru l-​passi tiegħu mimlijin ħeġġa.Lilu jwarrab il-​parir tiegħu stess.+   Għax jidħol f’xibka b’saqajh stess,U għal fuq mansab jimxi.+   Nasba taħtfu mill-​għarqub;+Nassa+ tingħalaq fuqu. 10  Hemm ħabel moħbi fl-​art għalih,U trabokk fil-​mogħdija tiegħu. 11  Dawramejt, it-​twerwir għal għarrieda jġiegħlu jinħasad bil-​biżaʼ,+U jsus warajh maʼ saqajh. 12  Il-ħeġġa tiegħu ssir imġewħa,U d-​diżastru+ jkun pront biex iġiegħlu jzappap. 13  L-iben il-​kbir tal-​mewt jikollu l-​bċejjeċ taʼ ġildu;Jikollu riġlejh u dirgħajh. 14  Kulma jafda fih jinqeridlu minn ġot-​tinda tiegħu+U jwasslu għal għand is-​sultan tat-​twerwir. 15  Fit-tinda tiegħu tgħammar xi ħaġa li mhix tiegħu;Fuq il-​post tiegħu fejn jgħammar jitferrex il-​kubrit.+ 16  Minn taħt, jinxfulu għeruqu,+U, minn fuq, tidbiel il-​fergħa tiegħu. 17  Lanqas biss jissemma iktar fuq l-​art,+U ma jkollu ebda isem barra fit-​triq. 18  Jimbottawh ’il barra mid-​dawl għal ġod-​dlam,U jkeċċuh mill-​art produttiva. 19  Ma jkollu ebda dixxendent u ebda nisel fost il-​poplu tiegħu,+U ma jkun hemm ħadd li jibqaʼ ħaj fil-​post tiegħu fejn jgħix bħala barrani. 20  Fi żmienu n-​nies tal-​Punent jistagħġbu u jiċċassaw,U n-​nies tal-​Lvant jaqbadhom it-​tkexkix. 21  Hekk jiġrilha d-​dar taʼ min jagħmel il-​ħażin,U dan hu l-​post taʼ min ma jagħrafx lil Alla.”

Noti taʼ taħt

X’aktarx li jirreferi għal Ġob u għal dawk li huma bħalu jew li jissimpatizzaw miegħu.