Ġożwè 4:1-24

4  U ġara li malli l-​ġens kollu qasam għan-​naħa l-​oħra tal-​Ġordan,+ Ġeħova qal lil Ġożwè:  “Ħu tnax-il raġel mill-​poplu, raġel minn kull tribù,+  u kkmandahom billi tgħidilhom, ‘Ħudu minn nofs il-​Ġordan, mill-​post fejn saqajn il-​qassisin waqfu bla ma tħarrku,+ tnax-il ġebla,+ u tridu ġġorruhom magħkom għan-​naħa l-​oħra u tħalluhom fil-​post+ li se toqogħdu fih dal-lejl.’”  Għalhekk, Ġożwè sejjaħ tnax-il raġel+ li kien ħatar minn ulied Israel, raġel minn kull tribù;  u Ġożwè qalilhom: “Għaddu quddiem l-​arka taʼ Ġeħova Alla tagħkom lejn nofs il-​Ġordan, u kull wieħed minnkom għandu jerfaʼ ġebla fuq spalltu, skond in-​numru tat-​tribujiet taʼ wlied Israel,  sabiex dan ikun jistaʼ jservi taʼ sinjal f’nofskom.+ Jekk uliedkom jistaqsu fiż-​żmien li ġej, ‘Għala għandkom dan il-​ġebel?’+  intom tridu tgħidulhom, ‘Għax l-​ilmijiet tal-​Ġordan kienu nqatgħu minn quddiem l-​arka tal-​patt taʼ Ġeħova.+ Meta għaddiet mill-​Ġordan l-​ilmijiet tal-​Ġordan inqatgħu, u dan il-​ġebel irid iservi bħala tifkira għal ulied Israel għal żmien indefinit.’”*+  Għaldaqstant, ulied Israel għamlu hekk, bħalma kien ikkmanda Ġożwè, u ħadu tnax-il ġebla minn nofs il-​Ġordan, bħalma Ġeħova kien qal lil Ġożwè, daqs in-​numru tat-​tribujiet taʼ wlied Israel;+ u ħaduhom magħhom lejn il-​post+ fejn kienu se joqogħdu u ħallewhom hemmhekk.  Ġożwè waqqaf ukoll tnax-il ġebla f’nofs il-​Ġordan fil-​post fejn kienu waqfu+ saqajn il-​qassisin li kienu qed iġorru l-​arka tal-​patt, u dawn għadhom hemmhekk sa llum. 10  U l-​qassisin li kienu qed iġorru l-​Arka baqgħu weqfin f’nofs+ il-​Ġordan sakemm kien tlesta kulma Ġeħova kien ikkmanda lil Ġożwè jgħid lill-​poplu, skond kulma Mosè kien ikkmanda lil Ġożwè.+ Sadanittant, il-​poplu ħaffef+ u qasam għan-​naħa l-​oħra. 11  U ġara li malli l-​poplu kollu kien qasam għan-​naħa l-​oħra, imbagħad l-​arka+ taʼ Ġeħova qasmet għan-​naħa l-​oħra, kif ukoll il-​qassisin, quddiem il-​poplu. 12  U wlied Ruben u wlied Gad u nofs it-​tribù taʼ Manasse+ għaddew imqassmin għall-​battalja+ quddiem għajnejn ulied Israel, bħalma kien qalilhom Mosè.+ 13  Madwar erbgħin elf raġel armat għall-​gwerra qasmu għan-​naħa l-​oħra quddiem Ġeħova lejn il-​pjanuri tad-​deżert taʼ Ġeriko għall-​gwerra. 14  Dakinhar Ġeħova għamel lil Ġożwè kbir f’għajnejn Israel kollu,+ u huma bdew jibżgħu minnu bħalma kienu beżgħu minn Mosè l-​jiem kollha taʼ ħajtu.+ 15  Imbagħad Ġeħova qal lil Ġożwè: 16  “Ikkmanda lill-​qassisin li qed iġorru l-​arka tat-​testimonjanza+ biex joħorġu mill-​Ġordan.” 17  Għalhekk, Ġożwè kkmanda lill-​qassisin: “Oħorġu mill-​Ġordan.” 18  U ġara li meta l-​qassisin li kienu qed iġorru l-​arka+ tal-​patt taʼ Ġeħova ħarġu minn nofs il-​Ġordan u qiegħ+ saqajn il-​qassisin mess l-​art niexfa, imbagħad l-​ilmijiet tal-​Ġordan bdew ġejjin lura f’posthom u bdew ifuru+ fix-​xtut kollha tagħha bħal qabel. 19  U n-​nies ħarġu mill-​Ġordan fl-​għaxar jum taʼ l-​ewwel xahar u kkampjaw f’Gilgal+ fuq il-​fruntiera tal-​lvant taʼ Ġeriko. 20  U Ġożwè waqqaf it-​tnax-il ġebla li kienu ħadu mill-​Ġordan f’Gilgal.+ 21  U qal lil ulied Israel: “Meta wliedkom jistaqsu lil missirijiethom fiż-​żmien li ġej, ‘Xi jfisser dan il-​ġebel?’+ 22  intom għandkom tgħarrfu lil uliedkom u tgħidulhom, ‘Israel qasam din ix-​xmara, il-​Ġordan, fuq art niexfa,+ 23  meta Ġeħova Alla tagħkom nixxef l-​ilmijiet tal-​Ġordan minn quddiemhom sakemm kienu qasmu, sewwasew bħalma Ġeħova Alla tagħkom kien għamel lill-​Baħar l-​Aħmar meta nixxfu minn quddiemna sakemm qsamna;+ 24  sabiex il-​popli kollha taʼ l-​art ikunu jafu id Ġeħova,+ li hi b’saħħitha;+ sabiex tabilħaqq tkunu tistgħu tibżgħu dejjem minn Ġeħova Alla tagħkom.’”+

Noti taʼ taħt

Ara Ġen 3:22, in-​nota taʼ taħt.