Ġob 13:1-28

13  “Ara! Dan kollu raw għajnejja,Semgħuh u fehmuh widnejja.   Dak li tafu intom nafu tajjeb jien ukoll;M’iniex inqas minnkom.+   Madankollu, jien, min-​naħa tiegħi, nixtieq inkellem lil Dak li Jistaʼ Kollox innifsu,+U l-​għaxqa tiegħi hi li nargumenta m’Alla.   Mill-banda l-​oħra, intom iċċappsuni bil-​gideb;+Intom ilkoll tobba bla siwi.+   Mhux li kontu tisktu għalkollox,U b’hekk turu l-​għerf min-​naħa tagħkom!+   Isimgħu, jekk jogħġobkom, it-​tweġiba tiegħi għall-​argumenti tagħkom,+U oqogħdu attenti għat-​talb bil-​ħniena taʼ xofftejja.   Tridu intom titkellmu għal Alla bl-​inġustizzja,U titkellmu għalih bil-​qerq?+   Se tittrattawh intom bil-​parzjalità,+Jew se tiġġieldu l-​kawża għall-​Alla l-​veru?   Se tgħadduha lixxa jekk jgħarbilkom?+Jew se tqarrqu bih kif tqarrqu bi bniedem mortali? 10  Hu żgur li jwiddibkom+Jekk bil-​moħbi tipprovaw turu parzjalità;+ 11  Ma ġġegħelkomx tinħasdu bil-​biżaʼ d-​dinjità tiegħu,U ma jaqax fuqkom it-​tkexkix minnu?+ 12  Il-qwiel għorrief tagħkom huma proverbji bla siwi bħall-​irmied;It-​tarki tagħkom huma tarki tat-​tafal.+ 13  Ibqgħu siekta quddiemi, biex nitkellem jien stess.Imbagħad ħa jiġrili li jrid! 14  Għala npoġġi ħajti fil-​perikluU nqiegħed ruħi f’riskju?*+ 15  Saħansitra jekk joqtolni, ma nistenniex?+F’wiċċu kont nargumenta biss għal imġibti. 16  Hu jkun ukoll is-​salvazzjoni tiegħi,+Għax quddiemu ebda bniedem apostata ma jersaq.+ 17  Isimgħu sew kelmti mill-​bidu sa l-​aħħar,+U ħa tidwi f’widnejkom id-​dikjarazzjoni tiegħi. 18  Ara! Jekk jogħġobkom, jien ippreżentajt kawża taʼ ġustizzja;+Naf tajjeb li jien innifsi għandi raġun. 19  Min hu dak li se jħaqqaqha miegħi?+Għax issa, jekk nibqaʼ sieket, immut! 20  Biss żewġ affarijiet tagħmillix;F’dak il-​każ ma ninħebiex minn quddiemek;+ 21  Biegħed idek minn fuqi,U l-​biżaʼ minnek—jalla ma jwerwirnix.+ 22  Jew int issejjaħ, u jien inwieġbek;Jew inkella jien nitkellem, u int twiġibni. 23  Jien b’liema mod għandi ħtijiet u dnubiet? Ġegħelni nagħraf l-​irvell tiegħi u d-​dnub tiegħi. 24  Għala taħbi wiċċek+U tqisni bħala għadu tiegħek?+ 25  Se ġġegħelha tirtogħod int werqa misjuqa ’l hemm u ’l hawn mir-​riħ,Jew se tibqaʼ int tiġri wara t-​tiben* niexef? 26  Għax int tibqaʼ tikteb kontrija affarijiet taʼ mrar+U ġġegħelni nbati l-​konsegwenzi taʼ l-​iżbalji taʼ żgħożiti.+ 27  Int iżżommli saqajja fil-​qjud,+U tgħasses il-​passaġġi kollha tiegħi;Għal qiegħ saqajja int timmarkali linja. 28  U jien* bħal xi ħaġa mħassra li titmermer;+Bħal libsa li tittiekel mill-​kamla.+

Noti taʼ taħt

Letteralment, “Għala nġorr laħmi fi snieni u nqiegħed ruħi fil-​pala taʼ idi?”
Letteralment, “qasbija.” Ara Eżo 5:12, in-​nota taʼ taħt.
Jew, “dan ir-​raġel.” Bl-​Ebrajk, “hu,” jiġifieri, Ġob.