Ġeremija 51:1-64

51  Hekk qal Ġeħova: “Ara, se nqajjem kontra Babilonja+ u kontra l-​abitanti taʼ Leb-qamaj* riħ li jġib rovina;+  u nibgħat f’Babilonja nies li jderruha bħall-​qmuħ u jiżvojtawlha artha;+ għax dakinhar tal-​gwaj jiġu kontriha minn kull naħa.+  “Dak li qed iħejji l-​qaws tiegħu ħa ma jħejjihx.+ U ħalli ħadd ma jqum bil-​wieqfa bil-​kurazza tiegħu. “Turux mogħdrija għaż-​żgħażagħ tagħha.+ Eqirdu* l-​armata kollha tagħha.+  U jaqgħu maqtulin fl-​art tal-​Kaldin+ u minfudin fit-​toroq tagħha.+  “Għax Israel u Ġuda+ ma romlux minn Alla tagħhom, minn Ġeħova taʼ l-​armati.+ Għax mill-​ħarsa tal-​Qaddis taʼ Israel, art il-​Kaldin imtliet bil-​ħtija.+  “Aħarbu minn ġo nofs Babilonja,+ u eħilsu ruħkom.+ Titilfux ħajjitkom minħabba l-​iżball tagħha.+ Għax wasal il-​waqt tal-​vendetta taʼ Ġeħova.+ Se jroddilha lura dak li jistħoqqilha.+  Babilonja kienet kies tad-​deheb f’id Ġeħova,+ u hi ġiegħlet lill-​art kollha tisker.+ Il-​ġnus xorbu mill-​inbid tagħha,+ u għalhekk jaġixxu taʼ mġienen.+  F’daqqa waħda Babilonja waqgħet, u tkissret.+ Newħu għaliha.+ Ħudulha l-​balzmu għall-​uġigħ li għandha.+ Forsi tfiq.”  “Xtaqna nfejquha lil Babilonja, imma ma fiqitx. Ħalluha,+ u ejja mmorru kull wieħed lejn pajjiżu.+ Għax il-​ġudizzju tagħha laħaq sas-​smewwiet, u għola sas-​sħab tas-​sema.+ 10  Ġeħova aġixxa bis-​sewwa għalina.+ Ejjew ħa nirrakkontaw f’Sijon għemil Ġeħova Alla tagħna.”+ 11  “Sinnu l-​vleġeġ.+ Oqogħdu wara t-​tarki tondi tagħkom. Ġeħova qajjem l-​ispirtu tas-​slaten tal-​Medin,+ għax għandu ħsieb kontra Babilonja,+ li jagħmilha ħerba. Għax din hija l-​vendetta taʼ Ġeħova, il-​vendetta għat-​tempju tiegħu.+ 12  Għollu arblu bħala sinjal kontra s-​swar taʼ Babilonja.+ Saħħu l-​għassa.+ Qiegħdu l-​għassiesa. Ħejju lil dawk mistoħbijin għall-​attakk.+ Għax Ġeħova sawwar il-​ħsieb u żgur jagħmel dak li qal kontra l-​abitanti taʼ Babilonja.”+ 13  “O mara li tgħammar fuq ilmijiet kotrana,+ mimlija bit-​teżori,+ wasal tmiemek, u daqshekk+ għamilt qligħ.+ 14  Ġeħova taʼ l-​armati ħalef b’ruħu stess,+ ‘Nimliek bin-​nies, bħall-​ġurati,+ u huma jgħannu għajta taʼ rebħa minħabba fik.’+ 15  Hu li għamel l-​art bil-​qawwa tiegħu,+ li b’għerfu+ waqqaf l-​art produttiva fis-​sod,+ u li bl-​intelliġenza tiegħu+ firex is-​smewwiet.+ 16  Mal-ħoss taʼ leħnu, l-​ilmijiet fis-​smewwiet ikarwtu; u hu jtellaʼ l-​fwar minn tarf l-​art.+ Għamel ukoll bibien għax-​xita,+ u joħroġ ir-​riħ mill-​imħażen tiegħu. 17  Kulħadd aġixxa bla raġuni għalkollox, u b’hekk wera li ma jaf xejn.+ Kulmin jaħdem fil-​metall jistħi minħabba x-​xbieha skolpita;+ għax ix-​xbihat li għamel minn metall imdewweb huma gidba,+ u m’hemm l-​ebda spirtu fihom.+ 18  Huma frugħa,+ xogħol tad-​daħq.+ Meta jasal iż-​żmien li nitfaʼ l-​attenzjoni tiegħi fuqhom, se jinqerdu.+ 19  “Is-​Sehem taʼ Ġakobb m’huwiex bħal dawn,+ għax hu Dak li sawwar kollox,+ iva, il-​bastun tal-​wirt tiegħu.+ Ġeħova taʼ l-​armati jismu.”+ 20  “Int bastun għalija, bħal armi tal-​gwerra,+ u bik se nfarrak il-​ġnus, u bik neqred is-​saltniet. 21  U bik infarrak iż-​żiemel u r-​rikkieb tiegħu, u bik infarrak il-​karru tal-​gwerra u r-​rikkieb tiegħu.+ 22  U bik infarrak lir-​raġel u l-​mara, u bik infarrak lix-​xiħ u t-​tfajjel, u bik infarrak liż-​żagħżugħ u l-​verġni. 23  U bik infarrak lir-​ragħaj u l-​merħla tiegħu, u bik infarrak lill-​bidwi u l-​annimali tiegħu taż-​żewġ, u bik infarrak lill-​gvernaturi u l-​ħakkiema deputati. 24  U rrodd lura lil Babilonja u lill-​abitanti kollha tal-​Kaldija l-​ħażen kollu li għamlu f’Sijon quddiem għajnejkom,”+ hija l-​kelma taʼ Ġeħova. 25  “Hawn jien kontrik,+ O muntanja qerrieda,”+ hija l-​kelma taʼ Ġeħova, “int li qridt l-​art kollha;+ u jien immidd idi kontrik u ngerbek minn fuq il-​blat u nagħmlek muntanja maħruqa.”+ 26  “U n-​nies ma jiħdux minnek ġebla tax-​xewka jew ġebla għall-​pedament,+ għax se ssir art abbandunata għal żmien indefinit,”+ hija l-​kelma taʼ Ġeħova. 27  “Għollu arblu bħala sinjal fil-​pajjiż.+ Doqqu l-​qarn fost il-​ġnus. Ħejju+ l-​ġnus għall-​gwerra kontriha.* Sejħu lis-​saltniet t’Ararat,+ taʼ Minni, u t’Askenaż+ biex jiġu kontriha. Qabbdu fizzjal ħa jingaġġa s-​suldati għal kontriha. Tellgħu ż-​żwiemel+ bħal qatgħa ġurati żgħar. 28  Ħejju l-​ġnus għall-​gwerra kontriha, lis-​slaten tal-​Medja,+ il-​gvernaturi u l-​ħakkiema deputati kollha tagħha u l-​art kollha fid-​dominju taʼ kull wieħed minnhom. 29  Ħa titriegħed l-​art u jaqbadha wġigħ kbir,+ għax lil Ġeħova ġewh ħsibijiet kontra Babilonja biex jagħmel l-​art taʼ Babilonja oġġett taʼ stagħġib, u ħadd ma jgħammar fiha.+ 30  “L-​irġiel setgħanin taʼ Babilonja waqfu jiġġieldu. Baqgħu bil-​qiegħda fil-​fortizzi. Is-​setgħa tagħhom spiċċatilhom.+ Saru qishom nisa.+ Djarha ngħataw in-​nar. L-​istaneg tagħha tkissru.+ 31  “Ġerrej jiġri biex jilħaq lil ġerrej ieħor, messaġġier biex jilħaq lil messaġġier ieħor,+ biex jirrapporta lis-​sultan taʼ Babilonja li l-​belt tiegħu nqabdet minn kull tarf,+ 32  li l-​mogħdijiet fejn titbaxxa x-​xmara nqabdu,+ id-​dgħajjes tal-​papiru nħarqu bin-​nar, u l-​gwerriera tħawdu.”+ 33  Għax hekk qal Ġeħova taʼ l-​armati, l-​Alla taʼ Israel: “Bint Babilonja hi bħal qiegħa tad-​dris.+ Wasal iż-​żmien biex tintrifes sakemm tibbies. Naqra oħra u jaslilha żmien il-​ħsad.”+ 34  “Nebukadressar, is-​sultan taʼ Babilonja, kielni;+ ħawwadni. Għamilni qisni reċipjent vojt. Belagħni qisu serp kbir;+ mela żaqqu bl-​affarijiet sbieħ tiegħi. Irmieni ’l barra. 35  ‘Ħa tiġi fuq Babilonja l-​vjolenza li saret fuqi u fuq ġismi!’ se tgħid l-​abitanta taʼ Sijon.+ ‘U ħa jkun demmi fuq l-​abitanti tal-​Kaldija!’ se tgħid Ġerusalemm.”+ 36  Għaldaqstant, hekk qal Ġeħova: “Ara, se mmexxi l-​kawża legali tiegħek,+ u żgur nagħmel vendetta għalik.+ U nnixxfilha l-​baħar tagħha, u nnixxfilha l-​bjar tagħha.+ 37  U Babilonja ssir borġ ġebel,+ il-​bejta tax-​xakalli,+ oġġett taʼ stagħġib u taʼ tisfir, u ħadd ma jgħammar fiha.+ 38  Ilkoll flimkien jgħajtu bħal iljuni b’saħħithom. It-​tgergira tagħhom tkun bħal dik tal-​frieħ taʼ l-​iljuni.” 39  “Fis-​saħna tagħhom nagħmlilhom ikliet kbar u nġegħelhom jiskru, sabiex jifirħu;+ u jorqdu raqda għal dejjem,* li ma jqumux minnha,”+ hija l-​kelma taʼ Ġeħova. 40  “Inniżżilhom bħal nagħaġ għall-​qatla, bħal imtaten flimkien mal-​bdabad.”+ 41  “O kif inqabdet Sesak,+ u kif inħatfet it-​Tifħir taʼ l-​art kollha!+ O kif Babilonja saret oġġett taʼ stagħġib fost il-​ġnus!+ 42  Il-baħar telaʼ għal fuq Babilonja. Tgħattiet bil-​kotra tal-​mewġ tiegħu.+ 43  Blietha saru oġġett taʼ stagħġib, art bla ilma u pjanura fid-​deżert.+ Saru art li ħadd ma jgħix fiha, u ħadd minn ulied il-​bnedmin ma jgħaddi minnhom.+ 44  U nikkastiga lil Bel+ f’Babilonja, u noħroġlu minn ħalqu dak li belaʼ.+ U ma jiġux iktar ġnus lejh.+ Barra minn hekk, is-​sur taʼ Babilonja jaqaʼ.+ 45  “Oħorġu minn ġo nofsha, O poplu tiegħi,+ u eħilsu ruħkom+ mir-​rabja taħraq taʼ Ġeħova.+ 46  Inkella qalbkom tiddgħajjef,+ u intom tibżgħu minħabba r-​rapport li se jinstemaʼ fil-​pajjiż. F’sena waħda jasal ir-​rapport, u warajh f’sena oħra jkun hemm rapport u vjolenza fuq l-​art, u ħakkiem kontra ħakkiem. 47  Għalhekk, ara, ġej żmien meta jien nitfaʼ l-​attenzjoni tiegħi fuq ix-​xbihat minquxin taʼ Babilonja;+ u l-​art kollha tagħha se tistħi, u l-​maqtulin kollha tagħha jaqgħu f’nofsha.+ 48  “U s-​smewwiet u l-​art u kulma fihom se jgħajtu bil-​ferħ minħabba Babilonja,+ għax mit-​tramuntana ġejjin dawk li se jħarbtuha,”+ hija l-​kelma taʼ Ġeħova. 49  “Babilonja mhux biss waqqgħet lill-​maqtulin taʼ Israel,+ imma anki l-​maqtulin taʼ l-​art kollha waqgħu f’Babilonja.+ 50  “Intom li ħlistu mis-​sejf, ibqgħu sejrin. Tiqfux.+ Mill-​bogħod ftakru f’Ġeħova,+ u aħsbu f’Ġerusalemm.”+ 51  “Ġejna mġegħlin nistħu,+ għax smajna t-​tmaqdir.+ Wiċċna nkesa bl-​umiljazzjoni,+ għax l-​istranġieri ġew kontra l-​postijiet qaddisin tad-​dar taʼ Ġeħova.”+ 52  “Għalhekk, ara, ġej żmien,” hija l-​kelma taʼ Ġeħova, “meta nitfaʼ l-​attenzjoni tiegħi fuq ix-​xbihat minquxin tagħha,+ u l-​minfudin tagħha se jokorbu f’artha kollha.”+ 53  “Anki kieku Babilonja kellha titlaʼ sas-​smewwiet+ u anki kieku kellha ssaħħaħ l-​għoli taʼ qawwitha biex ma tintlaħaqx,+ jaslulha mingħandi dawk li jħarbtuha,”+ hija l-​kelma taʼ Ġeħova. 54  “Isimgħu! Hemm għajta ġejja minn Babilonja,+ u tiġrif kbir mill-​art tal-​Kaldin,+ 55  għax Ġeħova jħarbat lil Babilonja, u jsikkitha,+ u l-​mewġ taʼ dawk li jħarbtuha jitqalleb bħal ħafna ilmijiet.+ Jiżdied il-​ħoss taʼ leħinhom. 56  Għax jiġi fuqha, fuq Babilonja, dak li jħarbatha,+ u l-​irġiel setgħanin tagħha jinqabdu.+ Il-​qwas tagħhom jitkissru,+ għax Ġeħova huwa Alla li jħallas.+ Żgur irodd lura.+ 57  U lill-​prinċpijiet u l-​għorrief tagħha, lill-​gvernaturi u l-​ħakkiema deputati tagħha u lill-​irġiel setgħanin tagħha nġegħelhom jiskru,+ u jorqdu raqda għal dejjem, li ma jqumux minnha,”+ hija l-​kelma tas-​Sultan,+ li ismu hu Ġeħova taʼ l-​armati.+ 58  Hekk qal Ġeħova taʼ l-​armati: “Is-​sur taʼ Babilonja, għalkemm wiesaʼ, se jiġġarraf żgur;+ u l-​bibien tagħha, għalkemm għoljin, se jingħataw in-​nar.+ U l-​popli se jkollhom jitħabtu għalxejn,+ u l-​ġnus jitħabtu biss għan-​nar;+ u ma jagħmlu xejn ħlief jgħejju lilhom infushom.” 59  Il-kelma li l-​profeta Ġeremija kkmanda lil Seraja, bin Nerija,+ bin Maħseja,+ meta mar maʼ Sedekija, is-​sultan taʼ Ġuda, f’Babilonja fir-​rabaʼ sena tiegħu bħala sultan; u Seraja kien l-​uffiċjal inkarigat mill-​akkomodazzjoni. 60  U Ġeremija kiteb fi ktieb wieħed+ il-​gwaj kollu li kien ġej fuq Babilonja, iva, dan il-​kliem kollu miktub kontra Babilonja. 61  U Ġeremija qal lil Seraja: “Malli tasal Babilonja u taraha b’għajnejk, aqra għajjat dan il-​kliem kollu.+ 62  U għid, ‘O Ġeħova, int innifsek tkellimt kontra dan il-​post, sabiex teqirdu u ma jkun hemm ħadd jgħammar fih,+ la bniedem u lanqas annimal domestiku, imma jsir art abbandunata għal żmien indefinit.’ 63  U jiġri li wara li tkun spiċċajt taqra dan il-​ktieb, orbotlu ġebla, u itfgħu f’nofs l-​Ewfrat.+ 64  U għid, ‘Hekk għad tegħreq Babilonja u qatt ma terġaʼ titlaʼ minħabba l-​gwaj li se nġib fuqha;+ u huma żgur jegħjew.’”+ S’hawnhekk hu kliem Ġeremija.

Noti taʼ taħt

Milli jidher dan huwa isem għall-​Kaldija.
Jew, “Iddedikaw għall-​qerda.” Ara Eżo 22:20.
Letteralment, “Qaddsu l-​ġnus kontriha.”
Letteralment, “żmien indefinit.” Ara Ġen 3:22, in-​nota taʼ taħt. F’vers 57 ukoll.