Ġożwè 20:1-9

20  Imbagħad Ġeħova kellem lil Ġożwè, u qallu:  “Kellem lil ulied Israel, u għidilhom, ‘Agħżlu għalikom il-​bliet tar-​refuġju+ li kellimtkom dwarhom permezz taʼ Mosè,  biex jaħrab fihom dak li joqtol+ lil xi ruħ mhux apposta u bla ma jkun jaf kif; u jridu jservukom bħala refuġju minn dak li jkollu d-​dritt jivvendika ruħu għad-​demm.+  U hu jrid jaħrab+ lejn waħda minn dawn il-​bliet u jieqaf fid-​daħla taʼ bieb+ il-​belt u jitkellem biex jisimgħuh ix-​xjuħ+ taʼ dik il-​belt; u huma jridu jilqgħuh għandhom fil-​belt u jagħtuh post u jgħammar magħhom.  U jekk dak li jkollu d-​dritt jivvendika ruħu għad-​demm jiġri warajh, m’għandhomx jagħtu f’idejh lil dak li qatel;+ għax hu qatel lil sieħbu bla ma kien jaf kif, u ma kienx jobogħdu qabel.+  U jrid jgħammar f’dik il-​belt sakemm jidher quddiem il-​ġemgħa għall-​ġudizzju,+ sal-​mewt tal-​qassis il-​kbir+ li jkun hemm dak iż-​żmien. Imbagħad dak li qatel jistaʼ jerġaʼ lura,+ u jidħol f’beltu u f’daru, fil-​belt li kien ħarab minnha.’”  Fi qbil maʼ dan, huma taw stat sagru lil Kedes+ fil-​Galilija fir-​reġjun muntanjuż taʼ Naftali, u lil Sikem+ fir-​reġjun muntanjuż t’Efrajm, u lil Kirjat-arba,+ jiġifieri, Ħebron, fir-​reġjun muntanjuż taʼ Ġuda.  U fir-​reġjun tal-​Ġordan, ħdejn Ġeriko, lejn il-​lvant huma taw mit-​tribù taʼ Ruben+ lil Beser+ fix-​xagħri fuq il-​pjanura fl-​għoli, u lil Ramot+ f’Gilegħad mit-​tribù taʼ Gad, u lil Golan+ fil-​Basan mit-​tribù taʼ Manasse.  Dawn saru l-​bliet maħturin għal ulied Israel kollha u għar-​resident barrani li jgħammar bħala barrani f’nofshom, biex jekk xi ħadd joqtol lil xi ruħ mhux apposta jaħrab hemmhekk,+ sabiex ma jmutx b’id dak li jkollu d-​dritt jivvendika ruħu għad-​demm qabel jidher quddiem il-​ġemgħa.+

Noti taʼ taħt