Ġożwè 12:1-24

12  Issa dawn huma s-​slaten taʼ l-​art li għelbu wlied Israel u li mbagħad ħadu arthom f’idejhom fuq in-​naħa tal-​Ġordan lejn tlugħ ix-​xemx,+ mill-​wied* taʼ l-​Arnon+ sal-​Muntanja Ħermon+ u l-​Għaraba kollha+ lejn tlugħ ix-​xemx:  Siħon+ is-​sultan taʼ l-​Amurrin, li kien jgħammar f’Ħesbon,+ li kien jaħkem minn Għarogħer,+ li kienet max-​xatt tal-​wied taʼ l-​Arnon,+ u nofs il-​wied, u nofs Gilegħad sal-​wied tal-​Ġabbok,+ il-​fruntiera taʼ wlied Għammon,  u l-​Għaraba+ sal-​baħar* taʼ Kinneret+ lejn il-​lvant u sal-​baħar taʼ l-​Għaraba, il-​Baħar il-​Mielaħ,+ lejn il-​lvant fid-​direzzjoni taʼ Bet-ġesimot,+ u lejn in-​nofsinhar taħt it-​tlajjaʼ tal-​Pisga.+  U ħadu t-​territorju t’Għog+ is-​sultan tal-​Basan, taʼ dak li kien baqaʼ mir-​Refajin,+ li kien jgħammar f’Għastarot+ u Edrej,+  u li kien jaħkem fuq il-​Muntanja Ħermon+ u f’Saleka u fil-​Basan kollu,+ sal-​fruntiera tal-​Gesurin+ u l-​Magħkatin,+ u nofs Gilegħad, sat-​territorju taʼ Siħon+ is-​sultan taʼ Ħesbon.+  Mosè l-​qaddej taʼ Ġeħova u wlied Israel kienu għelbuhom,+ u mbagħad Mosè l-​qaddej taʼ Ġeħova ta t-​territorju tagħhom lir-​Rubenin+ u lill-​Gadin+ u lil nofs it-​tribù taʼ Manasse+ bħala proprjetà tagħhom.  U dawn huma s-​slaten taʼ l-​art li għelbu Ġożwè u wlied Israel fuq in-​naħa tal-​Ġordan lejn il-​punent, minn Bagħal-gad+ fil-​pjanura fil-​wied tal-​Libanu+ sal-​Muntanja Ħalak,+ li titlaʼ lejn is-​Segħir,+ u wara dan Ġożwè ta din l-​art bħala proprjetà lit-​tribujiet taʼ Israel skond l-​ishma tagħhom,+  fir-reġjun muntanjuż u fis-​Sefela u fl-​Għaraba u fuq it-​tlajjaʼ u fix-​xagħri u fin-​Negeb+—il-​Ħittin, l-​Amurrin+ u l-​Kangħanin, il-​Pereżin, il-​Ħiwwin u l-​Ġebusin:+   Is-sultan taʼ Ġeriko,+ wieħed; is-​sultan t’Għaj,+ li kienet ħdejn Betel, wieħed; 10  is-sultan taʼ Ġerusalemm,+ wieħed; is-​sultan taʼ Ħebron,+ wieħed; 11  is-sultan taʼ Ġarmut,+ wieħed; is-​sultan taʼ Lakis,+ wieħed; 12  is-sultan t’Għeglon,+ wieħed; is-​sultan taʼ Geżer,+ wieħed; 13  is-sultan taʼ Debir,+ wieħed; is-​sultan taʼ Geder, wieħed; 14  is-sultan taʼ Ħorma, wieħed; is-​sultan t’Għarad, wieħed; 15  is-sultan taʼ Libna,+ wieħed; is-​sultan t’Għadullam, wieħed; 16  is-sultan taʼ Makkeda,+ wieħed; is-​sultan taʼ Betel,+ wieħed; 17  is-sultan taʼ Taffugħa, wieħed; is-​sultan taʼ Ħefer,+ wieħed; 18  is-sultan t’Afek, wieħed; is-​sultan taʼ Lassaron, wieħed; 19  is-sultan taʼ Madon,+ wieħed; is-​sultan taʼ Ħasor,+ wieħed; 20  is-sultan taʼ Simron-meron, wieħed; is-​sultan t’Aksaf,+ wieħed; 21  is-sultan taʼ Tagħnak, wieħed; is-​sultan taʼ Megiddo,+ wieħed; 22  is-sultan taʼ Kedes, wieħed; is-​sultan taʼ Ġoknegħam+ fil-​Karmel, wieħed; 23  is-sultan taʼ Dor fuq l-​għoljiet taʼ Dor,+ wieħed; is-​sultan taʼ Gojjim f’Gilgal, wieħed; 24  is-sultan taʼ Tirsa, wieħed; b’kollox is-​slaten huma wieħed u tletin.+

Noti taʼ taħt

Ara Ġen 26:17, in-​nota taʼ taħt. F’vers 2 ukoll.
Ara Nu 34:11, in-​nota taʼ taħt.