Ġożwè 8:1-35

8  Imbagħad Ġeħova qal lil Ġożwè: “Tibżax u titwerwirx.+ Ħu miegħek lill-​gwerriera kollha u qum, itlaʼ Għaj. Ara, jien tajt f’idejk lis-​sultan t’Għaj u l-​poplu tiegħu u beltu u artu.+  U lil Għaj u lis-​sultan tagħha agħmlilhom bħalma għamilt lil Ġeriko u lis-​sultan tagħha.+ Biss il-​priża tagħha u l-​annimali domestiċi tagħha tistgħu tiħduhom għalikom infuskom.+ Oqogħdu mistoħbijin kontra l-​belt fuq in-​naħa taʼ warajha.”+  Fi qbil maʼ dan, Ġożwè u l-​gwerriera kollha+ qamu biex jitilgħu Għaj, u Ġożwè għażel tletin elf raġel, setgħanin u qalbenin,+ u bagħathom bil-​lejl.  U kompla jikkmandahom: “Ara, intom tistaħbew+ kontra l-​belt fuq in-​naħa taʼ warajha. Titbegħdux ħafna mill-​belt, u oqogħdu lkoll għal-​lest.  U jien u n-​nies kollha li huma miegħi mmorru qrib il-​belt. U jrid iseħħ li, jekk joħorġu biex jiltaqgħu magħna bħall-​ewwel darba,+ aħna naħarbu minnhom.  U joħorġu għal warajna sakemm inkunu begħedniehom mill-​belt, għax jgħidu, ‘Qed jaħarbu minna bħall-​ewwel darba.’+ U naħarbu minnhom.  Imbagħad intom—intom toħorġu minfejn tkunu mistoħbijin, u tieħdu l-​belt f’idejkom; u Ġeħova Alla tagħkom jagħtiha f’idejkom.+  U jrid iseħħ li malli tkunu rbaħtu l-​belt tridu tagħtuha n-​nar.+ Skond il-​kelma taʼ Ġeħova għandkom tagħmlu. Ara, jien ikkmandajtkom.”+  Imbagħad Ġożwè bagħathom u huma mmarċjaw lejn il-​post fejn kienu se jistaħbew u waqqfu l-​kamp bejn Betel u Għaj lejn il-​punent t’Għaj, waqt li Ġożwè dak il-​lejl għaddieh mal-​bqija tal-​gwerriera. 10  Imbagħad Ġożwè qam kmieni fil-​għodu+ u spezzjona lin-​nies u telaʼ, hu u x-​xjuħ taʼ Israel, u mexxa lin-​nies lejn Għaj. 11  U l-​gwerriera kollha+ li kienu miegħu telgħu, u resqu u waslu quddiem il-​belt, u kkampjaw lejn it-​tramuntana t’Għaj, bil-​wied bejnhom u bejn Għaj. 12  Sadanittant, hu ħa madwar ħamest elef raġel u ħalliehom mistoħbijin+ bejn Betel+ u Għaj, lejn il-​punent tal-​belt. 13  Għalhekk, in-​nies waqqfu l-​kamp prinċipali lejn it-​tramuntana tal-​belt+ u l-​parti taʼ waranett lejn il-​punent tal-​belt,+ u dak il-​lejl Ġożwè mar f’nofs il-​pjanura l-​baxxa. 14  U ġara li, malli s-​sultan t’Għaj ra dan, imbagħad l-​irġiel tal-​belt għaġġlu u qamu kmieni u ħarġu jiltaqgħu maʼ Israel fil-​battalja, hu u l-​irġiel kollha tiegħu, fil-​ħin stabbilit, quddiem il-​pjanura tad-​deżert. U hu ma kienx jaf li kien hemm xi nies mistoħbijin kontrih lejn in-​naħa taʼ wara tal-​belt.+ 15  Meta Ġożwè u Israel kollu għamlu taʼ bir-​ruħhom li tilfu,+ huma ħarbu mit-​triq tax-​xagħri.+ 16  Imbagħad l-​irġiel kollha li kienu fil-​belt issejħu biex jiġru għal warajhom, u marru jiġru wara Ġożwè u begħduhom mill-​belt.+ 17  U ma kienx baqaʼ raġel f’Għaj u f’Betel li ma ħariġx wara Israel, u b’hekk ħallew il-​belt miftuħa beraħ u telqu jiġru wara Israel. 18  Issa Ġeħova qal lil Ġożwè: “Midd il-​lanza* li għandek f’idek lejn Għaj,+ għax se nagħtiha f’idejk.”+ Għaldaqstant, Ġożwè medd il-​lanza li kellu f’idu lejn il-​belt. 19  U dawk li kienu mistoħbijin qamu malajr minn posthom, u malli medd idu qabdu jiġru, u daħlu fil-​belt u rebħuha.+ Imbagħad għaġġlu u taw in-​nar lill-​belt.+ 20  U l-​irġiel t’Għaj daru lura u ħarsu, u d-​duħħan tal-​belt kien tielaʼ lejn is-​smewwiet, u ma kellhom ebda ħila jaħarbu naħa jew oħra. U n-​nies li kienu qed jaħarbu lejn ix-​xagħri daru għal dawk li kienu qed jiġru warajhom. 21  U Ġożwè u Israel kollu raw li dawk li kienu mistoħbijin+ kienu rebħu l-​belt, u li kien tielaʼ d-​duħħan mill-​belt, u għalhekk daru lura u marru jidorbu lill-​irġiel t’Għaj għall-​mewt. 22  U l-​oħrajn ħarġu mill-​belt biex jiltaqgħu magħhom, u b’hekk huma ġew bejn Israel, dawn fuq naħa u dawk fuq oħra, u darbuhom għall-​mewt sakemm ma kien għad baqaʼ ħadd minnhom ħaj jew li ħarab.+ 23  U lis-​sultan+ t’Għaj qabduh ħaj u ressquh quddiem Ġożwè. 24  U ġara li waqt li Israel kien qed itemm joqtol lill-​abitanti kollha t’Għaj fil-​kampanja, fix-​xagħri fejn kienu ġrew warajhom, huma baqgħu jaqgħu, ilkoll kemm huma, b’xifer is-​sejf sakemm intemmew. Wara dan, Israel kollu mar lura Għaj u ħabat għaliha b’xifer is-​sejf. 25  U dawk kollha li mietu f’dak il-​jum, kemm irġiel u kemm nisa, kienu tnax-il elf, in-​nies kollha t’Għaj. 26  U Ġożwè ma ġibidx lura l-​id li biha kien medd il-​lanza+ sakemm kien qered*+ lill-​abitanti kollha t’Għaj. 27  Biss l-​annimali domestiċi u l-​priża taʼ dik il-​belt Israel ħadhom għalih, skond il-​kelma li Ġeħova kien ikkmanda lil Ġożwè.+ 28  Imbagħad Ġożwè ħaraq lil Għaj u għamilha għolja taʼ rovini għal żmien indefinit,+ bħala art abbandunata sa llum. 29  U dendel lis-​sultan t’Għaj+ fuq zokk sa fil-​għaxija;+ u hekk kif ix-​xemx kienet kważi niżlet Ġożwè ta l-​kmand, u niżżlu l-​ġisem mejjet tiegħu+ minn fuq iz-​zokk u tefgħuh fid-​daħla taʼ bieb il-​belt u tellgħu fuqu borġ kbir ġebel, li għadu hemmhekk sa llum. 30  Imbagħad Ġożwè bena artal+ lil Ġeħova l-​Alla taʼ Israel, fuq il-​Muntanja Għebal,+ 31  bħalma kien ikkmanda Mosè l-​qaddej taʼ Ġeħova lil ulied Israel, skond kif hemm miktub fil-​ktieb tal-​liġi+ taʼ Mosè: “Artal taʼ ġebel sħiħ, li fuqu ma ntużat ebda għodda tal-​ħadid”;+ u offrew fuqu offerti tal-​ħruq lil Ġeħova u għamlu sagrifiċċji taʼ sħubija.*+ 32  Imbagħad kiteb hemmhekk fuq il-​ġebel kopja+ tal-​liġi taʼ Mosè li dan kien kiteb quddiem ulied Israel.+ 33  U Israel kollu u x-​xjuħ tagħhom+ u l-​uffiċjali u l-​imħallfin tagħhom kienu bil-​wieqfa fuq naħa u fuq oħra taʼ l-​Arka quddiem il-​qassisin,+ il-​Leviti, li kienu qed iġorru l-​arka tal-​patt taʼ Ġeħova,+ ir-​resident barrani kif ukoll dak imwieled fil-​pajjiż,+ nofshom quddiem il-​Muntanja Geriżim+ u n-​nofs l-​ieħor quddiem il-​Muntanja Għebal,+ (bħalma kien ikkmanda Mosè l-​qaddej taʼ Ġeħova,)+ biex l-​ewwelnett jitbierek+ il-​poplu taʼ Israel. 34  U wara dan, qara jgħajjat il-​kliem kollu tal-​liġi,+ il-​barka+ u s-​saħta,+ skond kulma hemm miktub fil-​ktieb tal-​liġi. 35  Ma kienx hemm kelma minn dak kollu li kien ikkmanda Mosè li Ġożwè ma qrahiex jgħajjat quddiem il-​kongregazzjoni kollha taʼ Israel,+ flimkien man-​nisa+ u ċ-​ċkejknin+ u r-​residenti barranin+ li kienu jimxu f’nofshom.

Noti taʼ taħt

Letteralment, “ġavellott.”
Jew, “iddedika għall-​qerda.” Ara Eżo 22:20, in-​nota taʼ taħt.
Jew, “sagrifiċċji taʼ sliem.” Sagrifiċċji li fihom il-​qassis, l-​aduraturi, u Ġeħova kienu bħallikieku qed jissieħbu flimkien f’ikla, u dan kien jissimbolizza relazzjonijiet paċifiċi.