Mur fil-kontenut

Mur fil-werrej

Ix-Xhieda ta' Ġeħova

Agħżel il-lingwa Malti

Ġożwè 1:1-18

1  U ġara wara li miet Mosè l-qaddej taʼ Ġeħova li Ġeħova qal lil Ġożwè*+ bin Nun, il-qaddej+ taʼ Mosè:  “Mosè l-qaddej tiegħi miet;+ u issa qum, aqsam din ix-xmara, il-Ġordan, int u dan il-poplu kollu, lejn l-art li se nagħti lil ulied Israel.+  Kull post li tirfsu b’qiegħ saqajkom, nagħtih lilkom, sewwasew bħalma wegħedt lil Mosè.+  Mix-xagħri u dan il-Libanu sax-xmara l-kbira, ix-xmara Ewfrat, jiġifieri, l-art kollha tal-Ħittin,+ u sal-Baħar il-Kbir* lejn inżul ix-xemx ikun it-territorju tagħkom.+  Ħadd ma jiqaflek tul il-jiem kollha taʼ ħajtek.+ Bħalma wrejt li kont maʼ Mosè se nuri li jien miegħek.+ La se nabbandunak u lanqas nitilqek għalkollox.+  Kun kuraġġuż u agħmel il-ħila,+ għax int il-wieħed li se tgħin lil dan il-poplu jiret+ l-art li ħlift lil missirijiethom li se nagħtihom.+  “Biss kun kuraġġuż u agħmel il-ħila ħalli tieħu ħsieb tagħmel skond il-liġi kollha li kkmandak+ Mosè l-qaddej tiegħi. Iddurx minnha lejn il-lemin jew lejn ix-xellug,+ sabiex tkun tistaʼ taġixxi bl-għerf kulfejn tmur.+  Dan il-ktieb tal-liġi m’għandux jitbiegħed minn fommok,+ u trid taqrah u timmedita fuqu* lejl u nhar, sabiex tkun tistaʼ tieħu ħsieb tagħmel skond kulma hemm miktub fih;+ għax imbagħad se tirnexxi fi triqtek u mbagħad se taġixxi bl-għerf.+  Ma kkmandajtekx jien?+ Kun kuraġġuż u agħmel il-ħila. Tinħasadx jew titwerwer,+ għax Ġeħova Alla tiegħek hu miegħek kulfejn tmur.”+ 10  U Ġożwè kkmanda lill-uffiċjali tal-poplu, billi qalilhom: 11  “Għaddu minn nofs il-kamp u kkmandaw lill-poplu, u għidu, ‘Lestu xi provvisti għalikom infuskom, għax minn hawn u tlett ijiem oħra se taqsmu din ix-xmara, il-Ġordan, biex tidħlu u tieħdu l-art li Ġeħova Alla tagħkom jagħtikom biex tiħduha f’idejkom.’”+ 12  U lir-Rubenin u lill-Gadin u lil nofs it-tribù taʼ Manasse, Ġożwè qalilhom: 13  “Ftakru l-kelma li Mosè l-qaddej taʼ Ġeħova kkmandakom,+ meta qal, ‘Ġeħova Alla tagħkom qed jagħtikom il-mistrieħ u takom din l-art. 14  In-nisa tagħkom, iċ-ċkejknin tagħkom, u l-bhejjem tagħkom se jgħammru fl-art li Mosè takom fuq din in-naħa tal-Ġordan;+ imma intom, l-irġiel kollha setgħanin u qalbenin,+ tgħaddu mqassmin għall-battalja+ qabel ħutkom, u tridu tgħinuhom. 15  Meta Ġeħova jagħti l-mistrieħ lil ħutkom l-istess bħalkom u huma wkoll ikunu ħadu f’idejhom l-art li Ġeħova Alla tagħkom jagħtihom,+ imbagħad biss intom terġgħu lura lejn l-art li hi l-proprjetà tagħkom u tiħduha f’idejkom,+ l-art li Mosè l-qaddej taʼ Ġeħova takom fuq in-naħa tal-Ġordan lejn tlugħ ix-xemx.’”+ 16  Fi qbil maʼ dan huma wieġbu lil Ġożwè, billi qalu: “Dak kollu li kkmandajtna se nagħmluh, u kulfejn tibgħatna mmorru.+ 17  Bħalma smajna minn Mosè f’kollox, hekk se nisimgħu minnek. Biss jalla Ġeħova Alla tiegħek juri li hu miegħek+ bħalma wera li kien maʼ Mosè.+ 18  Ikun min ikun li jġib ruħu b’mod ribelluż kontra l-ordni tiegħek+ u ma jismax minn kliemek f’kulma tikkmandah jingħata l-mewt.+ Biss kun kuraġġuż u agħmel il-ħila.”+

Noti taʼ taħt

Ifisser “Ġeħova Hu Salvazzjoni.”
Jiġifieri, “il-Baħar Mediterran.”
Jew, “u trid taqra minn taħt l-ilsien.”