Ġob 15:1-35

15  U Elifaż it-​Temani wieġeb u qal:   “Iwieġeb l-​għaref b’għarfien fieragħ,+Jew jimla żaqqu bir-​riħ mil-​lvant?+   Li sempliċement twiddeb b’kelma ma jkun jiswa xejn,U sempliċi kliem biss ma jkun t’ebda benefiċċju.   Madankollu, int innifsek iġġiegħel li l-​biżaʼ minn Alla ma jkollu ebda forza,U tnaqqas il-​meditazzjoni sinċiera dwar Alla.   Għax l-​iżball tiegħek iħarreġ lil fommok,U int tagħżel ilsien in-​nies li jilħqilhom.   Fommok stess jgħid li int ħati, u mhux jien;U xofftejk stess jitkellmu kontrik.+   Kont int l-​ewwel bniedem li twieled,+Jew qabel l-​għoljiet+ twilidt bl-​uġigħ tal-​ħlas?   Tisimgħu int id-​diskors kunfidenzjali t’Alla,+U tillimita l-​għerf għalik innifsek?   X’taf int li ma nafuhx aħna?+X’tifhem int li ma nifhmuhx aħna? 10  Fostna hemm kemm dak taʼ xagħru griż u kemm dak imdaħħal fiż-​żmien,+Huma akbar minn missierek fiż-​żmien. 11  M’hijiex biżżejjed għalik il-​konsolazzjoni t’Alla,Jew kelma li tingħadlek b’mod ġentili? 12  Għala tħalli lil qalbek tiġri bik,U għala tberraq għajnejk? 13  Għax int iddawwar l-​ispirtu tiegħek kontra Alla nnifsu,U int ġegħelt li l-​kliem joħroġ minn fommok stess. 14  X’inhu l-​bniedem mortali biex ikun nadif,+Jew li xi ħadd imwieled minn mara jkollu raġun? 15  Ara! Fil-​qaddisin tiegħu m’għandu ebda fidi,+U s-​smewwiet infushom, fil-​fatt, m’humiex nodfa f’għajnejh.+ 16  Kemm inqas ikun hekk meta xi ħadd ikun mistkerrah u korrott,+Raġel li jixrob l-​inġustizzja bħall-​ilma! 17  Dan se niddikjarah lilek. Agħtini widen!+Rajt saħansitra dan, u għalhekk ħa nirrakkonta, 18  Dak li l-​għorrief+ jgħiduU li ma ħbewhx, peress li ġie mingħand missirijiethom. 19  Lilhom biss ngħatat l-​art,U ebda stranġier m’għadda minn ġo nofshom. 20  Bniedem mill-​agħar isofri t-​torturi tul jiemu kollha,Saħansitra s-​snin magħdudin li ġew merfugħin għat-​tirann. 21  Il-ħoss t’affarijiet tal-​biżaʼ jidwi f’widnejh;Fis-​sliem jaħbat għalih ħalliel.+ 22  Ma jemminx li jiġi lura mid-​dlam,+U hu merfugħ għas-​sejf. 23  Jiġġerra biex ifittex il-​ħobż—fejn hu?+Hu jaf tajjeb li jum id-​dlam+ hu lest u qrib. 24  In-niket u l-​hemm jibqgħu jwerwruh;+Jegħlbuh bħal sultan lest għall-​attakk. 25  Peress li jmidd idu kontra Alla nnifsu,U jipprova juri li hu superjuri għal Dak li Jistaʼ Kollox;+ 26  Peress li b’ras iebsa jiġri kontrih,Bit-​tarki ħoxnin tiegħu; 27  Peress li jiksi wiċċu bis-​simna tiegħuU jqiegħed ix-​xaħam fuq ġenbejh,+ 28  Hu jgħammar fi bliet li jridu jitqaċċtu darba għal dejjem;Fi djar li n-​nies ma jibqgħux jgħammru fihom,Li żgur se jispiċċaw li jsiru gzuz taʼ ġebel. 29  Ma jsirx għani u l-​għana tiegħu ma joktorx,Lanqas ma jifrex fuq l-​art dak li kiseb.+ 30  Ma jitbigħedx mid-​dlam;Iż-​żarġun tiegħu tnixxfu fjamma,U hu jgħib b’nifs minn fomm Alla.+ 31  Ħa ma jpoġġix il-​fidi tiegħu fil-​frugħa, u jiġi żvijat,Għax sempliċi frugħa se jieħu bi tpartit; 32  Qabel żmienu se titwettaq din.U r-​rimja tiegħu ma tħaddarx.+ 33  Bħal dielja jarmi l-​għeneb mhux misjur tiegħu,U bħal siġra taż-​żebbuġ iwaqqaʼ l-​inwar tiegħu. 34  Għax il-​ġemgħa taʼ l-​apostati hi bla ħajja,+U nar jiblaʼ t-​tined tat-​tixħim.+ 35  Inisslu l-​inkwiet u jildu l-​ħsara,+U żaqqhom tħejji l-​qerq.”

Noti taʼ taħt