Ġob 1:1-22

1  Kien hemm raġel fl-​art t’Uż+ li kien jismu Ġob;*+ u dan ir-​raġel kien bla ħtija+ u rett,+ jibżaʼ minn Alla+ u jitbiegħed mill-​ħażen.+  U twildulu sebaʼ subien u tlett ibniet.+  U l-​bhejjem tiegħu+ kienu jgħoddu sebat elef nagħġa, tlett elef ġemel, ħames mitt par baqar, u ħames mitt ħmara, flimkien maʼ ġemgħa kbira ferm taʼ qaddejja; u dan ir-​raġel kien l-​aqwa wieħed min-​nies kollha taʼ l-​Orjent.+  U kull wieħed minn uliedu s-​subien, fil-​jum li kien imissu, kien jagħmel ikla kbira+ f’daru stess; u kienu jibagħtu għat-​tliet ħuthom il-​bniet u jistidnuhom biex jieklu u jixorbu magħhom.  U kien jiġri li meta kienet tgħaddi dawra sħiħa tal-​jiem taʼ l-​ikliet, Ġob kien jibgħat għalihom u jqaddishom;+ u kien iqum kmieni fil-​għodu u joffri sagrifiċċji tal-​ħruq+ skond l-​għadd tagħhom kollha; għax Ġob kien jgħid, “forsi wliedi dinbu u seħtu+ lil Alla f’qalbhom.”+ Hekk kien jagħmel Ġob dejjem.+  Issa wasal il-​jum meta wlied* l-​Alla l-​veru+ daħlu biex jidhru quddiem Ġeħova,+ u anki Satana*+ daħal fosthom.+  Imbagħad Ġeħova qal lil Satana: “Minfejn ġej?” U Satana wieġeb lil Ġeħova u qallu: “Milli ndur ’l hemm u ’l hawn fuq l-​art+ u milli nimxi ’l hemm u ’l hawn fiha.”+  U Ġeħova ssokta jgħid lil Satana: “Qgħadt taħseb xejn fil-​qaddej tiegħi Ġob, li m’hemm ħadd bħalu fuq l-​art,+ raġel bla ħtija+ u rett,+ jibżaʼ minn Alla+ u jitbiegħed mill-​ħażen?”+  U Satana wieġeb lil Ġeħova u qallu: “Huwa għalxejn li Ġob jibżaʼ minn Alla?+ 10  Ma bnejtx int innifsek ħajt madwaru dawramejt+ u madwar daru u madwar kulma għandu? Beriktlu xogħol idejh,+ u l-​bhejjem tiegħu xterdu fuq l-​art. 11  Imma issa midd idek, jekk jogħġbok, u miss kulma għandu u ara jekk jisħtekx f’wiċċek.”+ 12  Għaldaqstant, Ġeħova qal lil Satana: “Ara! Kulma għandu hu f’idek. Biss tmiddx idek fuqu!” Għalhekk, Satana ħareġ minn quddiem wiċċ Ġeħova.+ 13  Issa wasal il-​jum meta wliedu s-​subien u l-​bniet kienu qed jieklu u jixorbu l-​inbid fid-​dar taʼ ħuhom il-​kbir.+ 14  U ġie messaġġier+ għand Ġob u qallu: “Il-​baqar kienu qed jaħartu+ u l-​ħmir nisa kienu qed jirgħu maġenbhom 15  meta ġew is-​Sabegħanin+ jaħbtu għalihom u ħaduhom, u lill-​qaddejja qatluhom b’xifer is-​sejf; u jien irnexxieli naħrab, jien waħdi biss, biex ngħidlek.”+ 16  Waqt li dan kien għadu qed jitkellem, ġie ieħor u qallu: “In-​nar t’Alla niżel mis-​smewwiet+ u beda jaqbad qalb in-​nagħaġ u l-​qaddejja u belagħhom; u jien irnexxieli naħrab, jien waħdi biss, biex ngħidlek.” 17  Waqt li dan kien għadu qed jitkellem, ġie ieħor u qallu: “Il-​Kaldin+ ifformaw tliet qtajjaʼ u ntefgħu għal fuq l-​iġmla u ħaduhom, u lill-​qaddejja qatluhom b’xifer is-​sejf; u jien irnexxieli naħrab, jien waħdi biss, biex ngħidlek.” 18  Waqt li dan kien għadu qed jitkellem, ġie jerġaʼ ieħor u qallu: “Uliedek is-​subien u l-​bniet kienu qed jieklu u jixorbu l-​inbid+ fid-​dar taʼ ħuhom il-​kbir. 19  U, ara, ġie riħ qawwi+ mir-​reġjun tax-​xagħri, u laqat l-​erbaʼ kantunieri tad-​dar, u b’hekk din waqgħet fuq iż-​żgħażagħ u mietu. U jien irnexxieli naħrab, jien waħdi biss, biex ngħidlek.” 20  U Ġob qam, ċarrat+ il-​libsa bla kmiem tiegħu, qataʼ xagħar+ rasu, niżel fl-​art+ u miel,+ 21  u qal:“Għarwien ħriġt minn żaqq ommi,+U għarwien immur lura lejn l-​art.+Ġeħova tani,+ u Ġeħova ħadli.+Ħa jkompli jkun imbierek isem Ġeħova.”+ 22  F’dan kollu Ġob ma dinibx u ma qalx li Alla għamel xi ħaġa mhix xierqa.+

Noti taʼ taħt

Ifisser “Wieħed li Jiħduha Kontrih.”
Jew, “l-​anġli.”
Jew, “Dak li jopponi.” Bl-​Ebrajk, ħas·Satan. L-​artiklu definit fl-​Ebrajk juri li Satana hu individwu partikulari.