Ġeremija 8:1-22

8  “F’dak iż-​żmien,” hija l-​kelma taʼ Ġeħova, “in-​nies jaqilgħu l-​għadam tas-​slaten taʼ Ġuda u l-​għadam tal-​prinċpijiet tagħha u l-​għadam tal-​qassisin u l-​għadam tal-​profeti u l-​għadam tan-​nies taʼ Ġerusalemm mill-​oqbra tagħhom.+  U jifirxuh taħt ix-​xemx u l-​qamar u l-​armata kollha tas-​smewwiet li huma ħabbew u qdew u mxew warajhom,+ u li daru lejhom u mielu quddiemhom.+ La jinġabar u lanqas jindifen, imma jsir bħal demel fuq wiċċ l-​art.”+  “U dawk kollha li jibqgħu ħajjin mill-​fdal taʼ din il-​familja ħażina se jippreferu l-​mewt iktar mill-​ħajja,+ kulfejn ikunu qed jgħammru, kulfejn inkun xerridthom,”+ hija l-​kelma taʼ Ġeħova taʼ l-​armati.  “U għidilhom, ‘Hekk qal Ġeħova: “Jekk jaqgħu ma jerġgħux iqumu?+ Jekk idur lura wieħed, ma jdurx lura l-​ieħor ukoll?+  Għala ma jurix fedeltà dan il-​poplu taʼ Ġerusalemm, u jibqaʼ sejjer hekk? Iggranfaw mal-​qerq+ u ma jridux iduru lura.+  Jien qgħadt attent+ u qgħadt nismaʼ.+ Huma ma kinux qed jitkellmu sewwa. Ma kienx hemm bniedem wieħed li nidem minn ħżunitu+ u qal, ‘X’għamilt?’ Kulħadd qed jerġaʼ lura lejn it-​triq l-​iktar popolari,+ bħal żiemel li jitlaq jiġri għall-​battalja.  Anki ċ-​ċikonja fis-​smewwiet taf meta jkun żmienha;+ il-​gamiema,+ ir-​rundun, u l-​bulbul iħarsu ż-​żmien meta għandhom jiġu. Imma l-​poplu tiegħi m’għarafx iż-​żmien tal-​ġudizzju taʼ Ġeħova.”’+  “‘Kif tistgħu tgħidu: “Aħna għorrief, u l-​liġi taʼ Ġeħova hi magħna”?+ Ara, issa m’hemmx dubju li l-​pinna giddieba+ tas-​segretarji ħadmet bil-​qerq.  L-għorrief stħaw.+ Twerwru u se jinqabdu. Ara! Huma ċaħdu kelmet Ġeħova, u issa x’għerf għandhom?+ 10  Għalhekk, nagħti n-​nisa tagħhom lil irġiel oħrajn, u l-​għelieqi tagħhom lil dawk li jaħtfuhom taħt idejhom;+ għax ilkoll kemm huma, mill-​iżgħar sa l-​akbar wieħed, qed jagħmlu qligħ inġust;+ mill-​profeta sal-​qassis, ilkoll qed jaġixxu bil-​qerq.+ 11  U huma jipprovaw ifejqu ħafif ħafif lil bint il-​poplu tiegħi mill-​ġerħa tagħha,+ billi jgħidu: “Hemm il-​paċi! Hemm il-​paċi!” meta m’hemm l-​ebda paċi.+ 12  Stħaw huma għax għamlu dak li kien mistkerrah?+ L-​ewwelnett, huma assolutament ma jistħu minn xejn; u iżjed minn hekk, lanqas biss tgħallmu kif iħossuhom umiljati.+ “‘Għaldaqstant, huma għad jaqgħu fost dawk li qed jaqgħu. Jitfixklu meta jasal iż-​żmien li nikkastigahom,’+ qal Ġeħova.+ 13  “‘Meta niġborhom, neqridhom,’ hija l-​kelma taʼ Ġeħova.+ ‘Ma jkunx hemm għeneb fid-​dielja,+ u lanqas tin fit-​tina, u l-​weraq jidbiel. U l-​affarijiet li nagħtihom jgħaddu għand ħaddieħor.’” 14  “Aħna għala qegħdin bil-​qiegħda ma nagħmlu xejn? Ejjew ninġabru u nidħlu fil-​bliet fortifikati+ ħa mmutu hemmhekk. Għax Ġeħova Alla tagħna kkundannana għall-​qerda,+ u jagħtina ilma vvelenat x’nixorbu,+ peress li aħna dnibna kontra Ġeħova. 15  Ittamajna għall-​paċi, imma ma ġie xejn tajjeb;+ għal żmien taʼ fejqan, imma ara, biżaʼ kbir ġie!+ 16  Iż-żwiemel tiegħu nstemgħu jonfħu minn Dan.+ Għall-​ħoss taż-​żwiemel tiegħu jiżhru, il-​pajjiż kollu beda jitriegħed.+ U huma jiġu u jibilgħu l-​pajjiż b’kulma fih, il-​belt u lil min jgħammar fiha.” 17  “Għax, ara, qed nibgħat fostkom sriep, sriep velenużi,+ li m’hemmx seħer għalihom,+ u jigdmukom,” hija l-​kelma taʼ Ġeħova. 18  Fuqi ġie niket li m’hemmx fejqan għalih.+ Qalbi marida. 19  Tinstemaʼ l-​għajta għall-​għajnuna taʼ bint il-​poplu tiegħi minn pajjiż ’il bogħod:+ “Mhux f’Sijon qiegħed Ġeħova?+ Mhux fiha s-​sultan tagħha?”+ “Għalfejn offendewni bix-​xbihat minquxin tagħhom, bl-​allat barranin u fiergħa tagħhom?”+ 20  “Il-​ħsad għadda, is-​sajf spiċċa; imma aħna ma ġejniex salvati!”+ 21  Inħossni mkisser+ minħabba l-​ġerħa taʼ bint il-​poplu tiegħi.+ Qabadni swied taʼ qalb. Bqajt miblugħ.+ 22  Jaqaw m’hemmx balzmu f’Gilegħad?+ Jew m’hemm ħadd min ifejjaq hemmhekk?+ Mela, għala ma rkupratx+ bint il-​poplu tiegħi?+

Noti taʼ taħt