Ġob 17:1-16

17  “L-​ispirtu tiegħi mifni,+ jiemi ntfew;Post tad-​dfin hemm jistennieni.+   Żgur li hemm min jiddieħaq bija,+U għajnejja jibqgħu fuq l-​imġiba ribelluża tagħhom.   Jekk jogħġbok, aġixxi b’mod li jiggarantixxi l-​ġid tiegħi.+Min hemm iktar li jiħodli b’idejja+ b’garanzija?   Għax int għalaqtilhom qalbhom għall-​għaqal.+Huwa għalhekk li ma teżaltahomx.   Xi ħadd jgħid lil sħabu biex jieħdu sehemhom,Imma għajnejn uliedu jiddgħajfu.+   Hu għamilni bħala qawl+ tal-​popli,U b’hekk sirt xi ħadd li jobżqulu f’wiċċu.+   Bid-dwejjaq għajnejja ċċajpruli+U l-​membri taʼ ġismi kollha saru qishom dell.   Ir-retti jistagħġbu u jiċċassaw b’dan,U saħansitra l-​innoċenti jħossu mbaqbaq minħabba l-​bniedem apostata.   Il-ġust jibqaʼ jżomm sod maʼ triqtu,+U dak li għandu idejh nodfa+ jibqaʼ jiżdied fis-​saħħa.+ 10  Madankollu, erġgħu ibdew ilkoll kemm intom. Għalhekk, ejjew, jekk jogħġobkom,Għax lil ħadd ma nsib għaref fostkom.+ 11  Jiemi għaddew,+ sfaw fix-​xejn il-​pjanijiet tiegħi,+Ix-​xewqat taʼ qalbi. 12  In-nhar jagħmluh lejl:+‘Qrib hu d-​dawl li jkeċċi d-​dlam.’ 13  Jekk nibqaʼ nistenna, il-​Qabar* ikun dari;+Fid-​dlam+ ikolli nifrex is-​sodda tiegħi. 14  Lill-ħofra+ jkolli ngħidilha, ‘Int missieri!’Lid-​dud,+ ‘Int ommi u oħti!’ 15  Għalhekk, fejn hi, mela, it-​tama tiegħi?+U t-​tama tiegħi—min jaraha? 16  Lejn bwieb il-​Qabar jinżlu huma,Meta aħna, ilkoll flimkien, ikollna ninżlu fit-​trab.”+

Noti taʼ taħt

Bl-Ebrajk, “Xeol.” F’vers 16 ukoll.