Ġożwè 13:1-33

13  Issa Ġożwè kien xiħ, imdaħħal fiż-​żmien.+ Għalhekk, Ġeħova qallu: “Int issa xiħ u mdaħħal fiż-​żmien, u għad baqaʼ parti kbira ferm mill-​art li trid tittieħed bħala proprjetà.+  Din hi l-​art li għad baqaʼ:+ ir-​reġjuni kollha tal-​Filistin+ u tal-​Gesurin+ kollha  (mill-fergħa tan-​Nil li tinsab quddiem l-​Eġittu sal-​fruntiera t’Għekron lejn it-​tramuntana,+ it-​territorju kien jitqies tal-​Kangħanin);+ ħames sidien alleati+ tal-​Filistin, il-​Gażin+ u l-​Asdodin,+ l-​Askelonin,+ il-​Gittin+ u l-​Għekronin;+ u l-​Għawwin.+  Lejn in-​nofsinhar l-​art kollha tal-​Kangħanin; u Meara, li hi tas-​Sidonin,+ s’Afek, sal-​fruntiera taʼ l-​Amurrin;  u l-​art tal-​Gebalin+ u l-​Libanu kollu lejn tlugħ ix-​xemx, minn Bagħal-gad+ taħt il-​Muntanja Ħermon sad-​daħla taʼ Ħamat;+  l-abitanti kollha tar-​reġjun muntanjuż, mil-​Libanu+ sa Misrefot-majm,+ is-​Sidonin kollha;+ jien innifsi se niħdilhom il-​proprjetà tagħhom quddiem ulied Israel.+ Biss agħtiha lil Israel bħala wirt, bħalma kkmandajtek.+  U issa qassam din l-​art bħala wirt lid-​disaʼ tribujiet u lil nofs it-​tribù taʼ Manasse.”+  Flimkien man-​nofs l-​ieħor tat-​tribù taʼ Manasse, ir-​Rubenin u l-​Gadin ħadu wirthom li tahom Mosè fuq in-​naħa tal-​Ġordan lejn il-​lvant, bħalma kien tahom+ Mosè l-​qaddej taʼ Ġeħova,  minn Għarogħer,+ li qiegħda f’xatt il-​wied taʼ l-​Arnon,+ u l-​belt f’nofs il-​wied, u l-​pjanura kollha fl-​għoli taʼ Medeba+ sa Dibon;+ 10  u l-​bliet kollha taʼ Siħon is-​sultan taʼ l-​Amurrin, li saltan f’Ħesbon, sal-​fruntiera taʼ wlied Għammon;+ 11  u Gilegħad u t-​territorju tal-​Gesurin+ u l-​Magħkatin u l-​Muntanja Ħermon kollha+ u l-​Basan kollu+ sa Saleka;+ 12  it-territorju rjali kollu t’Għog+ fil-​Basan, li saltan f’Għastarot u f’Edrej+—hu kien baqaʼ mill-​bqija tar-​Refajin+—u Mosè ħabat għalihom u ħadilhom il-​proprjetà tagħhom.+ 13  U wlied Israel ma ħadux il-​proprjetà+ tal-​Gesurin u l-​Magħkatin, imma l-​Gesuri+ u l-​Magħkati għadhom jgħammru f’nofs Israel sa llum. 14  Lit-tribù tal-​Leviti biss ma tahx wirt.+ L-​offerti magħmulin bin-​nar+ lil Ġeħova l-​Alla taʼ Israel huma wirthom,+ sewwasew bħalma wegħedhom.+ 15  U Mosè ta għotja lit-​tribù taʼ wlied Ruben skond il-​familji tagħhom, 16  u t-​territorju li ħadu kien minn Għarogħer,+ li qiegħda f’xatt il-​wied taʼ l-​Arnon, u l-​belt f’nofs il-​wied, u l-​pjanura kollha fl-​għoli ħdejn Medeba;+ 17  Ħesbon+ u l-​bliet kollha tagħha+ li huma fuq il-​pjanura fl-​għoli, Dibon+ u Bamot-bagħal+ u Bet-bagħal-megħon,+ 18  u Ġaħas+ u Kedemot+ u Mefgħat,+ 19  u Kirjatajm+ u Sibma+ u Seret-saħar fuq il-​muntanja tal-​pjanura l-​baxxa, 20  u Bet-pegħor u t-​tlajjaʼ tal-​Pisga+ u Bet-ġesimot,+ 21  u l-​bliet kollha tal-​pjanura fl-​għoli+ u t-​territorju rjali kollu taʼ Siħon is-​sultan taʼ l-​Amurrin, li saltan f’Ħesbon,+ u li Mosè ħabat għalih,+ kif ukoll għall-​kapijiet ewlenin tat-​tribujiet taʼ Midjan, Evi u Rekem u Żur u Ħur u Reba,+ id-​duki taʼ Siħon, li kienu qed jgħammru f’dik l-​art. 22  U Balgħam bin Begħor,+ is-​saħħâr,+ kien wieħed li nqatel bis-​sejf minn ulied Israel flimkien maʼ dawk li ġew maqtulin minnhom. 23  U l-​fruntiera taʼ wlied Ruben kienet il-​Ġordan; u dan it-​territorju, bil-​bliet u l-​irħula tagħhom, kien il-​wirt taʼ wlied Ruben+ skond il-​familji tagħhom. 24  Iktar minn hekk, Mosè ta għotja lit-​tribù taʼ Gad, ulied Gad skond il-​familji tagħhom,+ 25  u t-​territorju tagħhom kien Ġagħżer+ u l-​bliet kollha taʼ Gilegħad+ u nofs l-​art taʼ wlied Għammon+ s’Għarogħer,+ li qiegħda quddiem Rabba;+ 26  u minn Ħesbon+ sa Ramat-mispe u Betonim u minn Maħanajm+ sal-​fruntiera taʼ Debir;+ 27  u fil-​pjanura l-​baxxa Bet-ħaram+ u Bet-nimra+ u Sukkot+ u Safon, il-​bqija tat-​territorju rjali taʼ Siħon is-​sultan taʼ Ħesbon,+ bil-​Ġordan bħala l-​fruntiera sa tarf il-​baħar taʼ Kinneret+ fuq in-​naħa tal-​Ġordan lejn il-​lvant. 28  Dan it-​territorju, bil-​bliet u l-​irħula tagħhom, kien il-​wirt taʼ wlied Gad+ skond il-​familji tagħhom. 29  Iktar minn hekk, Mosè ta għotja lil nofs it-​tribù taʼ Manasse, u din saret taʼ nofs it-​tribù taʼ wlied Manasse skond il-​familji tagħhom.+ 30  U t-​territorju tagħhom kien minn Maħanajm+ u kien jinkludi l-​Basan kollu, it-​territorju rjali kollu t’Għog is-​sultan tal-​Basan,+ u l-​irħula kollha tat-​tined taʼ Ġajir+ li huma fil-​Basan, sittin belt. 31  U nofs Gilegħad, u Għastarot+ u Edrej,+ il-​bliet tat-​territorju rjali t’Għog fil-​Basan, marru għand ulied Makir+ bin Manasse, għand nofs ulied Makir skond il-​familji tagħhom. 32  Dawn tahom Mosè bħala wirt, fuq il-​pjanuri tad-​deżert taʼ Mowab fuq in-​naħa tal-​Ġordan, qrib Ġeriko, lejn il-​lvant.+ 33  U lit-​tribù tal-​Leviti Mosè ma tahx wirt.+ Ġeħova l-​Alla taʼ Israel hu wirthom, sewwasew bħalma wegħedhom.+

Noti taʼ taħt