Ġożwè 22:1-34

22  F’dak iż-​żmien Ġożwè sejjaħ lir-​Rubenin u lill-​Gadin u lil nofs it-​tribù taʼ Manasse+  u qalilhom: “Min-​naħa tagħkom, ħaristu kulma kkmandakom+ Mosè l-​qaddej taʼ Ġeħova, u kontu ubbidjenti lejn leħni f’kulma kkmandajtkom.+  Ma tlaqtux lil ħutkom dan iż-​żmien kollu+ sa llum, u ħaristu l-​obbligu tal-​kmandament taʼ Ġeħova Alla tagħkom.+  U issa Ġeħova Alla tagħkom ta l-​mistrieħ lil ħutkom, bħalma wegħedhom.+ Mela, issa, duru u morru lejn it-​tined tagħkom fl-​art li hi l-​proprjetà tagħkom, li Mosè l-​qaddej taʼ Ġeħova takom fuq in-​naħa l-​oħra tal-​Ġordan.+  Biss oqogħdu attenti ferm li twettqu l-​kmandament+ u l-​liġi li Mosè l-​qaddej taʼ Ġeħova kkmandakom billi tħobbu lil Ġeħova Alla tagħkom+ u billi timxu fi triqatu kollha+ u tħarsu l-​kmandamenti tiegħu+ u tibqgħu mqabbdin miegħu+ u taqduh+ b’qalbkom kollha+ u b’ruħkom kollha.”+  Imbagħad Ġożwè berikhom+ u bagħathom u huma marru lejn it-​tined tagħhom.  U lil nofs it-​tribù taʼ Manasse Mosè kien tah għotja fil-​Basan,+ u lin-​nofs l-​ieħor Ġożwè tah għotja maʼ ħuthom fuq in-​naħa tal-​Ġordan lejn il-​punent.+ U Ġożwè bierek lilhom ukoll meta bagħathom lejn it-​tined tagħhom.  U kompla jgħidilhom: “Erġgħu lura lejn it-​tined tagħkom b’ħafna rikkezzi u b’għadd kbir taʼ bhejjem, b’fidda u deheb u ram aħmar u ħadid u lbiesi fi kwantità kbira ferm.+ Ħudu sehemkom mill-​priża+ taʼ l-​għedewwa tagħkom flimkien maʼ ħutkom.”  Imbagħad ulied Ruben u wlied Gad u nofs it-​tribù taʼ Manasse reġgħu lura u telqu lill-​ulied l-​oħrajn taʼ Israel f’Silo, li qiegħda fl-​art taʼ Kangħan, sabiex imorru lejn l-​art taʼ Gilegħad,+ lejn arthom li kienu qagħdu fiha bl-​ordni taʼ Ġeħova permezz taʼ Mosè.+ 10  Meta waslu fl-​inħawi tal-​Ġordan li kienu fl-​art taʼ Kangħan, ulied Ruben u wlied Gad u nofs it-​tribù taʼ Manasse bnew artal hemmhekk ħdejn il-​Ġordan, artal+ li kien jispikka ħafna. 11  Iktar tard l-​ulied l-​oħrajn taʼ Israel semgħu+ lil min jgħid: “Ara! Ulied Ruben u wlied Gad u nofs it-​tribù taʼ Manasse bnew artal mal-​fruntiera taʼ l-​art taʼ Kangħan fl-​inħawi tal-​Ġordan fuq in-​naħa li hi taʼ wlied Israel.” 12  Meta wlied Israel semgħu b’dan, il-​ġemgħa kollha taʼ wlied Israel+ iltaqgħu f’Silo+ biex jitilgħu jiggwerraw kontrihom.+ 13  Imbagħad ulied Israel bagħtu+ għand ulied Ruben u wlied Gad u nofs it-​tribù taʼ Manasse fl-​art taʼ Gilegħad lil Fineħas+ bin Elegħażar il-​qassis, 14  u għaxar kapijiet ewlenin miegħu, kap ewlieni taʼ kull familja min-​naħa tal-​missier tat-​tribujiet kollha taʼ Israel, u kull wieħed minnhom kien kap tad-​dar taʼ missirijietu fost l-​eluf taʼ Israel.+ 15  U huma ġew għand ulied Ruben u wlied Gad u nofs it-​tribù taʼ Manasse fl-​art taʼ Gilegħad u kellmuhom+ u qalulhom: 16  “Hekk qalet il-​ġemgħa kollha taʼ Ġeħova,+ ‘X’inhu dan l-​att taʼ infedeltà+ li wettaqtu kontra l-​Alla taʼ Israel? Għala dortu+ lura llum milli timxu wara Ġeħova u bnejtu artal għalikom,+ biex illum tirribellaw kontra Ġeħova? 17  Kien l-​iżball taʼ Pegħor+ żgħir wisq għalina, li sa llum għadna ma tnaddafniex minnu, għalkemm ġie l-​kastig fuq il-​ġemgħa taʼ Ġeħova?+ 18  U tridu intom idduru lura llum milli timxu wara Ġeħova? Imma jrid iseħħ li jekk intom, min-​naħa tagħkom, tirribellaw illum kontra Ġeħova, għada hu jagħdab kontra l-​ġemgħa kollha kemm hi.+ 19  Issa jekk l-​art li għandkom bħala proprjetà fil-​fatt m’hijiex nadifa,+ aqsmu għan-​naħa l-​oħra lejn l-​art li hi proprjetà taʼ Ġeħova+ fejn jinsab it-​tabernaklu* taʼ Ġeħova,+ u ibqgħu f’nofsna; u tirribellawx kontra Ġeħova, u ġġegħlux lilna nkunu ribelli billi tibnu għalikom artal minbarra l-​artal taʼ Ġeħova Alla tagħna.+ 20  Ma kienx Għakan+ bin Żeraħ li wettaq att taʼ infedeltà bil-​ħaġa dedikata għall-​qerda,* u l-​għadab mhux kontra l-​ġemgħa kollha taʼ Israel ġie?+ U hu ma kienx l-​uniku wieħed li miet minħabba l-​iżball tiegħu.’”+ 21  Għal dan, ulied Ruben u wlied Gad u nofs it-​tribù taʼ Manasse wieġbu+ u qalu lill-​kapijiet taʼ l-​eluf taʼ Israel:+ 22  “Id-​Divin,+ Alla,+ Ġeħova, id-​Divin, Alla, Ġeħova,+ hu jaf,+ u Israel ukoll se jkun jaf.+ Jekk kien hemm irvell+ u jekk kien hemm infedeltà kontra Ġeħova,+ issalvaniex illum. 23  Jekk bnejna artal għalina biex induru lura milli nimxu wara Ġeħova, u jekk għamilna dan biex noffru offerti tal-​ħruq u offerti tal-​qmuħ fuqu,+ u jekk għamilna dan biex noffru sagrifiċċji taʼ sħubija fuqu, Ġeħova nnifsu se jikkunsidra l-​każ;+ 24  jew jekk kienx pjuttost minħabba li inkwetajna dwar xi ħaġa oħra li għamilna dan, għax għedna, ‘Xi darba fil-​futur uliedkom se jgħidu lil uliedna: “X’għandkom x’taqsmu maʼ Ġeħova l-​Alla taʼ Israel? 25  U Ġeħova qiegħed fruntiera bejnna u bejnkom, ulied Ruben u wlied Gad, jiġifieri, il-​Ġordan. Intom m’għandkom ebda sehem f’Ġeħova.”+ U wliedkom iwaqqfu lil uliedna milli jibżgħu minn Ġeħova.’+ 26  “Għalhekk għedna, ‘Ejjew issa naġixxu għan-​nom tagħna, billi nibnu l-​artal, mhux għall-​offerti tal-​ħruq u lanqas għas-​sagrifiċċji, 27  imma biex jistaʼ jkun xiehda bejnna+ u bejnkom u l-​ġenerazzjonijiet tagħna warajna li se nwettqu s-​servizz taʼ Ġeħova quddiemu bl-​offerti tal-​ħruq u s-​sagrifiċċji taʼ sħubija u sagrifiċċji oħrajn li nagħmlu,+ biex uliedkom ma jgħidux lil uliedna xi darba fil-​futur: “Intom m’għandkom ebda sehem f’Ġeħova.”’ 28  Għalhekk, għedna, ‘U jekk xi darba fil-​futur jgħidu dan lilna u lill-​ġenerazzjonijiet tagħna, aħna ngħidulhom: “Araw ir-​rappreżentazzjoni taʼ l-​artal taʼ Ġeħova li għamlu missirijietna, mhux għall-​offerti tal-​ħruq u lanqas għas-​sagrifiċċji, imma bħala xiehda bejnna u bejnkom.”’ 29  Lanqas biss jgħaddilna minn moħħna, min-​naħa tagħna, li nirribellaw minn jeddna kontra Ġeħova u li nduru lura llum milli nimxu wara Ġeħova+ billi nibnu artal għall-​offerti tal-​ħruq, l-​offerti tal-​qmuħ u s-​sagrifiċċji minbarra l-​artal taʼ Ġeħova Alla tagħna li qiegħed quddiem it-​tabernaklu tiegħu!”+ 30  Issa meta Fineħas+ il-​qassis u l-​kapijiet ewlenin tal-​ġemgħa+ u l-​kapijiet taʼ l-​eluf taʼ Israel li kienu miegħu semgħu l-​kliem li qalu wlied Ruben u wlied Gad u wlied Manasse, dan kien tajjeb f’għajnejhom. 31  Għalhekk, Fineħas bin Elegħażar il-​qassis qal lil ulied Ruben u wlied Gad u wlied Manasse: “Illum nafu li Ġeħova qiegħed f’nofsna,+ għax intom ma wettaqtux dan l-​att taʼ infedeltà kontra Ġeħova. Issa intom ħlistu lil ulied Israel minn id Ġeħova.”+ 32  Wara dan, Fineħas bin Elegħażar il-​qassis u l-​kapijiet ewlenin irritornaw+ mingħand ulied Ruben u wlied Gad fl-​art taʼ Gilegħad lejn l-​art taʼ Kangħan għand l-​ulied l-​oħrajn taʼ Israel u wasslulhom ir-​risposta.+ 33  U dak li qalu kien tajjeb f’għajnejn ulied Israel; u wlied Israel bierku lil Alla,+ u ma tkellmux dwar li jitilgħu jiggwerraw kontrihom biex jirrovinaw l-​art li kienu qed jgħammru fiha wlied Ruben u wlied Gad. 34  U wlied Ruben u wlied Gad taw isem lill-​artal, għax “hu xiehda bejnietna li Ġeħova hu l-​Alla l-​veru.”+

Noti taʼ taħt

Jew, “tinda tal-​qima.”
Ara Eżo 22:20, in-​nota taʼ taħt.