Ġożwè 10:1-43

10  U ġara li malli Adoni-sedek is-​sultan taʼ Ġerusalemm semaʼ li Ġożwè kien rebaħ lil Għaj+ u mbagħad qeridha* għalkollox,+ li lil Għaj u lis-​sultan tagħha+ għamlilhom bħalma kien għamel lil Ġeriko+ u lis-​sultan tagħha,+ u li l-​abitanti taʼ Gibegħon kienu għamlu paċi maʼ Israel+ u kienu baqgħu fosthom,  beda jibżaʼ ħafna,+ għax Gibegħon kienet belt kbira, bħal waħda mill-​bliet irjali, u kienet akbar minn Għaj,+ u l-​irġiel kollha tagħha kienu setgħanin.  Għaldaqstant, Adoni-sedek is-​sultan taʼ Ġerusalemm+ bagħat jgħid lil Ħoħam is-​sultan taʼ Ħebron+ u lil Piram is-​sultan taʼ Ġarmut+ u lil Ġafigħa s-​sultan taʼ Lakis+ u lil Debir is-​sultan t’Għeglon,+  “Itilgħu għandi u għinuni u ejjew naħbtu għal Gibegħon, għax għamlet paċi maʼ Ġożwè u wlied Israel.”+  Għal dan, huma nġabru flimkien u telgħu, ħames slaten taʼ l-​Amurrin,+ is-​sultan taʼ Ġerusalemm, is-​sultan taʼ Ħebron, is-​sultan taʼ Ġarmut, is-​sultan taʼ Lakis, u s-​sultan t’Għeglon, dawn u l-​kampijiet kollha tagħhom, u kkampjaw kontra Gibegħon u ggwerraw kontriha.  Għal dan, l-​irġiel taʼ Gibegħon bagħtu jgħidu lil Ġożwè fil-​kamp f’Gilgal:+ “Terħix idek mill-​ilsiera tiegħek.+ Itlaʼ għandna malajr u salvana u għinna, għax is-​slaten kollha taʼ l-​Amurrin li jgħammru fil-​muntanji nġabru flimkien kontrina.”  Għalhekk, Ġożwè telaʼ minn Gilgal, hu u l-​gwerriera kollha miegħu+ u l-​irġiel qalbenin u setgħanin kollha.+  Imbagħad Ġeħova qal lil Ġożwè: “Tibżax minnhom,+ għax jien tajthom f’idejk.+ Lanqas raġel minnhom ma jieqaf kontrik.”+  U Ġożwè ġie kontrihom għal għarrieda. Matul il-​lejl kollu hu kien telaʼ minn Gilgal. 10  U Ġeħova tefagħhom f’konfużjoni quddiem Israel,+ u dawn bdew joqtluhom u l-​qatla kienet kbira f’Gibegħon+ u marru jiġru warajhom mit-​telgħa għal Bet-ħoron u baqgħu sejrin joqtluhom s’Għażeka+ u Makkeda.+ 11  U ġara li waqt li kienu qed jaħarbu minn quddiem Israel u kienu fin-​niżla taʼ Bet-ħoron, Ġeħova xeħet fuqhom biċċiet kbar tas-​silġ+ mis-​smewwiet s’Għażeka, u mietu. Kien hemm iktar li mietu bil-​biċċiet tas-​silġ milli nqatlu bis-​sejf minn ulied Israel. 12  Imbagħad Ġożwè kellem lil Ġeħova, dakinhar li Ġeħova reħa lill-​Amurrin f’idejn ulied Israel, u quddiem għajnejn Israel qal:“Xemx,+ tiċċaqlaqx minn fuq Gibegħon,+U, qamar, minn fuq il-​pjanura l-​baxxa t’Ajjalon.”+ 13  Għaldaqstant, ix-​xemx ma ċċaqalqitx, u l-​qamar baqaʼ wieqaf, sakemm il-​ġens setaʼ jegħleb lill-​għedewwa tiegħu.+ M’huwiex dan miktub fil-​ktieb taʼ Ġasar?+ U x-​xemx baqgħet wieqfa f’nofs is-​smewwiet u m’għaġġlitx biex tinżel għal madwar jum sħiħ.+ 14  U ma kien hemm ebda jum bħal dak, la qablu u lanqas warajh, bil-​mod li Ġeħova semaʼ minn leħen taʼ raġel,+ għax Ġeħova nnifsu kien qed jiġġieled għal Israel.+ 15  Wara dan, Ġożwè u Israel kollu miegħu reġgħu lura lejn il-​kamp f’Gilgal.+ 16  Sadanittant, dawn il-​ħames slaten ħarbu+ u marru jinħbew fl-​għar f’Makkeda.+ 17  Imbagħad wasal rapport għand Ġożwè, jgħid: “Il-​ħames slaten instabu moħbijin fl-​għar f’Makkeda.”+ 18  Għal dan, Ġożwè qal: “Gerbu ġebel kbir lejn il-​bokka taʼ l-​għar u qabbdu lil xi rġiel għassa magħhom. 19  U intom, tiqfux. Iġru wara l-​għedewwa tagħkom, u aħbtu għalihom minn wara.+ Tħalluhomx jidħlu fi bliethom, għax Ġeħova Alla tagħkom tahom f’idejkom.”+ 20  U ġara li malli Ġożwè u wlied Israel waqfu joqtluhom b’qatla kbira, sakemm dawn kienu ġew fi tmiemhom,+ u dawk li baqgħu ħajjin minnhom ħarbu u daħlu fil-​bliet fortifikati,+ 21  in-nies kollha mbagħad reġgħu lura bis-​sliem lejn il-​kamp, lejn Ġożwè, f’Makkeda. Lanqas ħadd ma qal xejn kontra wlied Israel.+ 22  Imbagħad Ġożwè qal: “Iftħu l-​bokka taʼ l-​għar u oħorġuli lil dawn il-​ħames slaten minn ġo l-​għar.” 23  Għaldaqstant, hekk għamlu u ħarġulu minn ġo l-​għar lil dawn il-​ħames slaten, is-​sultan taʼ Ġerusalemm,+ is-​sultan taʼ Ħebron,+ is-​sultan taʼ Ġarmut, is-​sultan taʼ Lakis,+ u s-​sultan t’Għeglon.+ 24  U ġara li malli kienu ħarġu lil dawn is-​slaten quddiem Ġożwè, Ġożwè sejjaħ lill-​irġiel kollha taʼ Israel u qal lill-​kmandanti tal-​gwerriera li kienu marru miegħu: “Ersqu ’l quddiem. Poġġu saqajkom fuq in-​naħa taʼ wara t’għonq dawn is-​slaten.”+ Għalhekk, resqu ’l quddiem u poġġew saqajhom fuq in-​naħa taʼ wara t’għonqhom.+ 25  U Ġożwè kompla jgħidilhom: “Tibżgħux u titwerwrux.+ Kunu kuraġġużi u agħmlu l-​ħila, għax hekk se jagħmel Ġeħova lill-​għedewwa kollha tagħkom li qed tiggwerraw kontrihom.”+ 26  U wara dan Ġożwè darabhom u tahom il-​mewt u dendilhom fuq ħamest izkuk, u baqgħu mdendlin fuq iz-​zkuk sa fil-​għaxija.+ 27  U x’ħin kienet nieżla x-​xemx Ġożwè ta kmand, u niżżluhom minn fuq iz-​zkuk+ u tefgħuhom fl-​għar fejn kienu nħbew. Imbagħad poġġew ġebel kbir fil-​bokka taʼ l-​għar—sa llum. 28  U dakinhar Ġożwè rebaħ lil Makkeda+ u ħabat għaliha b’xifer is-​sejf. U lis-​sultan tagħha u lil kull ruħ li kien hemm fiha qeridhom.+ Ma ħalla ’l ħadd ħaj. Għalhekk, lis-​sultan taʼ Makkeda+ għamillu bħalma kien għamel lis-​sultan taʼ Ġeriko. 29  Imbagħad Ġożwè u Israel kollu miegħu telqu minn Makkeda għal Libna u ggwerraw kontra Libna.+ 30  Għaldaqstant, Ġeħova ta wkoll f’idejn Israel lil din il-​belt u lis-​sultan tagħha, u huma ħabtu għaliha u għal kull ruħ li kien hemm fiha b’xifer is-​sejf. Ma ħallew ’il ħadd ħaj fiha. Għalhekk, lis-​sultan tagħha għamlulu bħalma kienu għamlu lis-​sultan taʼ Ġeriko.+ 31  Wara dan, Ġożwè u Israel kollu miegħu telqu minn Libna għal Lakis+ u kkampjaw u ggwerraw kontriha. 32  Għaldaqstant, Ġeħova ta lil Lakis f’idejn Israel, u b’hekk huma rebħuha fit-​tieni jum, u ħabtu għaliha u għal kull ruħ li kien hemm fiha b’xifer is-​sejf,+ skond kulma kienu għamlu lil Libna. 33  Kien imbagħad li Ħoram is-​sultan taʼ Geżer+ telaʼ biex jgħin lil Lakis. Għalhekk, Ġożwè ħabat għalih u għan-​nies tiegħu sakemm ma ħallielu ’l ħadd ħaj.+ 34  Imbagħad Ġożwè u Israel kollu miegħu telqu minn Lakis għal Għeglon+ u kkampjaw u ggwerraw kontriha. 35  U dakinhar rebħuha u darbuha b’xifer is-​sejf, u dakinhar qerdu lil kull ruħ li kien hemm fiha, skond kulma kienu għamlu lil Lakis.+ 36  Imbagħad Ġożwè u Israel kollu miegħu telgħu minn Għeglon għal Ħebron+ u bdew jiggwerraw kontriha. 37  U rebħuha u ħabtu għaliha u għas-​sultan tagħha u għal blietha kollha u għal kull ruħ li kien hemm fiha b’xifer is-​sejf. Ma ħalla ’l ħadd ħaj, skond kulma kien għamel lil Għeglon. Għalhekk, qered lilha u lil kull ruħ li kien hemm fiha.+ 38  Fl-aħħarnett, Ġożwè u Israel kollu miegħu daru lura lejn Debir+ u bdew jiggwerraw kontriha. 39  U rebaħ lilha u lis-​sultan tagħha u lil blietha kollha, u ħabtu għalihom b’xifer is-​sejf u qerdu lil kull ruħ li kien hemm fiha.+ Ma ħalla ’l ħadd ħaj.+ Bħalma kien għamel lil Ħebron, hekk għamel lil Debir u lis-​sultan tagħha, l-​istess bħalma kien għamel lil Libna u lis-​sultan tagħha.+ 40  Hekk Ġożwè ħabat għall-​art kollha tar-​reġjun muntanjuż+ u tan-​Negeb+ u tas-​Sefela+ u tat-​tlajjaʼ+ u s-​slaten kollha tagħhom. Ma ħalla ’l ħadd ħaj, u lil kull ħaġa li kienet tieħu n-​nifs+ qeridha,+ bħalma kien ikkmanda Ġeħova l-​Alla taʼ Israel.+ 41  U Ġożwè ħabat għalihom minn Kades-barnegħa+ sa Gaża+ u l-​art kollha taʼ Gosen+ u ’l fuq sa Gibegħon.+ 42  U Ġożwè rebaħ lil dawn is-​slaten kollha u lil arthom f’darba waħda,+ għax kien Ġeħova, l-​Alla taʼ Israel, li kien qed jiġġieled għal Israel.+ 43  Wara dan, Ġożwè u Israel kollu miegħu reġgħu lura lejn il-​kamp f’Gilgal.+

Noti taʼ taħt

Jew, “iddedikaha għall-​qerda.” Ara Eżo 22:20, in-​nota taʼ taħt. F’versi 28, 35, 37, 39, u 40 ukoll.