Ġożwè 6:1-27

6  Issa Ġeriko kienet magħluqa sew minħabba wlied Israel, u ħadd ma kien joħroġ u ħadd ma kien jidħol.+  U Ġeħova kompla jgħid lil Ġożwè: “Ara, jien tajt lil Ġeriko u s-​sultan tagħha, l-​irġiel setgħanin u qalbenin, f’idejk.+  U intom l-​irġiel kollha tal-​gwerra tridu timmarċjaw madwar il-​belt, billi dduru darba mal-​belt. Hekk għandkom tagħmlu għal sitt ijiem.  U sebaʼ qassisin għandhom iġorru sebat iqrun taʼ l-​imtaten, quddiem l-​Arka, u fis-​sebaʼ jum għandkom timmarċjaw madwar il-​belt sebaʼ darbiet u l-​qassisin għandhom idoqqu l-​qarn.+  U jrid iseħħ li meta jsemmgħu l-​qarn tal-​muntun, meta intom tisimgħu l-​ħoss tal-​qarn, is-​suldati kollha jridu jgħajtu għajta kbira tal-​gwerra;+ u s-​sur tal-​belt jaqaʼ ċatt maʼ l-​art,+ u s-​suldati jridu jitilgħu, kull wieħed dritt ’il quddiem.”  Għaldaqstant, Ġożwè bin Nun sejjaħ lill-​qassisin+ u qalilhom: “Erfgħu l-​arka tal-​patt,+ u sebaʼ qassisin għandhom iġorru sebat iqrun taʼ l-​imtaten quddiem l-​arka+ taʼ Ġeħova.”  U kompla jgħid lis-​suldati: “Ibqgħu għaddejjin u mmarċjaw madwar il-​belt, u l-​forza armata għall-​gwerra+ għandha tgħaddi quddiem l-​arka taʼ Ġeħova.”  Għalhekk, ġara eżatt bħalma Ġożwè qal lis-​suldati; u sebaʼ qassisin li kienu qed iġorru sebat iqrun taʼ l-​imtaten quddiem Ġeħova baqgħu għaddejjin idoqqu l-​qarn, u l-​arka tal-​patt taʼ Ġeħova kienet miexja warajhom.  U l-​forza armata għall-​gwerra mxiet quddiem il-​qassisin li kienu qed idoqqu l-​qarn, waqt li l-​għassa li timxi wara+ kienet qed issegwi l-​Arka mad-​daqq kontinwu tal-​qarn. 10  Issa Ġożwè kien ikkmanda lis-​suldati:+ “La tridu tgħajtu u lanqas issemmgħu leħinkom, u ebda kelma m’għandha toħroġ minn fommkom sa dakinhar li ngħidilkom, ‘Għajtu!’ Imbagħad tridu tgħajtu.”+ 11  U hu ħa ħsieb li l-​arka taʼ Ġeħova timmarċja madwar il-​belt, billi ddur darba magħha, u wara dan marru lejn il-​kamp u għaddew il-​lejl fil-​kamp. 12  Imbagħad Ġożwè qam kmieni fil-​għodu,+ u l-​qassisin refgħu l-​arka+ taʼ Ġeħova, 13  u sebaʼ qassisin li kienu qed iġorru sebat iqrun taʼ l-​imtaten quddiem l-​arka taʼ Ġeħova mxew, waqt li baqgħu jdoqqu l-​qarn il-​ħin kollu, u l-​forza armata għall-​gwerra mxiet quddiemhom, waqt li l-​għassa li timxi wara segwiet l-​arka taʼ Ġeħova mad-​daqq kontinwu tal-​qarn.+ 14  U fit-​tieni jum immarċjaw madwar il-​belt darba, u wara dan reġgħu lura lejn il-​kamp. Hekk għamlu għal sitt ijiem.+ 15  U ġara li fis-​sebaʼ jum qamu kmieni, malli żernaq, u marru jimmarċjaw madwar il-​belt b’dan il-​mod sebaʼ darbiet. Dakinhar biss immarċjaw madwar il-​belt sebaʼ darbiet.+ 16  U ġara li mas-​sebaʼ darba l-​qassisin daqqew il-​qarn, u Ġożwè qal lis-​suldati: “Għajtu;+ għax Ġeħova takom il-​belt.+ 17  U l-​belt trid issir ħaġa dedikata għall-​qerda;*+ din b’kull ħaġa li hemm fiha hi taʼ Ġeħova. Raħab+ il-​prostituta biss tistaʼ tibqaʼ ħajja, hi u dawk kollha li qegħdin magħha fid-​dar, għax ħbiet lill-​messaġġiera li bgħatna.+ 18  U min-​naħa tagħkom, żommu ’l bogħod mill-​ħaġa dedikata għall-​qerda,+ li ma tmurx tiġikom xewqa+ u tieħdu ftit mill-​ħaġa dedikata għall-​qerda+ u fil-​fatt tagħmlu l-​kamp taʼ Israel ħaġa dedikata għall-​qerda u ġġegħluh ikun imwarrab.+ 19  Imma l-​fidda u d-​deheb kollu u l-​oġġetti tar-​ram aħmar u tal-​ħadid huma xi ħaġa qaddisa għal Ġeħova.+ Għandhom imorru fit-​teżor taʼ Ġeħova.”+ 20  Imbagħad is-​suldati bdew jgħajtu, meta daqqew il-​qarn.+ U malli s-​suldati semgħu l-​ħoss tal-​qarn u s-​suldati bdew jgħajtu għajta kbira tal-​gwerra, imbagħad is-​sur waqaʼ ċatt maʼ l-​art.+ Wara dan, is-​suldati telgħu lejn il-​belt, kull wieħed dritt ’il quddiem, u ħadu l-​belt f’idejhom. 21  U kulma kien hemm fil-​belt, minn raġel sa mara, minn żagħżugħ sa xiħ u sa barri u nagħġa u ħmar, iddedikawh għall-​qerda b’xifer is-​sejf.+ 22  U liż-​żewġt irġiel li kienu għamluha taʼ spiji fl-​art, Ġożwè qalilhom: “Morru fid-​dar tal-​mara, il-​prostituta, u oħorġu minn hemmhekk lill-​mara u lil dawk kollha li huma tagħha, sewwasew bħalma ħliftulha.”+ 23  Għalhekk, l-​irġiel żgħażagħ li kienu għamluha taʼ spiji daħlu u ħarġu lil Raħab u lil missierha u lil ommha u lil ħutha u lil dawk kollha li kienu tagħha, iva, lil tal-​familja tagħha kollha;+ u ħallewhom barra l-​kamp taʼ Israel. 24  U ħarqu l-​belt bin-​nar u kulma kien hemm fiha.+ Biss il-​fidda u d-​deheb u l-​oġġetti tar-​ram aħmar u tal-​ħadid huma tawhom lit-​teżor tad-​dar taʼ Ġeħova.+ 25  U lil Raħab il-​prostituta u lin-​nies taʼ dar missierha u lil dawk kollha li kienu tagħha, Ġożwè ħalliehom ħajjin;+ u hi għadha tgħammar f’nofs Israel sa llum,+ għax ħbiet lill-​messaġġiera li Ġożwè kien bagħat bħala spiji f’Ġeriko.+ 26  Imbagħad Ġożwè lissen ħalfa f’dak iż-​żmien partikulari, billi qal: “Misħut ikun quddiem Ġeħova r-​raġel li jqum u jibni din il-​belt, iva, lil Ġeriko. Hu jqiegħed il-​pedament tagħha bit-​telfa taʼ l-​ewwel imwieled tiegħu, u jwaqqfilha l-​bibien bit-​telfa taʼ l-​iżgħar wieħed minn uliedu.”+ 27  Għalhekk, Ġeħova wera li kien maʼ Ġożwè,+ u l-​fama tiegħu xterdet maʼ l-​art kollha.+

Noti taʼ taħt

Ara Eżo 22:20, in-​nota taʼ taħt.