Ġożwè 9:1-27

9  U ġara li malli semgħu b’dan, is-​slaten kollha+ li kienu fuq in-​naħa tal-​Ġordan fir-​reġjun muntanjuż u fis-​Sefela u tul il-​kosta kollha tal-​Baħar il-​Kbir+ u quddiem il-​Libanu+—il-​Ħittin+ u l-​Amurrin, il-​Kangħanin,+ il-​Pereżin,+ il-​Ħiwwin u l-​Ġebusin+  bdew jinġemgħu lkoll flimkien b’fehma waħda+ biex jagħmlu gwerra kontra Ġożwè u Israel.  U l-​abitanti taʼ Gibegħon+ semgħu b’dak li Ġożwè kien għamel lil Ġeriko+ u Għaj.+  Għalhekk dawn, minn jeddhom, aġixxew bil-​prudenza+ u marru u ħadu provvisti għalihom u xkejjer qodma għall-​ħmir tagħhom, u fliexken tal-​ġild taʼ l-​inbid li kienu qodma, mifqugħin u marbutin,+  u sandlijiet qodma u mraqqgħin f’saqajhom, u lbiesi qodma fuqhom, u l-​ħobż kollu tal-​provvisti tagħhom kien niexef u mfarrak.  Imbagħad marru għand Ġożwè fil-​kamp f’Gilgal+ u qalu lilu u lill-​irġiel taʼ Israel: “Aħna ġejna minn pajjiż imbiegħed. U issa agħmlu patt+ magħna.”  Għal dan, l-​irġiel taʼ Israel qalu lill-​Ħiwwin:+ “Forsi tgħammru viċin tagħna. Allura, kif nistgħu nagħmlu patt magħkom?”+  U huma qalu lil Ġożwè: “Aħna qaddejja tiegħek.”+ Imbagħad Ġożwè qalilhom: “Min intom, u minfejn ġejjin?”  Għal dan, huma qalulu: “Il-​qaddejja tiegħek ġew minn pajjiż imbiegħed+ ħafna minħabba isem+ Ġeħova Alla tiegħek, għax smajna bil-​fama tiegħu u b’kulma għamel fl-​Eġittu,+ 10  u b’kulma għamel liż-​żewġ slaten taʼ l-​Amurrin li kienu fuq in-​naħa l-​oħra tal-​Ġordan, jiġifieri, lil Siħon+ is-​sultan taʼ Ħesbon u lil Għog+ is-​sultan taʼ Basan, li kien f’Għastarot.+ 11  Għalhekk, ix-​xjuħ tagħna u l-​abitanti kollha taʼ pajjiżna qalulna,+ ‘Ħudu l-​provvisti f’idejkom għall-​vjaġġ u morru ltaqgħu magħhom, u għidulhom: “Aħna l-​qaddejja tagħkom.+ U issa agħmlu patt magħna.”’+ 12  Dan il-​ħobż tagħna kien sħun meta ħadnieh għall-​provvisti tagħna minn ġo djarna dakinhar li ħriġna biex niġu għandkom hawnhekk, u issa, ara, nixef u tfarrak.+ 13  U dawn huma l-​fliexken tal-​ġild taʼ l-​inbid li mlejniehom ġodda, u, ara, infaqgħu,+ u dawn l-​ilbiesi u s-​sandlijiet tagħna qdiemu tant kemm kien twil il-​vjaġġ.” 14  Għaldaqstant, l-​irġiel qabdu ftit mill-​provvisti tagħhom, u ma stħarrġux+ x’jgħid fomm Ġeħova. 15  U Ġożwè għamel paċi magħhom+ u għamel patt magħhom biex iħallihom jgħixu, u għalhekk il-​kapijiet ewlenin+ tal-​ġemgħa ħalfulhom.+ 16  U ġara li wara tlett ijiem, wara li kienu għamlu patt magħhom, semgħu li kienu joqogħdu qribhom u li kienu jgħammru viċin. 17  Imbagħad ulied Israel telqu u waslu fi bliethom fit-​tielet jum, u bliethom kienu Gibegħon+ u Kefira+ u Birot+ u Kirjat-ġegħarim.+ 18  U wlied Israel ma ħabtux għalihom, għax il-​kapijiet ewlenin tal-​ġemgħa kienu ħalfulhom+ b’Ġeħova, l-​Alla taʼ Israel.+ U l-​ġemgħa kollha bdiet tgerger kontra l-​kapijiet ewlenin.+ 19  Għal dan, il-​kapijiet ewlenin kollha qalu lill-​assemblea: “Aħna, min-​naħa tagħna, ħlifnielhom b’Ġeħova l-​Alla taʼ Israel, u issa ma nistgħux nagħmlulhom ħsara.+ 20  Hekk se nagħmlu biex inħalluhom jgħixu u ma jiġi fuqna ebda għadab minħabba l-​ħalfa li ħlifnielhom.”+ 21  Għalhekk, il-​kapijiet ewlenin qalulhom: “Ħa jgħixu u jsiru wħud li jiġbru l-​injam u jtellgħu l-​ilma għall-​ġemgħa kollha,+ sewwasew bħalma wegħduhom il-​kapijiet ewlenin.”+ 22  Imbagħad Ġożwè sejħilhom u kellimhom, u qal: “Għala qarraqtu bina, billi għedtu, ‘Aħna noqogħdu ’l bogħod ħafna minnkom,’+ filwaqt li tgħammru fostna stess?+ 23  U issa intom nies misħutin,+ u qatt ma se tieqfu tkunu lsiera+ u wħud li tiġbru l-​injam u li ttellgħu l-​ilma għad-​dar t’Alla tiegħi.”+ 24  Imbagħad huma wieġbu lil Ġożwè u qalu: “Dan kien għax lill-​qaddejja tiegħek intqalilhom b’mod ċar li Ġeħova Alla tiegħek kien ikkmanda lil Mosè l-​qaddej tiegħu biex jagħtikom l-​art kollha u li jinqerdu għalkollox l-​abitanti kollha taʼ l-​art minn quddiemkom,+ u bdejna nibżgħu ħafna għal ruħna minħabba fikom.+ Għalhekk għamilna dan.+ 25  U issa hawnhekk aħna, f’idejk. Agħmel bina skond dak li jidhirlek li hu tajjeb u sewwa f’għajnejk.”+ 26  U hekk għamlilhom u ħelishom minn id ulied Israel, u ma qatluhomx.+ 27  Għaldaqstant, Ġożwè għamilhom*+ f’dak il-​jum bħala wħud li jiġbru l-​injam u li jtellgħu l-​ilma għall-​ġemgħa+ u għall-​artal taʼ Ġeħova, sal-​ġurnata taʼ llum, fil-​post li jagħżel hu.+

Noti taʼ taħt

“Għaldaqstant . . . [hu] għamilhom.” Letteralment, “U [hu] tahom.” Bl-​Ebrajk, wajjittenem (minn natan, li minnha ġejja l-​kelma “Netinin.”)