Ġeremija 50:1-46

50  Il-kelma li Ġeħova qal dwar Babilonja,+ l-​art tal-​Kaldin,+ permezz tal-​profeta Ġeremija:  “Għidu dan fost il-​ġnus u xandruh.+ Għollu arblu bħala sinjal,+ u xandru. Taħbu xejn. Għidu, ‘Babilonja ntrebħet.+ Bel ġie mġiegħel jistħi.+ Merodak twerwer. Ix-​xbihat tagħha ġew imġegħlin jistħu.+ Twerwru l-​idoli tagħha moqżieża daqs id-​demel.’  Għax ġie ġens kontriha mit-​tramuntana.+ Għamlilha artha oġġett taʼ stagħġib, u b’hekk m’hemm ħadd li jgħammar fiha.+ Ħarab kulħadd, kemm il-​bnedmin u kemm l-​annimali domestiċi.+ Telqu ’l hemm.”+  “F’dawk il-​jiem u f’dak iż-​żmien,”+ hija l-​kelma taʼ Ġeħova, “jiġu wlied Israel, huma u wlied Ġuda flimkien.+ Jimxu, u jibku huma u mexjin,+ u jfittxu lil Ġeħova Alla tagħhom.+  Jistaqsu għat-​triq li tagħti għal Sijon, b’wiċċhom lejn dik id-​direzzjoni,+ u jgħidu, ‘Ejjew ningħaqdu maʼ Ġeħova f’patt li jibqaʼ għal dejjem* u li ma jintesiex.’+  Il-poplu tiegħi sar bħal merħla nagħaġ li qed tgħib.+ Ir-​rgħajja tagħhom ġegħluhom jiġġerrew ’l hemm u ’l hawn.+ Irħewlhom jiġru fuq il-​muntanji.+ Marru minn muntanja u għolja għal oħra. Insew il-​post tagħhom fejn jistrieħu.+  Dawk kollha li sabuhom kiluhom,+ u l-​avversarji tagħhom qalu,+ ‘M’aħniex ħatjin,+ għax huma dinbu kontra Ġeħova, li fih jgħammar is-​sewwa,+ u kontra t-​tama taʼ missirijiethom,+ Ġeħova.’”  “Aħarbu minn ġo nofs Babilonja, u itilqu ’l barra mill-​art tal-​Kaldin;+ kunu bħall-​annimali f’ras il-​merħla.+  Għax, ara, jien se nqajjem u ntellaʼ ġemgħa taʼ ġnus kbar kontra Babilonja mill-​art tat-​tramuntana,+ u dawn jitħejjew għal kontriha.+ Minn hemmhekk tinqabad.+ Il-​vleġeġ tagħhom huma bħal dawk taʼ raġel setgħan li jċaħħad lill-​ġenituri mill-​ulied u li ma jerġax lura b’idu f’idu.+ 10  Il-Kaldija ssir priża.+ U dawk kollha li jagħmluha l-​priża tagħhom jissodisfaw ruħhom,”+ hija l-​kelma taʼ Ġeħova. 11  “Għax intom bqajtu tifirħu,+ għax intom bqajtu tithennew meta ħarbattu l-​wirt tiegħi.+ Qgħadtu tħabbtu saqajkom fil-​ħaxix tari bħal għoġla,+ u qgħadtu tiżhru bħaż-​żwiemel.+ 12  Ommkom tgħidx kemm stħat.+ Dik li wilditkom iddiżappuntat ruħha.+ Ara! Hi l-​inqas importanti fost il-​ġnus, xagħri bla ilma u pjanura fid-​deżert.+ 13  Ħadd ma jgħammar fiha minħabba r-​rabja taʼ Ġeħova,+ u ssir art abbandunata kollha kemm hi.+ Kulmin jgħaddi minn ħdejn Babilonja jibqaʼ ċċassat u jsaffar bi stagħġib minħabba l-​kastigi tagħha.+ 14  “Ħejju ruħkom fuq kull naħa kontra Babilonja,+ intom li qed tħejju l-​qaws.+ Sparawlha.+ Tħallux vleġġa waħda, għax hi kontra Ġeħova dinbet.+ 15  Għajtu għajta tal-​gwerra kontriha fuq kull naħa.+ Hi ċediet.+ Il-​kolonni tagħha waqgħu. Is-​swar tagħha ġġarrfu.+ Għax din hija l-​vendetta taʼ Ġeħova.+ Ivvendikaw ruħkom minnha. Bħalma għamlet, agħmlulha.+ 16  Eqirdu minn Babilonja lil min jiżraʼ,+ kif ukoll lil dak li juża l-​minġel fi żmien il-​ħsad. Minħabba s-​sejf aħrax, kull wieħed minnhom idur lejn il-​poplu tiegħu stess, u kull wieħed jaħrab lejn pajjiżu.+ 17  “Israel hu nagħġa li ttieħdet xi mkien ieħor.+ L-​iljuni ħaduh.+ L-​ewwel belgħu s-​sultan taʼ l-​Assirja,+ u mbagħad mexmixlu għadmu Nebukadressar, is-​sultan taʼ Babilonja.+ 18  Għaldaqstant, hekk qal Ġeħova taʼ l-​armati, l-​Alla taʼ Israel, ‘Ara! Se nitlob kont mis-​sultan taʼ Babilonja u minn artu bħalma tlabt kont mis-​sultan taʼ l-​Assirja.+ 19  U nġib lil Israel lura lejn il-​mergħa tiegħu,+ u hu jirgħa fuq il-​Karmel+ u fuq il-​Basan;+ u fir-​reġjun muntanjuż t’Efrajm+ u taʼ Gilegħad+ ikun xebgħan.’” 20  “U f’dawk il-​jiem u f’dak iż-​żmien,”+ hija l-​kelma taʼ Ġeħova, “se jitfittex l-​iżball taʼ Israel,+ imma ma jkunx iktar; kif ukoll id-​dnubiet taʼ Ġuda,+ imma ma jinstabux, għax jien se naħfer lill-​fdal li nħalli.”+ 21  “Ejja kontra l-​art taʼ Meratajm*+ u kontra l-​abitanti taʼ Pekod.+ Ħa jiġu massakrati u dedikati għall-​qerda,”* hija l-​kelma taʼ Ġeħova, “u agħmlilhom skond dak kollu li kkmandajtek.+ 22  Jinstemaʼ l-​ħoss tal-​gwerra fil-​pajjiż, u tiġrif kbir.+ 23  O kif inqasam u tkisser+ il-​martell tal-​forġa taʼ l-​art kollha!+ O kif Babilonja saret oġġett taʼ stagħġib fost il-​ġnus!+ 24  Qegħedtlek nassa u nqbadt, O Babilonja, bla ma kont taf.+ Sabuk u qabduk, għax int ħadtha kontra Ġeħova.+ 25  “Ġeħova fetaħ il-​maħżen tiegħu, u ħareġ l-​armi tal-​kundanna tiegħu.+ Għax il-​Mulej Sovran,+ Ġeħova taʼ l-​armati, għandu biċċa xogħol fl-​art tal-​Kaldin.+ 26  Ejjew fiha mill-​iktar parti mbiegħda.+ Iftħu l-​imħażen tagħha tal-​qamħ.+ Agħmluha gozz, bħal dawk li jiġbru l-​gzuz tal-​qamħ,+ u ddedikawha għall-​qerda.+ Ħa ma jibqaʼ ħadd fiha.+ 27  Immassakraw il-​barrin żgħar kollha tagħha.+ Ħa jmorru għall-​qatla.+ Jaħasra għalihom, għax wasal il-​jum tagħhom, iż-​żmien li jiġu kastigati!+ 28  “Jinstemaʼ l-​ħoss taʼ dawk li qed jaħarbu u jitilqu mill-​art taʼ Babilonja+ biex ixandru f’Sijon il-​vendetta taʼ Ġeħova Alla tagħna,+ il-​vendetta għat-​tempju tiegħu.+ 29  “Sejħu lill-​arċieri biex jiġu kontra Babilonja, lil dawk kollha li qed iħejju l-​qaws.+ Waqqfu l-​kampijiet tagħkom dawramejt. Tħallu lil ħadd jaħrab.+ Ħallsuha taʼ l-​azzjonijiet tagħha.+ Agħmlulha skond dak kollu li għamlet.+ Għax hi aġixxiet bil-​prużunzjoni kontra Ġeħova, kontra l-​Qaddis taʼ Israel.+ 30  Għalhekk, dakinhar iż-​żgħażagħ tagħha se jaqgħu fil-​pjazez tagħha,+ u l-​gwerriera kollha tagħha se jiġu msikktin,”+ hija l-​kelma taʼ Ġeħova. 31  “Ara! Jien kontrik,+ O Prużunzjoni,”+ hija l-​kelma tal-​Mulej Sovran,+ Ġeħova taʼ l-​armati, “għax jumek għad jasal, iż-​żmien meta nitlob kont minnek. 32  U Prużunzjoni żgur titfixkel u taqaʼ,+ u ħadd ma jqajjimha.+ U nqabbad nar fi blietha li jiblaʼ l-​inħawi kollha tagħha.”+ 33  Hekk qal Ġeħova taʼ l-​armati: “Ulied Israel u wlied Ġuda qed jinħaqru flimkien, u dawk kollha li ħaduhom fil-​jasar qed iżommuhom.+ Ma jridux jitilquhom.+ 34  Dak li xtrahom lura* hu b’saħħtu,+ għax ismu hu Ġeħova taʼ l-​armati.+ Żgur se jmexxi l-​kawża legali tagħhom,+ sabiex jagħti mistrieħ lil arthom+ u jqanqal taqlib fost l-​abitanti taʼ Babilonja.”+ 35  “Ġej sejf kontra l-​Kaldin,”+ hija l-​kelma taʼ Ġeħova, “u kontra l-​abitanti taʼ Babilonja+ u kontra l-​prinċpijiet tagħha+ u kontra l-​għorrief tagħha.+ 36  Ġej sejf kontra dawk li jpaċpċu fil-​vojt,+ u dawn se jaġixxu qishom boloh.+ Ġej sejf kontra l-​irġiel setgħanin tagħha,+ u dawn se jitwerwru.+ 37  Ġej sejf kontra ż-​żwiemel tagħhom+ u kontra l-​karrijiet tagħhom tal-​gwerra u kontra l-​kotra mħallta kollha li huma f’nofsha,+ u dawn isiru qishom nisa.+ Ġej sejf kontra t-​teżori tagħha,+ u dawn jinsterqu. 38  L-ilmijiet tagħha jsiru ħerba, u jinxfu.+ Għax hi art taʼ xbihat minquxin,+ u minħabba l-​viżjonijiet tal-​biżaʼ qed jaġixxu bħal imġienen. 39  Għalhekk, l-​annimali tad-​deżert se jgħixu maʼ l-​annimali li jnewħu, u fiha jgħammar in-​ngħam;+ u ħadd qatt ma se jgħammar fiha, u minn ġenerazzjoni għal ġenerazzjoni ma jkunx hemm iktar post għaliha.”+ 40  “Bħal meta Alla qered lil Sodoma u Gomorra+ u l-​bliet ġirien tagħha+ hekk jiġri f’dan il-​każ,” hija l-​kelma taʼ Ġeħova, “ebda bniedem ma jgħammar hemmhekk, u ħadd minn ulied il-​bnedmin ma jgħix fiha bħala barrani.+ 41  “Ara! Ġej poplu mit-​tramuntana; ġens kbir+ u slaten grandjużi+ se jqumu mill-​ibgħad partijiet taʼ l-​art.+ 42  Għandhom il-​qaws u l-​lanza*+ f’idejhom. Huma kattivi u bla ħniena.+ Il-​ħoss li jagħmlu hu bħal taʼ baħar imqalleb,+ u jirkbu ż-​żwiemel;+ imħejjijin bħal bniedem wieħed għall-​gwerra kontrik, O bint Babilonja.+ 43  “Is-​sultan taʼ Babilonja semaʼ r-​rapport dwarhom,+ u idejh intelqu.+ Għandu d-​dwejjaq! Qabdu wġigħ kbir, bħal mara li qed tiled.+ 44  “Ara! Xi ħadd se jitlaʼ bħal iljun mill-​imsaġar folti taʼ mal-​Ġordan u jmur lejn il-​mergħa li se ddum għal żmien twil,+ u f’daqqa waħda nġegħelhom jabbandunawha.+ U naħtar fuqha lil dak li nagħżel jien.+ Għax min hu bħali,+ u min se jisfidani,+ u min, issa, hu r-​ragħaj li jistaʼ jieqaf quddiemi?+ 45  Għalhekk, isimgħu d-​deċiżjoni+ li Ġeħova ħa kontra Babilonja,+ u l-​ħsibijiet li ħaseb kontra l-​art tal-​Kaldin.+ Żgur li l-​frieħ tal-​merħla se jiġu mkaxkrin.+ Żgur li l-​mergħa tagħhom se jagħmilha ħerba minħabba fihom.+ 46  Mal-ħoss tal-​ħtif taʼ Babilonja, l-​art tibda titriegħed,+ u tinstemaʼ għajta fost il-​ġnus.”+

Noti taʼ taħt

Letteralment, “żmien indefinit.” Ara Ġen 3:22, in-​nota taʼ taħt.
Ifisser “Ribelljoni Doppja”; jew, “Imrar Doppju.”
Ara Eżo 22:20, in-​nota taʼ taħt. F’vers 26 ukoll.
Jew, “Il-​Feddej tagħhom.”
Letteralment, “ġavellott.”