Ġob 10:1-22

10  “Ruħi tistkerrah lil ħajti.+Irrid nisfoga t-​tħassib tiegħi dwari nnifsi.Nitkellem fl-​imrar taʼ ruħi!   Ngħid lil Alla, ‘Tgħidx li jien ħati.Ġegħelni nkun naf għala qed tħaqqaqha miegħi.   Tajjeb għalik li tiżbalja,+Li tiċħad ix-​xogħol iebes taʼ idejk,+U li ddawwal il-​pariri tal-​ħżiena?   Għandek int għajnejn+ tal-​laħam,Jew int tara bħalma jara bniedem mortali?+   Huma jiemek bħall-​jiem taʼ bniedem mortali,+Jew is-​snin tiegħek bħall-​jiem taʼ raġel b’saħħtu,   Biex l-​iżball tiegħi tipprova ssibU dnubi tibqaʼ tfittex?+   Dan minkejja li int stess taf li jien m’iniex ħati,+U li m’hemm ħadd li jistaʼ jeħlisni minn idek?+   Idejk stess sawruni u għamluni+Kollni kemm jien, u madankollu int dalwaqt tiblagħni.   Ftakar, jekk jogħġbok, li mit-​tafal+ għamiltniU li fit-​trab għad treġġagħni lura.+ 10  Mhux bħall-​ħalib sawwabtniU bħall-​ġobon għaqqadtni?+ 11  Bil-ġilda u l-​laħam libbistniU bl-​għadam u bin-​nervituri nsiġtni.+ 12  Ħajja tajtni, u qalb tajba bl-​imħabba wrejt miegħi;+U ħadt ħsieb+ li tgħasses l-​ispirtu tiegħi. 13  U dawn l-​affarijiet ħbejthom f’qalbek.Jien naf tajjeb li int għandek dawn l-​affarijiet. 14  Jekk jien dnibt u int bqajt għassa tiegħi+U minħabba l-​iżball tiegħi ma tqisnix innoċenti;+ 15  Jekk jien ħati, ħażin għalija!+U jekk għandi raġun, ma nerfax rasi,+Imxebbaʼ bid-​diżunur u mimli bis-​sofferenza.+ 16  U jekk bi kburija naġixxi,+ bħal iljun b’saħħtu tikkaċċjani int,+U terġaʼ tagħmel xi ħaġa straordinarja għalija. 17  Int iġġib ix-​xhieda ġodda tiegħek quddiemi,U żżid ir-​rabja tiegħek għalija;Tbatija fuq tbatija għandi jien. 18  Mela għala ħriġtni mill-​ġuf?+Stajt mitt, u lanqas saħansitra għajn ma kienet tarani, 19  Hemmhekk messni sirt bħallikieku qatt ma kont;Miż-​żaqq għall-​qabar messhom ħaduni.’ 20  Mhux ftit huma jiemi?+ Ħa jitlaqni,Ħa jdawwar il-​ħarsa fissa tiegħu minn fuqi, sabiex nifraħ+ ftit 21  Qabel nitlaq—u ma niġix lura+Lejn art id-​dlam u s-​swidija,+ 22  Lejn art l-​oskurità bħad-​dlam, is-​swidijaU d-​diżordni, fejn id-​dija li hemm mhix ħlief dlam.”

Noti taʼ taħt