Ġożwè 11:1-23

11  U ġara li malli Ġabin is-​sultan taʼ Ħasor semaʼ b’dan, hu bagħat jgħid lil Ġobab is-​sultan taʼ Madon+ u lis-​sultan taʼ Simron u s-​sultan t’Aksaf,+  u lis-​slaten li kienu lejn it-​tramuntana fir-​reġjun muntanjuż u fil-​pjanuri tad-​deżert fin-​nofsinhar taʼ Kinneret+ u fis-​Sefela+ u fuq l-​għoljiet taʼ Dor+ lejn il-​punent,  il-Kangħanin+ lejn il-​lvant u l-​punent, u l-​Amurrin+ u l-​Ħittin+ u l-​Pereżin+ u l-​Ġebusin+ fir-​reġjun muntanjuż u l-​Ħiwwin+ taħt il-​Ħermon+ fl-​art taʼ Mispa.+  Għalhekk, dawn ħarġu, huma u l-​kampijiet kollha tagħhom, poplu numeruż bħar-​ramel li hemm f’xatt il-​baħar daqskemm kien kotran,+ u ħafna u ħafna żwiemel+ u karrijiet tal-​gwerra.  Imbagħad dawn is-​slaten kollha ltaqgħu flimkien kif ftiehmu u ġew u kkampjaw flimkien ħdejn l-​ilmijiet taʼ Merom biex jiġġieldu kontra Israel.+  Għal dan, Ġeħova qal lil Ġożwè: “Tibżax minħabba fihom,+ għax għada madwar dan il-​ħin se nerħihom kollha maqtulin f’idejn Israel. Liż-​żwiemel tagħhom se taqtgħalhom l-​għerq t’għarqubhom,+ u l-​karrijiet tagħhom se taħraqhom fin-​nar.”+  U Ġożwè u l-​gwerriera kollha miegħu ġew kontrihom għal għarrieda ħdejn l-​ilmijiet taʼ Merom u attakkawhom.  Imbagħad Ġeħova tahom f’idejn Israel,+ u huma ħabtu għalihom u ġrew warajhom sa Sidon+ li kellha ħafna abitanti u Misrefot-majm+ u l-​pjanura tal-​wied taʼ Mispe+ lejn il-​lvant; u baqgħu jaħbtu għalihom sakemm ma ħallewlhom ’il ħadd ħaj.+  Wara dan, Ġożwè għamlilhom bħalma kien qallu Ġeħova: liż-​żwiemel tagħhom qatgħalhom l-​għerq t’għarqubhom,+ u l-​karrijiet tagħhom ħaraqhom fin-​nar.+ 10  Iktar minn hekk, Ġożwè dar lura f’dak iż-​żmien+ u rebaħ lil Ħasor;+ u lis-​sultan tagħha qatlu bis-​sejf,+ għax qabel dan Ħasor kienet fuq dawn is-​saltniet kollha. 11  U huma ħabtu għal kull ruħ li kien hemm fiha b’xifer is-​sejf u qerduhom.*+ Ma tħalliet ebda ħaġa li tieħu n-​nifs,+ u lil Ħasor ħaraqha fin-​nar. 12  U Ġożwè rebaħ il-​bliet kollha taʼ dawn is-​slaten u lis-​slaten kollha tagħhom u ħabat għalihom b’xifer is-​sejf.+ Hu qeridhom għalkollox,+ bħalma kien ikkmanda Mosè l-​qaddej taʼ Ġeħova.+ 13  Biss il-​bliet kollha weqfin fuq l-​għoljiet tagħhom Israel ma ħaraqhomx, ħlief għal Ħasor waħedha li ħaraqha Ġożwè. 14  U l-​priża kollha taʼ dawn il-​bliet u l-​annimali domestiċi, ulied Israel ħaduhom għalihom infushom.+ Biss huma ħabtu b’xifer is-​sejf għan-​nies kollha sakemm kienu qerduhom għalkollox.+ Ma ħallew ’il ħadd li jieħu n-​nifs ħaj.+ 15  Bħalma Ġeħova kien ikkmanda lil Mosè l-​qaddej tiegħu, hekk ikkmanda Mosè lil Ġożwè,+ u hekk għamel Ġożwè. Ma warrabx kelma minn dak kollu li Ġeħova kien ikkmanda lil Mosè.+ 16  U Ġożwè ħa din l-​art kollha, ir-​reġjun muntanjuż u n-​Negeb+ kollu u l-​art kollha taʼ Gosen+ u s-​Sefela+ u l-​Għaraba+ u r-​reġjun muntanjuż taʼ Israel u s-​Sefela tiegħu,+ 17  mill-Muntanja Ħalak,+ li titlaʼ lejn is-​Segħir,+ sa Bagħal-gad+ fil-​pjanura fil-​wied tal-​Libanu taħt il-​Muntanja Ħermon,+ u hu rebaħ lis-​slaten kollha tagħhom u ħabat għalihom u tahom il-​mewt.+ 18  Ġożwè dam jiggwerra maʼ dawn is-​slaten kollha għal ħafna jiem. 19  Ma kien hemm ebda belt li għamlet paċi maʼ wlied Israel ħlief il-​Ħiwwin+ li kienu jgħammru f’Gibegħon.+ L-​oħrajn kollha ħaduhom bil-​gwerra.+ 20  Għax il-​mod kif mexa magħhom Ġeħova kien li ħalla lil qlubhom isiru stinati+ sabiex jiddikjaraw gwerra kontra Israel, biex b’hekk hu jiddedikahom għall-​qerda, ħalli ma jintwerew ebda ħniena,+ imma jeqridhom għalkollox, bħalma Ġeħova kien ikkmanda lil Mosè.+ 21  Iktar minn hekk, f’dak iż-​żmien partikulari Ġożwè mar u qaċċat l-​Għanakin+ mir-​reġjun muntanjuż, minn Ħebron, minn Debir, minn Għanab,+ u mir-​reġjun muntanjuż kollu taʼ Ġuda, u mir-​reġjun muntanjuż kollu taʼ Israel.+ Ġożwè qeridhom għalkollox+ flimkien maʼ bliethom. 22  L-Għanakin ma tħallewx fl-​art taʼ wlied Israel. Baqgħu+ biss f’Gaża,+ Gat,+ u Asdod.+ 23  Għalhekk, Ġożwè ħa l-​art kollha, skond kulma Ġeħova kien wiegħed lil Mosè,+ u Ġożwè mbagħad taha bħala wirt lil Israel skond l-​ishma tagħhom, skond it-​tribujiet tagħhom.+ U l-​art ma ġietx imfixkla mill-​gwerra.+

Noti taʼ taħt

Jew, “iddedikawhom għall-​qerda.” Ara Eżo 22:20, in-​nota taʼ taħt. F’versi 12 u 21 ukoll.