Ġob 14:1-22

14  “Il-​bniedem, imwieled minn mara,+Għomru qasir+ u mimli taħbit.+   Bħall-inwar joħroġ u jinqataʼ,+U jaħrab bħad-​dell+ u ma jibqax jeżisti.   Iva, fuq dan int iżżomm għajnejk miftuħin,U lili tressaqni għall-​ħaqq+ kontrik.   Min jistaʼ jnissel lil xi ħadd nadif minn xi ħadd mhux nadif?+Lanqas ħadd.   Jekk jiemu huma magħdudin,+L-​għadd tax-​xhur tiegħu qiegħed f’idejk;Digriet għalih għamilt int sabiex hu ma jaqbżux.   Warrab ħarstek minn fuqu sabiex ikollu l-​mistrieħ,+Sakemm isib l-​għaxqa fil-​jum tiegħu bħalma jagħmel ħaddiem mikri.   Għax hemm tama saħansitra għal siġra.Jekk tinqataʼ, terġaʼ tarmi,+U ż-​żarġun tagħha ma jmutx.   Jekk l-​għerq tagħha jixjieħ fl-​artU z-​zokk tagħha jmut fit-​trab,   Malli xxomm l-​ilma tarmi+U tnissel fergħa bħal xitla ġdida.+ 10  Imma raġel b’saħħtu jmut u jimtedd mirbuħ;U bniedem taʼ l-​art jieħu l-​aħħar nifs, u fejn ikun?+ 11  L-ilmijiet jgħibu mill-​baħar,U xmara titqaxqax u tinxef.+ 12  Il-bniedem ukoll ikollu jimtedd u ma jqumx.+Sakemm is-​sema ma jkunx iktar ma jqumux,+Lanqas ma jitqajmu mill-​irqad tagħhom.+ 13  O li fil-​Qabar* kont taħbini,+Li kont iżżommni fil-​moħbi sakemm tibred ir-​rabja tiegħek,Li kont tistabbilixxi limitu taʼ żmien+ għalija u tiftakar fija!+ 14  Jekk raġel b’saħħtu jmut jistaʼ jerġaʼ jgħix?+Il-​jiem kollha tal-​jasar* tiegħi se nistenna,+Sakemm jiġi s-​serħan tiegħi.+ 15  Int issejjaħli, u jien inwieġbek.+Għal xogħol idejk int tixxennaq. 16  Għax issa tibqaʼ tgħodd l-​istess passi tiegħi;+Ma tgħasses għal xejn ħlief għal dnubi.+ 17  Siġillat fi xkora hu l-​irvell tiegħi,+U int tqiegħed il-​kolla fuq l-​iżball tiegħi. 18  Madankollu, muntanja, jekk taqaʼ, tiġi fix-​xejn,U saħansitra blata se tiġi mċaqalqa minn postha. 19  L-ilma jiekol saħansitra l-​ġebel;Il-​gliegel tiegħu jġorru t-​trab taʼ l-​art.Hekk qridtha int it-​tama taʼ bniedem mortali. 20  Int tegħlbu għal dejjem, u b’hekk hu jitlaq ’l hemm;+Int qed tisfiguralu wiċċu sabiex tibagħtu lil hinn. 21  Uliedu jiġu onorati, imma hu ma jkunx jaf b’dan;+U jsiru insinifikanti, imma hu ma jqishomx. 22  Huwa biss waqt li għad għandu ġisem tal-​laħam li se jibqaʼ muġugħ,U ruħu stess, waqt li għadu ħaj, tibqaʼ titnikket.”

Noti taʼ taħt

Bl-Ebrajk, “Xeol.” Ara Appendiċi 4.
Din hi referenza simbolika għall-​jasar fil-​mewt.