Ġob 16:1-22

16  U Ġob wieġeb u qal:   “Smajt ħafna affarijiet bħal dawn.Intom ilkoll farraġa li taqilgħu l-​inkwiet!+   Hemm tmiem għall-​kliem fieragħ?+Jew x’qed ikiddek, biex twieġeb hekk?   Jien stess ukoll kont naf nitkellem bħalkom.Kieku ruħkom kienet flok ruħi,Kont nibbrilla fil-​kliem kontrikom,+U kont inxengel rasi kontrikom?+   Jien kont insaħħaħkom bi kliem fommi,+U l-​konsolazzjoni taʼ xofftejja kienet ittaffi—.   Jekk nitkellem, l-​uġigħ tiegħi ma jittaffiex,+U jekk nieqaf nagħmel hekk, kemm se jonqos l-​uġigħ?   Biss issa Alla għejjieni;+Lil dawk kollha li jinġemgħu miegħi ġabhom fix-​xejn.   Int taqbadni sew. Dan sar xiehda,+U b’hekk il-​miżerja tiegħi tqum kontrija. Din tixhed f’wiċċi.   Ir-rabja t’Alla tbiċċirni, u hu jobgħodni.+Hu jgħażżaż snienu għalija.+L-​avversarju tiegħi jberraq għajnejh kontrija.+ 10  Fetħu ħalqhom kontrija,+Biż-​żebliħ tawni bil-​ħarta,F’għadd kbir jinġemgħu kontrija.+ 11  Alla jagħtini f’idejn it-​tfal,U f’idejn il-​ħżiena jitfagħni għal rasi.+ 12  Kont qed ngħix komdu, imma hu heżżiżni;+U ħatafni mill-​kozz t’għonqi u farrakni,U jagħmilni l-​mira tiegħu. 13  L-arċieri tiegħu+ jdawruni;Hu jiftaħ beraħ il-​kliewi tiegħi+ u ma jħoss ebda mogħdrija;Isawwab fl-​art il-​marrara tiegħi. 14  Jibqaʼ jinfidni b’selħa wara selħa;Jiġri għal fuqi bħal wieħed setgħan.+ 15  Drapp taʼ l-​ixkora+ ħitt flimkien għal fuq ġildi,U daħħalt rasi fit-​trab.+ 16  Wiċċi ħmar bil-​biki,+U fuq xfar għajnejja hemm dlam ċappa,+ 17  Għalkemm m’hemm ebda vjolenza f’idejja,U t-​talba tiegħi hi safja.+ 18  O art, tgħattix demmi!+U ħa ma jkun hemm ebda post taʼ mistrieħ għall-​għajta tiegħi! 19  Issa wkoll, ara, fis-​smewwiet hemm wieħed li qed jixhed dwari,U x-​xhud tiegħi qiegħed fl-​għoli.+ 20  Sħabi huma kelliema kontrija;+Lejn Alla rfajt għajnejja bla rqad.+ 21  U d-​deċiżjoni trid tittieħed bejn raġel b’saħħtu u Alla,L-​istess bħal dik bejn bin il-​bniedem u sieħbu.+ 22  Għax ftit snin biss fadal,U nitlaq mill-​mogħdija li mhux se nerġaʼ lura minnha.+

Noti taʼ taħt