Ġożwè 15:1-63

15  U x-​xorti+ tat-​tribù taʼ wlied Ġuda skond il-​familji tagħhom waqgħet lejn il-​fruntiera t’Edom,+ ix-​xagħri taż-​Żin,+ lejn in-​Negeb+ fit-​tarf tan-​nofsinhar tiegħu.  U l-​fruntiera tagħhom tan-​nofsinhar kienet minn tarf il-​Baħar il-​Mielaħ,+ mill-​bajja li tħares lejn in-​nofsinhar.  U kienet toħroġ lejn in-​nofsinhar lejn it-​telgħa t’Għakrabbim+ u tibqaʼ għaddejja lejn iż-​Żin+ u titlaʼ min-​nofsinhar lejn Kades-barnegħa+ u tibqaʼ għaddejja lejn Ħesron u titlaʼ lejn Addar u ddur lejn Karka.  U kienet tibqaʼ għaddejja lejn Għasmon+ u toħroġ lejn il-​wied* taʼ l-​Eġittu;+ u l-​fruntiera kienet tispiċċa fil-​baħar. Din kienet il-​fruntiera tan-​nofsinhar tagħhom.  U l-​fruntiera tal-​lvant kienet il-​Baħar il-​Mielaħ safejn tispiċċa l-​Ġordan, u l-​fruntiera fir-​rokna tat-​tramuntana kienet mal-​bajja tal-​baħar, fejn tispiċċa l-​Ġordan.+  U l-​fruntiera kienet titlaʼ lejn Bet-ħogla+ u tgħaddi mit-​tramuntana taʼ Bet-għaraba,+ u kienet titlaʼ lejn il-​ġebla taʼ Boħan+ bin Ruben.  U kienet tibqaʼ tielgħa lejn Debir fil-​pjanura l-​baxxa t’Għakor+ u ddur lejn it-​tramuntana lejn Gilgal,+ quddiem it-​telgħa t’Adummim fin-​nofsinhar tal-​wied; u l-​fruntiera kienet tgħaddi mill-​ilmijiet t’Għajn-xemex,+ u kienet tispiċċa f’Għajn-rogel.+  U kienet titlaʼ lejn wied bin Ħinnom+ lejn it-​telgħa tal-​Ġebusi+ fin-​nofsinhar, jiġifieri, Ġerusalemm;+ u l-​fruntiera kienet titlaʼ sal-​quċċata tal-​muntanja li tħares lejn wied Ħinnom lejn il-​punent, li qiegħda f’tarf il-​pjanura l-​baxxa taʼ Refajm+ lejn it-​tramuntana.  U l-​fruntiera kienet mill-​quċċata tal-​muntanja lejn l-​għajn taʼ l-​ilmijiet taʼ Neftogħa,+ u kienet toħroġ lejn il-​bliet tal-​Muntanja Għefron; u l-​fruntiera kienet sa Bagħala,+ jiġifieri, Kirjat-ġegħarim.+ 10  U l-​fruntiera kienet iddur minn Bagħala lejn il-​punent, lejn il-​Muntanja Segħir, u tibqaʼ għaddejja lejn it-​telgħa tal-​Muntanja Ġegħarim fit-​tramuntana, jiġifieri, Kesalon; u kienet tinżel lejn Bet-xemex+ u tgħaddi lejn Timna.+ 11  U l-​fruntiera kienet toħroġ lejn it-​telgħa t’Għekron+ lejn it-​tramuntana, u kienet sa Sikkeron u kienet tgħaddi lejn il-​Muntanja Bagħala u toħroġ lejn Ġabnel; u l-​fruntiera kienet tispiċċa fil-​baħar. 12  U l-​fruntiera tal-​punent kienet mal-​Baħar il-​Kbir+ u l-​kosta tiegħu. Din kienet il-​fruntiera dawramejt taʼ wlied Ġuda skond il-​familji tagħhom. 13  U lil Kaleb+ bin Ġefunne tah sehem f’nofs ulied Ġuda bl-​ordni taʼ Ġeħova lil Ġożwè, jiġifieri, Kirjat-arba (dan Arba kien missier Għanak), jiġifieri, Ħebron.+ 14  Għalhekk, Kaleb keċċa minn hemmhekk lit-​tliet ulied t’Għanak,+ jiġifieri, Sesaj+ u Aħiman u Talmaj,+ dawk imnisslin minn Għanak.+ 15  Imbagħad telaʼ minn hemmhekk għal kontra l-​abitanti taʼ Debir.+ (Issa isem Debir qabel kien Kirjat-sefer.)+ 16  U Kaleb qal: “Min jaħbat għal Kirjat-sefer u jirbaħha, jien nagħtih lil binti Għaksa+ b’martu.” 17  U rebaħha Għotnijel+ bin Kenaż,+ ħu Kaleb. Għalhekk, tah lil bintu Għaksa+ b’martu. 18  U ġara li meta kienet sejra d-​dar, hi baqgħet tipprova ġġiegħlu jitlob għalqa mingħand missierha. Imbagħad waqt li kienet fuq il-​ħmar ċapċpet idejha.* Għal dan, Kaleb qalilha: “Xi trid?”+ 19  Għalhekk, hi qalet: “Agħtini barka, għax tajtni biċċa art lejn in-​nofsinhar, imma trid tagħtini Gullot-majm.” Għaldaqstant taha Gullot taʼ Fuq u Gullot t’Isfel.+ 20  Dan kien il-​wirt+ tat-​tribù taʼ wlied Ġuda+ skond il-​familji tagħhom. 21  U l-​bliet f’tarf it-​tribù taʼ wlied Ġuda lejn il-​fruntiera t’Edom+ fin-​nofsinhar kienu Kabsil+ u Għeder u Ġagur, 22  u Kina u Dimona u Għadgħada, 23  u Kedes u Ħasor u Itnan, 24  Żif u Telem+ u Begħalot, 25  u Ħasor-ħadatta u Kerjot-ħesron, jiġifieri, Ħasor, 26  Amam u Sema u Molada,+ 27  u Ħasar-gadda u Ħesmon u Bet-pelet,+ 28  u Ħasar-sugħal+ u Bir-​xeba+ u Biżjotija, 29  Bagħala+ u Ijjim u Għesem,+ 30  u Eltolad u Kesil u Ħorma,+ 31  u Siklag+ u Madmanna u Sansanna, 32  u Lebagħot u Silħim u Għajn+ u Rimmon;+ il-​bliet kollha kienu disgħa u għoxrin, flimkien maʼ l-​irħula tagħhom. 33  Fis-Sefela+ kien hemm Estagħol+ u Sorgħa+ u Asnah, 34  u Żanogħa+ u Għajn-gannim, Taffugħa u Għenam, 35  Ġarmut+ u Għadullam,+ Sokoh+ u Għażeka,+ 36  u Sagħrajm+ u Għaditajm u Gedera u Gederotajm; erbatax-il belt u l-​irħula tagħhom. 37  Senan u Ħadasa u Migdal-gad, 38  u Dilegħan u Mispe u Ġoktel, 39  Lakis+ u Boskat+ u Għeglon,+ 40  u Kabbon u Laħmam u Kitlis, 41  u Gederot, Bet-dagon u Nagħma u Makkeda;+ sittax-il belt u l-​irħula tagħhom. 42  Libna+ u Għeter+ u Għasan, 43  u Iftaħ u Asnah u Nesib, 44  u Kejla+ u Akżib+ u Maresah;+ disat ibliet u l-​irħula tagħhom. 45  Għekron+ u l-​bliet li jiddependu minnha u l-​irħula tagħha. 46  Minn Għekron lejn il-​punent il-​bliet kollha maġenb Asdod u l-​irħula tagħhom. 47  Asdod,+ il-​bliet li jiddependu minnha u l-​irħula tagħha; Gaża,+ il-​bliet li jiddependu minnha u l-​irħula tagħha, ’l isfel lejn il-​wied taʼ l-​Eġittu, u l-​Baħar il-​Kbir u r-​reġjun taʼ ħdejh.+ 48  U fir-​reġjun muntanjuż taʼ Samir u Ġattir+ u Sokoh, 49  u Danna u Kirjat-sanna, jiġifieri, Debir, 50  u Għanab u Estemo+ u Għanim, 51  u Gosen+ u Ħolon u Gilo;+ ħdax-il belt u l-​irħula tagħhom. 52  Arab u Duma u Esgħan, 53  u Ġanim u Bet-taffugħa u Afeka, 54  u Ħumta u Kirjat-arba, jiġifieri, Ħebron,+ u Sigħor; disat ibliet u l-​irħula tagħhom. 55  Magħon,+ Karmel u Żif+ u Ġutta, 56  u Ġeżragħel u Ġokdegħam u Żanogħa, 57  Qajin, Gibegħa u Timna;+ għaxart ibliet u l-​irħula tagħhom. 58  Ħalħul, Bet-sur u Gedor, 59  u Magħrat u Bet-għanot u Eltekon; sitt ibliet u l-​irħula tagħhom. 60  Kirjat-bagħal,+ jiġifieri, Kirjat-ġegħarim,+ u Rabba; żewġt ibliet u l-​irħula tagħhom. 61  Fix-xagħri Bet-għaraba,+ Middin u Sekaka, 62  u Nibsan u Belt il-​Melħ u Għajn-gedi;+ sitt ibliet u l-​irħula tagħhom. 63  U lill-​Ġebusin+ li kienu jgħammru f’Ġerusalemm,+ ulied Ġuda ma rnexxilhomx ikeċċuhom;+ u l-​Ġebusin għadhom jgħammru maʼ wlied Ġuda f’Ġerusalemm sa llum.

Noti taʼ taħt

Ara Ġen 26:17, in-​nota taʼ taħt.
Jew, “Imbagħad iżżerżqet (niżlet) minn fuq il-​ħmar.”