Ġob 12:1-25

12  U Ġob wieġeb u qal:   “Taf x’naf li intom biss il-​bravi,U magħkom imut l-​għerf!+   Jien ukoll għandi qalb+ bħalma għandkom intom.M’iniex inqas minnkom,+U min m’għandux affarijiet bħal dawn?   Xi ħadd tad-​daħq għal sieħbu sirt jien,+Xi ħadd li jsejjaħ lil Alla biex iwieġbu.+Tad-​daħq hu min hu ġust u bla ħtija.   Min hu bla inkwiet taʼ xejn jiddisprezza l-​gwaj;+Jaħseb li dan jiġri biss lil min jogħtru riġlejh.+   It-tined tal-​ħallelin huma bla inkwiet,+U dawk li jgħaddbu lil Alla għandhom is-​sigurtàLi jkollu min iġorr xi alla f’idu.+   Madankollu, staqsi, jekk jogħġbok, lill-​annimali domestiċi, u jgħallmuk;+Ukoll lill-​ħlejjaq bil-​ġwienaħ tas-​smewwiet, u jgħidulek.+   Jew uri interess fl-​art, u din tgħallmek;+U l-​ħut tal-​baħar+ ixandrulek.   Min fost dawn kollha ma jafx tajjebLi id Ġeħova għamlitu dan,+ 10  Li f’idu qiegħda ruħ+ il-​ħajjin kollhaU l-​ispirtu tal-​laħam kollu tal-​bniedem?+ 11  Mhux il-​widna tiżnu l-​kliem+Bħalma s-​saqaf tal-​ħalq+ itiegħem l-​ikel? 12  Mhux għerf hemm fost l-​imdaħħlin fiż-​żmien+U abbiltà li jifhmu fl-​għomor twil? 13  Fih hemm l-​għerf u s-​setgħa;+Tiegħu huma l-​parir u l-​abbiltà li jifhem.+ 14  Ara! Hu jġarraf, u ma jinbeniex;+Jagħlaq għall-​bniedem, u ma jinfetaħx.+ 15  Ara! Irażżan l-​ilmijiet u jinxfu;+U jibgħathom, u jbiddlu l-​art.+ 16  Fih hemm is-​saħħa u l-​għaqal;*+Tiegħu huma min jagħmel xi żball u min jiżvija lil ħaddieħor;+ 17  Hu jibgħat ħafjin lill-​kunsillieri,+U jġiegħel lill-​imħallfin jiġġennu. 18  L-irbit tas-​slaten iħoll,+U ċinturin jorbot maʼ ġenbejhom. 19  Iġiegħel lill-​qassisin jimxu ħafjin,+U jniżżel minn posthom lis-​setgħanin;+ 20  Jagħlaq ħalq il-​persuni taʼ fiduċja,U lix-​xjuħ jiħdilhom l-​abbiltà li jkunu sensibbli; 21  Isawwab id-​disprezz fuq in-​nobbli,+U jdgħajjef il-​ħżiem tas-​setgħanin; 22  Jikxef minn ġod-​dlam affarijiet profondi,+U jitfaʼ d-​dawl fuq postijiet mudlama; 23  Ikabbar il-​ġnus, sabiex jeqridhom;+Jifrex il-​ġnus, sabiex ixejjinhom; 24  Ineħħi l-​għaqal tal-​kapijiet tan-​nies tal-​pajjiż,Sabiex iġerrihom ’l hemm u ’l hawn f’post vojt,+ fejn m’hemmx toroq. 25  Iteftfu fid-​dlam,+ fejn m’hemmx dawl,Sabiex iġerrihom ’l hemm u ’l hawn bħal raġel fis-​sakra.+

Noti taʼ taħt

Jew, “l-​għerf prattiku.”