Ġożwè 3:1-17

3  Imbagħad Ġożwè qam kmieni fil-​għodu, u hu u wlied Israel kollha telqu minn Sittim+ u waslu l-​Ġordan; u qattgħu l-​lejl hemmhekk qabel ma qasmu.  U ġara wara t-​tlett ijiem+ li l-​uffiċjali+ għaddew mill-​kamp  u kkmandaw lin-​nies: “Malli taraw l-​arka tal-​patt taʼ Ġeħova Alla tagħkom, u l-​qassisin, il-​Leviti, iġorruha,+ imbagħad intom itilqu minn postkom, u imxu warajha,  —biss ħa jkun hemm distanza bejnkom u bejnha taʼ madwar elfejn kubitu;+ tersqux qribha—sabiex tkunu tafu t-​triq li għandkom tgħaddu minnha, għax intom qatt m’għaddejtu minn dik it-​triq qabel.”  Ġożwè mbagħad qal lill-​poplu: “Tqaddsu,+ għax għada Ġeħova se jagħmel affarijiet taʼ l-​għaġeb f’nofskom.”+  Imbagħad Ġożwè qal lill-​qassisin: “Aqbdu l-​arka tal-​patt+ u għaddu quddiem il-​poplu.” Għalhekk, huma qabdu l-​arka tal-​patt u marru quddiem il-​poplu.  U Ġeħova qal lil Ġożwè: “Illum jien se nibda nagħmlek kbir f’għajnejn Israel kollu,+ biex ikunu jafu li bħalma wrejt li kont maʼ Mosè+ se nuri li jien miegħek.+  U int—int għandek tikkmanda+ lill-​qassisin li qed iġorru l-​arka tal-​patt, billi tgħidilhom, ‘Malli tidħlu fl-​ilmijiet tal-​Ġordan, għandkom tibqgħu weqfin+ max-​xatt tal-​Ġordan.’”  U Ġożwè qal lil ulied Israel: “Ersqu ’l hawn u isimgħu kliem Ġeħova Alla tagħkom.” 10  Wara dan, Ġożwè qal: “B’dan se tkunu tafu li f’nofskom+ hemm Alla ħaj, u li bla dubju se jkeċċi minn quddiemkom lill-​Kangħanin u lill-​Ħittin u lill-​Ħiwwin u lill-​Pereżin u lill-​Girgasin u lill-​Amurrin u lill-​Ġebusin.+ 11  Ara! L-​arka tal-​patt tal-​Mulej taʼ l-​art kollha se tgħaddi quddiemkom fil-​Ġordan. 12  U issa ħudu tnax-il raġel mit-​tribujiet taʼ Israel, raġel wieħed għal kull tribù.+ 13  U malli qiegħ saqajn il-​qassisin li qed iġorru l-​arka taʼ Ġeħova, il-​Mulej taʼ l-​art kollha, jistrieħ fl-​ilmijiet tal-​Ġordan, l-​ilmijiet tal-​Ġordan, l-​ilmijiet neżlin minn fuq, jinqatgħu u jieqfu bħal ħajt wieħed taʼ lqugħ.”+ 14  U meta n-​nies telqu mit-​tined tagħhom ftit qabel ma kienu se jgħaddu mill-​Ġordan, bil-​qassisin iġorru l-​arka+ tal-​patt quddiem il-​poplu, 15  u malli dawk li kienu qed iġorru l-​Arka waslu ħdejn il-​Ġordan u l-​qassisin li kienu qed iġorru l-​Arka niżżlu saqajhom f’tarf l-​ilmijiet (issa l-​Ġordan tfur fix-​xtut kollha tagħha+ l-​jiem kollha tal-​ħsad), 16  imbagħad l-​ilmijiet li kienu neżlin minn fuq waqfu. U qamu bħal ħajt wieħed taʼ lqugħ+ ’il bogħod ferm f’Adam, il-​belt ħdejn Saretan,+ waqt li dawk li kienu neżlin lejn il-​baħar taʼ l-​Għaraba, il-​Baħar il-​Mielaħ,+ sfaw fix-​xejn. Ġew maqtugħin, u n-​nies qasmu quddiem Ġeriko. 17  Sadanittant, il-​qassisin li kienu qed iġorru l-​arka tal-​patt taʼ Ġeħova baqgħu weqfin bla ma jitħarrku fuq art niexfa+ f’nofs il-​Ġordan waqt li Israel kollu kien għaddej fuq art niexfa,+ sakemm il-​ġens kollu kien qasam għan-​naħa l-​oħra tal-​Ġordan.

Noti taʼ taħt