Ġeremija 52:1-34

52  Sedekija+ kellu wieħed u għoxrin sena meta beda jsaltan,+ u dam isaltan ħdax-il sena f’Ġerusalemm.+ U ommu kien jisimha Ħamutal+ bint Ġeremija minn Libna.+  U kompla jagħmel dak li hu ħażin f’għajnejn Ġeħova,+ skond kulma kien għamel Ġeħojakim.+  Dan il-​ħażen qanqal ir-​rabja taʼ Ġeħova għal Ġerusalemm u Ġuda, sakemm keċċiehom minn quddiem wiċċu.+ U Sedekija rribella kontra s-​sultan taʼ Babilonja.+  Fl-aħħar ġara li fid-​disaʼ sena tiegħu bħala sultan,+ fl-​għaxar xahar, fl-​għaxar jum tax-​xahar, ġie Nebukadressar, is-​sultan taʼ Babilonja, hu u l-​qawwa militari kollha tiegħu, kontra Ġerusalemm,+ u waqqfu l-​kampijiet tagħhom biex jiġġieldu kontriha u bnewlha ħajt taʼ l-​assedju dawramejt.+  U l-​belt baqgħet assedjata sas-​sena ħdax tas-​Sultan Sedekija.+  Fir-rabaʼ xahar, fid-​disaʼ jum tax-​xahar,+ il-​ġuħ ukoll ħrax fil-​belt u ma kienx hemm ħobż għan-​nies tal-​pajjiż.+  Fl-aħħar, il-​belt ġiet minfuda;+ u l-​gwerriera kollha ħarbu jiġru+ u telqu mill-​belt bil-​lejl mill-​bieb taʼ bejn iż-​żewġ ħitan li hemm ħdejn il-​ġnien tas-​sultan,+ waqt li l-​Kaldin kienu madwar il-​belt kollha; u baqgħu sejrin mit-​triq taʼ l-​Għaraba.+  U waħda mill-​qawwiet militari tal-​Kaldin marret għal wara s-​sultan,+ u laħqu lil Sedekija+ fil-​pjanuri tad-​deżert taʼ Ġeriko; u l-​qawwa militari kollha li kellu miegħu xterdet.+  Imbagħad qabdu lis-​sultan u ħaduh għand is-​sultan taʼ Babilonja+ f’Ribla+ fl-​art taʼ Ħamat,+ sabiex jaqtagħlu s-​sentenza.+ 10  U s-​sultan taʼ Babilonja qatel lil ulied Sedekija quddiem għajnejh,+ u qatel ukoll lill-​prinċpijiet kollha taʼ Ġuda f’Ribla.+ 11  U lil Sedekija għamieh,+ u mbagħad is-​sultan taʼ Babilonja rabtu bi rbit tar-​ram aħmar u ħadu f’Babilonja+ u żammu arrestat sa dakinhar li miet. 12  U fil-​ħames xahar, fl-​għaxar jum tax-​xahar, jiġifieri, fis-​sena dsatax tas-​Sultan Nebukadressar,+ is-​sultan taʼ Babilonja, Nebużaradan,+ il-​kap tal-​gwardji persunali tas-​sultan, li kien jaqdi lis-​sultan taʼ Babilonja, ġie f’Ġerusalemm. 13  U ħaraq id-​dar taʼ Ġeħova+ u d-​dar tas-​sultan u d-​djar kollha f’Ġerusalemm;+ u kull dar importanti ħaraqha bin-​nar.+ 14  U l-​qawwiet militari kollha tal-​Kaldin li kienu mal-​kap tal-​gwardji ġarrfu s-​swar kollha taʼ Ġerusalemm dawramejt.+ 15  U lil xi wħud mill-​foqra tal-​poplu u lill-​bqija tan-​nies li kien għad fadal fil-​belt+ u lil dawk li kienu marru jagħtu ruħhom f’idejn is-​sultan taʼ Babilonja u lill-​bqija tal-​ħaddiema tas-​sengħa, Nebużaradan, il-​kap tal-​gwardji, ħadhom fl-​eżilju.+ 16  U lil xi wħud mill-​foqra tal-​pajjiż Nebużaradan, il-​kap tal-​gwardji, ħalliehom jibqgħu biex jieħdu ħsieb id-​dwieli u jagħmlu xogħol obbligatorju.+ 17  U l-​Kaldin kissru biċċiet il-​kolonni tar-​ram aħmar+ tad-​dar taʼ Ġeħova u l-​karrijiet+ u l-​baħar* tar-​ram aħmar+ li kien fid-​dar taʼ Ġeħova u ġarrew ir-​ram kollu tagħhom lejn Babilonja.+ 18  U ħadu r-​reċipjenti għall-​irmied u l-​pali+ u l-​imqassijiet li jitfu l-​ftila+ u l-​iskutelli+ u l-​kwies u l-​għodod kollha tar-​ram aħmar li kienu jużaw biex jaqdu bihom.+ 19  U l-​kap tal-​gwardji+ ħa l-​bwieqi+ u r-​reċipjenti għall-​ġamar u l-​iskutelli+ u r-​reċipjenti għall-​irmied u l-​gandlieri+ u l-​kwies u l-​iskutelli l-​oħrajn li kienu tad-​deheb pur,+ u dawk tal-​fidda pura.+ 20  U ż-​żewġ kolonni,+ il-​baħar+ u t-​tnax-il barri tar-​ram aħmar+ li kienu taħt il-​baħar, u l-​karrijiet, li s-​Sultan Salamun kien għamel għad-​dar taʼ Ġeħova:+ ir-​ram aħmar taʼ dawn l-​affarijiet kollha ma ntiżinx.+ 21  Inkwantu għall-​kolonni, kull kolonna kienet twila tmintax-il kubitu,+ u d-​dawra tagħha kienet tnax-il kubitu;*+ u l-​ħxuna tagħha kienet t’erbaʼ swabaʼ, u kienet vojta minn ġewwa. 22  U l-​kaptell taʼ fuqha kien tar-​ram aħmar,+ u l-​għoli tal-​kaptell kien ħames kubiti;+ u l-​parti maħduma xibka u r-​rummien mad-​dawra kollha tal-​kaptell+ kienu kollha tar-​ram aħmar; u t-​tieni kolonna kellha l-​istess affarijiet, anki r-​rummien.+ 23  U kien hemm sitta u disgħin rummiena mal-​ġnub, u b’kollox kien hemm mitt rummiena fuq il-​parti maħduma xibka dawramejt.+ 24  Iktar minn hekk, il-​kap tal-​gwardji ħa lil Seraja,+ il-​qassis ewlieni, u lil Sofonija,+ it-​tieni qassis, u lit-​tliet għassiesa tal-​bibien.+ 25  U mill-​belt ħa wkoll uffiċjal tal-​palazz li kien fuq il-​gwerriera, u lil sebat irġiel minn dawk li kienu jistgħu jersqu quddiem is-​sultan,+ li nstabu fil-​belt, u lis-​segretarju tal-​kap taʼ l-​armata, dak li jiġbor lin-​nies tal-​pajjiż għall-​militar, u lil sittin raġel min-​nies tal-​pajjiż, li nstabu f’nofs il-​belt.+ 26  U lil dawn Nebużaradan,+ il-​kap tal-​gwardji, qabadhom u ħadhom għand is-​sultan taʼ Babilonja f’Ribla.+ 27  U s-​sultan taʼ Babilonja darabhom+ u tahom il-​mewt f’Ribla+ fl-​art taʼ Ħamat.+ B’hekk, Ġuda telaq minn artu u mar fl-​eżilju.+ 28  Dawn huma n-​nies li Nebukadressar ħa fl-​eżilju: fis-​sebaʼ sena, tlett elef u tlieta u għoxrin Lhudi.+ 29  Fis-sena tmintax taʼ Nebukadressar,+ minn Ġerusalemm ittieħdu tmien mija u tnejn u tletin ruħ. 30  Fis-sena tlieta u għoxrin taʼ Nebukadressar, Nebużaradan, il-​kap tal-​gwardji, ħa lil-​Lhud fl-​eżilju, sebaʼ mija u ħamsa u erbgħin ruħ.+ B’kollox kien hemm erbat elef u sitt mitt ruħ. 31  U ġara fis-​sena sebgħa u tletin taʼ l-​eżilju taʼ Ġeħojakin,+ is-​sultan taʼ Ġuda, fit-​tnax-il xahar, fil-​ħamsa u għoxrin tax-​xahar, li Evil-merodak, is-​sultan taʼ Babilonja, fis-​sena li sar sultan, refaʼ ras+ Ġeħojakin, is-​sultan taʼ Ġuda, u ħarġu mill-​ħabs. 32  U beda jkellmu b’qalb tajba u għolla t-​tron tiegħu ’l fuq mit-​tronijiet tas-​slaten l-​oħrajn li kienu miegħu f’Babilonja.+ 33  U biddel il-​ħwejjeġ tiegħu tal-​ħabs,+ u baqaʼ jiekol il-​ħobż+ quddiemu tul ħajtu kollha.+ 34  U s-​sultan taʼ Babilonja baqaʼ jagħtih porzjon taʼ ikel, dak li kien imissu kuljum, sa dakinhar li miet,+ tul ħajtu kollha.

Noti taʼ taħt

Ara l-​1Sl 7:23, in-​nota taʼ taħt.
Letteralment, “u ħajta taʼ tnax-il kubitu kienet iddur magħha.”