Ġożwè 17:1-18

17  U x-​xorti+ waqgħet għat-​tribù taʼ Manasse,+ għax kien l-​ewwel imwieled taʼ Ġużeppi,+ għal Makir+ l-​ewwel imwieled taʼ Manasse, missier Gilegħad,+ għax wera li kien gwerrier;+ u Gilegħad+ u l-​Basan saru tiegħu.  U waqgħet ix-​xorti wkoll għal ulied Manasse li kien baqaʼ skond il-​familji tagħhom, għal ulied Abi-għeżer+ u wlied Ħelek+ u wlied Asrijel u wlied Sikem+ u wlied Ħefer u wlied Semida.+ Dawn kienu wlied Manasse bin Ġużeppi, l-​irġiel skond il-​familji tagħhom.  U Selofeħad+ bin Ħefer, bin Gilegħad, bin Makir, bin Manasse, ma kellux subien, imma bniet, u dawn kienu l-​ismijiet tal-​bniet tiegħu: Maħla u Nogħa, Ħogla, Milka u Tirsa.+  Għalhekk, resqu quddiem Elegħażar+ il-​qassis u Ġożwè bin Nun u l-​kapijiet ewlenin, u qalu: “Ġeħova kien li kkmanda lil Mosè biex jagħtina wirt f’nofs ħutna.”+ Fi qbil maʼ dan, hu tahom, bl-​ordni taʼ Ġeħova, wirt f’nofs ħut missierhom.+  U tqassmu għaxar biċċiet art oħrajn li messew lil Manasse minbarra l-​art taʼ Gilegħad u l-​Basan, li kienu fuq in-​naħa l-​oħra tal-​Ġordan;+  għax il-​bniet taʼ Manasse ngħataw wirt f’nofs uliedu s-​subien; u l-​art taʼ Gilegħad saret il-​proprjetà taʼ wlied Manasse li kien baqaʼ.  U l-​fruntiera taʼ Manasse kienet minn Aser sa Mikmetat,+ li qiegħda quddiem Sikem,+ u l-​fruntiera kienet tgħaddi lejn il-​lemin, lejn l-​abitanti t’Għajn-Taffugħa.  L-art taʼ Taffugħa+ saret taʼ Manasse, imma Taffugħa mal-​fruntiera taʼ Manasse kienet taʼ wlied Efrajm.  U l-​fruntiera kienet tinżel lejn il-​wied taʼ Kanah, lejn in-​nofsinhar lejn il-​wied taʼ dawn il-​bliet+ t’Efrajm f’nofs il-​bliet taʼ Manasse, u l-​fruntiera taʼ Manasse kienet fit-​tramuntana tal-​wied, u kienet tispiċċa fil-​baħar.+ 10  Lejn in-​nofsinhar kien t’Efrajm u lejn it-​tramuntana, taʼ Manasse, u l-​baħar kien il-​fruntiera tiegħu;+ u fit-​tramuntana jilħaq s’Aser u fil-​lvant, sa Issakar. 11  U f’Issakar u f’Aser, Manasse+ kellu Bet-segħan+ u l-​bliet li jiddependu minnha u Iblegħam+ u l-​bliet li jiddependu minnha u l-​abitanti taʼ Dor+ u l-​bliet li jiddependu minnha u l-​abitanti t’Għajn-dor+ u l-​bliet li jiddependu minnha u l-​abitanti taʼ Tagħnak+ u l-​bliet li jiddependu minnha u l-​abitanti taʼ Megiddo+ u l-​bliet li jiddependu minnha, tliet reġjuni bl-​għoljiet. 12  U wlied Manasse ma rnexxilhomx jieħdu dawn il-​bliet f’idejhom,+ imma l-​Kangħanin riedu bilfors jibqgħu jgħammru f’din l-​art.+ 13  U ġara li meta wlied Israel kienu saru b’saħħithom,+ għabbew lill-​Kangħanin b’xogħol forzat,+ u ma ħadulhomx il-​proprjetà tagħhom għalkollox.+ 14  U wlied Ġużeppi kellmu lil Ġożwè, u qalulu: “Għala tajtna bħala wirt sehem wieħed bix-​xorti+ u qassamtilna biċċa art waħda, meta aħna poplu kotran għax Ġeħova berikna s’issa?”+ 15  Għal dan, Ġożwè qalilhom: “Jekk intom poplu numeruż, itilgħu lejn il-​foresta, u qaċċtuha għalikom hemmhekk fl-​art tal-​Pereżin+ u r-​Refajin,+ għax ir-​reġjun muntanjuż+ t’Efrajm sar dejjaq wisq għalikom.” 16  Imbagħad ulied Ġużeppi qalu: “Ir-​reġjun muntanjuż mhux biżżejjed għalina, u hemm karrijiet tal-​gwerra+ armati bi xfafar tal-​ħadid fost il-​Kangħanin kollha li qed jgħammru fl-​art tal-​pjanura l-​baxxa, kemm dawk li huma f’Bet-segħan+ u l-​bliet li jiddependu minnha u kemm dawk li huma fil-​pjanura l-​baxxa taʼ Ġeżragħel.”+ 17  Għaldaqstant, Ġożwè qal hekk lid-​dar taʼ Ġużeppi, lil Efrajm u Manasse: “Intom poplu kotran, u għandkom qawwa kbira.+ M’għandux jingħatalkom sehem wieħed bix-​xorti,+ 18  imma r-​reġjun muntanjuż għandu jsir tagħkom.+ Peress li hu foresta, qaċċtuha, u hemmhekk jispiċċa t-​territorju tagħkom. Għax intom għandkom tkeċċu lill-​Kangħanin, għalkemm għandhom karrijiet tal-​gwerra armati bi xfafar tal-​ħadid u huma b’saħħithom.”+

Noti taʼ taħt