Ġob 11:1-20

11  U Sofar in-​Nagħmati+ wieġeb u qal:   “Se jitħalla bla tweġiba dan il-​ħafna kliem,Jew min jiftaħar ikollu raġun?   Il-paroli fil-​vojt tiegħek isikket in-​nies,U int se tibqaʼ tiddieħaq b’ħaddieħor mingħajr ma jkollok min iwiddbek?+   Ukoll, int tgħid, ‘L-​istruzzjoni tiegħi+ safja,U jien urejt li jien tassew nadif+ f’għajnejk.’   Iżda O li kieku jitkellem AllaU jiftaħ xofftejh miegħek!+   Kien jgħidlek is-​sigrieti taʼ l-​għerf,Għax l-​affarijiet taʼ l-​għaqal* huma bosta.Ukoll, int kont tkun taf li Alla se jippermetti li xi wħud mill-​iżbalji tiegħek jintesewlek.+   Tistaʼ int tiskopri l-​affarijiet profondi t’Alla,+Jew tistaʼ tiskopri l-​limitu tal-​kobor taʼ Dak li Jistaʼ Kollox?   L-għerf hu ogħla mis-​sema. X’tistaʼ twettaq int?Iktar fond mill-​Qabar.*+ X’tistaʼ tkun taf int?   Itwal mill-​art fil-​qjies,U iktar wiesaʼ mill-​baħar. 10  Jekk hu jibqaʼ għaddej u jagħti lil xi ħadd f’idejn ħaddieħorU jlaqqaʼ l-​qorti, min jistaʼ għalih? 11  Għax hu nnifsu jaf tajjeb min huma n-​nies qarriqin.+Meta jara dak li hu taʼ ħsara, ma joqgħodx attent hu? 12  Raġel moħħu vojt jistaʼ jikseb motiv tajjebDaqskemm żebra tistaʼ titwieled bniedem. 13  Jekk int innifsek tassew tipprepara qalbekU tiftaħ idejk lejh,+ 14  Jekk dak li hu taʼ ħsara qiegħed f’idek, biegħdu minnek,U ħa ma tgħammar ebda inġustizzja fit-​tined tiegħek. 15  Għax imbagħad terfaʼ wiċċek u ma jkollokx għalxiex tistħi+U tkun fis-​sod, u ma tibżax. 16  Għax int—int l-​inkwiet tinsieh;Bħall-​ilmijiet li għaddew tiftakru. 17  U iktar minn nofsinhar ikun jiddi għomrok;+Id-​dlam isir bħal fil-​għodu.+ 18  U tafda għaliex ikun hemm it-​tama;U tħares bir-​reqqa madwarek—timtedd fis-​sigurtà.+ 19  U timtedd, u ma jkunx hemm min ibeżżgħek.U ħafna nies iġegħluk tħossok kalm;+ 20  U jiddgħajfu għajnejn il-​ħżiena;+U jgħib minn quddiemhom il-​post fejn jistgħu jaħarbu,+U t-​tama tagħhom tkun li ruħhom tieħu l-​aħħar nifs.”+

Noti taʼ taħt

Jew, “l-​għerf prattiku.”
Bl-Ebrajk, “Xeol.”