Ġożwè 14:1-15

14  Issa dan ħadu wlied Israel bħala wirt fl-​art taʼ Kangħan,+ li Elegħażar il-​qassis u Ġożwè bin Nun u l-​kapijiet taʼ missirijiet it-​tribujiet taʼ wlied Israel tawhom bħala wirt.+  Wirthom tqassam bix-​xorti,+ bħalma kien ikkmanda Ġeħova permezz taʼ Mosè għad-​disaʼ tribujiet u għan-​nofs tribù.+  Għax liż-​żewġ tribujiet l-​oħrajn u lin-​nofs l-​ieħor tat-​tribù Mosè kien tahom il-​wirt fuq in-​naħa l-​oħra tal-​Ġordan;+ u lil-​Leviti ma tahomx wirt f’nofshom.+  Għax ulied Ġużeppi kienu saru żewġ tribujiet,+ Manasse+ u Efrajm;+ u ma kinux taw sehem lil-​Leviti fl-​art, ħlief bliet+ fejn jgħammru u l-​mergħat tagħhom għall-​bhejjem tagħhom u l-​proprjetà tagħhom.+  Bħalma kien ikkmanda Ġeħova lil Mosè, hekk għamlu wlied Israel; u qassmu l-​art.  Imbagħad ulied Ġuda resqu lejn Ġożwè f’Gilgal,+ u Kaleb+ bin Ġefunne l-​Keneżi+ qallu: “Int taf sew il-​kelma li Ġeħova qal+ lil Mosè l-​bniedem taʼ l-​Alla l-​veru+ dwari u dwarek f’Kades-barnegħa.+  Erbgħin sena kelli meta Mosè l-​qaddej taʼ Ġeħova bagħatni minn Kades-barnegħa biex nitkixxef l-​art,+ u meta ġejt lura għedtlu eżatt kif qanqlitni qalbi.+  U ħuti li telgħu miegħi ġiegħlu qalb il-​poplu ddub;+ imma inkwantu għalija, jien imxejt wara Ġeħova Alla tiegħi bis-​sħiħ.+  Għaldaqstant, Mosè ħalef f’dak il-​jum, billi qal, ‘L-​art li sieqek rifset fuqha+ se ssir tiegħek u taʼ wliedek bħala wirt għal żmien indefinit, għax imxejt wara Ġeħova Alla tiegħi bis-​sħiħ.’+ 10  U issa, ara, Ġeħova żammni ħaj,+ sewwasew bħalma wiegħed,+ dawn il-​ħamsa u erbgħin sena mindu Ġeħova għamel din il-​wegħda lil Mosè meta Israel mexa fix-​xagħri,+ u issa hawn jien illum fl-​età taʼ ħamsa u tmenin sena. 11  Madankollu, jien illum b’saħħti daqs dakinhar li bagħatni Mosè.+ Bħalma kienet il-​qawwa tiegħi dakinhar, hekk hija issa l-​qawwa tiegħi għall-​gwerra, kemm biex noħroġ u kemm biex nidħol.+ 12  U issa agħtini dan ir-​reġjun muntanjuż li Ġeħova wiegħed dakinhar,+ għax dakinhar int innifsek smajt li hemmhekk kien hemm l-​Għanakin+ u bliet fortifikati kbar.+ Jidher li Ġeħova se jkun miegħi,+ u jien niħdilhom il-​proprjetà tagħhom, bħalma wiegħed Ġeħova.”+ 13  Għal dan, Ġożwè bierku u ta Ħebron lil Kaleb bin Ġefunne bħala wirt.+ 14  Huwa għalhekk li Ħebron saret taʼ Kaleb bin Ġefunne l-​Keneżi bħala wirt sa dan il-​jum, għax hu mexa wara Ġeħova l-​Alla taʼ Israel bis-​sħiħ.+ 15  Qabel dan isem Ħebron kien Kirjat-arba+ (dan Arba+ kien il-​kbir fost l-​Għanakin). U l-​art ma ġietx imfixkla mill-​gwerra.+

Noti taʼ taħt