Ġeremija 5:1-31

5  Morru duru mat-​toroq taʼ Ġerusalemm u ħarsu, issa, u siru afu, u fittxu fil-​pjazez tagħha biex taraw jekk tistgħux issibu raġel,+ jekk jeżistix xi ħadd li qed jagħmel il-​ġustizzja,+ xi ħadd li qed ifittex il-​fedeltà,+ u jien naħfrilha.  Anki jekk jgħidu: “Daqskemm Ġeħova hu ħaj!” huma b’hekk ikunu qed jaħilfu biss fil-​falz.+  O Ġeħova, m’humiex għajnejk lejn il-​fedeltà?+ Int drabthom,+ imma ma mardux.+ Int qridthom għalkollox.+ Huma rrifjutaw li jilqgħu d-​dixxiplina.+ Wiċċhom webbsuh iktar minn blata.+ Ma ridux iduru lura.+  Jien stess kont għedt: “Żgur li huma taʼ klassi baxxa. Aġixxew bi bluha, għax injoraw it-​triq taʼ Ġeħova, il-​ġustizzja t’Alla tagħhom.+  Se mmur għand il-​kbarat u nkellimhom;+ għax huma bla dubju taw kas triq Ġeħova, il-​ġustizzja t’Alla tagħhom.+ Imma tabilħaqq, ilkoll kemm huma kissru l-​madmad; qasmu l-​irbit fi tnejn.”+  Huwa għalhekk li ħareġ iljun mill-​foresta u attakkahom, li qed iħarbathom lupu mill-​pjanuri tad-​deżert,+ u li leopard qed jibqaʼ mqajjem ħdejn bliethom.+ Kulmin joħroġ minnhom jitqattaʼ bċejjeċ. Għax dnubiethom żdiedu, u kotru l-​atti tagħhom taʼ infedeltà.+  Kif nistaʼ naħfirlek taʼ dan? Uliedek stess telquni, u jibqgħu jaħilfu+ b’dak li m’huwiex Alla.+ Jien bqajt nissodisfahom,+ imma huma komplew jagħmlu adulterju,+ u jmorru bil-​gzuz lejn id-​dar taʼ prostituta.  Saru żwiemel li għandhom fuqhom saħna sesswali, b’testikoli b’saħħithom. Kull wieħed minnhom jiżher għall-​mara taʼ sieħbu.+  “M’għandix jien nitlob kont taʼ dawn l-​affarijiet?” hija l-​kelma taʼ Ġeħova.+ “Jew m’għandhiex ruħi titħallas minn ġens bħal dan?”+ 10  “Itilgħu għar-​ringieli tad-​dwieli tagħha u agħmlu ħerba,+ imma teqirdux kollox.+ Ħudulha r-​rimjiet li qed jikbru ħafna, għax dawn m’humiex taʼ Ġeħova.+ 11  Għax dar Israel u dar Ġuda bla dubju aġixxew miegħi bi tradiment,” hija l-​kelma taʼ Ġeħova.+ 12  “Ċaħdu lil Ġeħova, u jibqgħu jgħidu, ‘Ma jeżistix.+ U m’hu ġej l-​ebda gwaj fuqna, u m’aħna se naraw l-​ebda sejf jew ġuħ.’+ 13  U l-​profeti jsiru riħ, u l-​kelma m’hijiex fihom.+ Hekk se jiġrilhom.” 14  Għaldaqstant, hekk qal Ġeħova, l-​Alla taʼ l-​armati: “Minħabba li intom qed tgħidu din il-​ħaġa, ara, kliemi nagħmlu nar f’fommok,+ u dan il-​poplu jkun biċċiet taʼ l-​injam, u jiblagħhom.”+ 15  “Ara, se nġib fuqkom ġens mill-​bogħod,+ O dar Israel,” hija l-​kelma taʼ Ġeħova. “Huwa ġens li ilu ħafna.+ Ġens minn żmien il-​qedem hu, ġens li l-​lingwa tiegħu ma tafhiex, u dak li jgħidu ma tistax tifhmu meta tisimgħu. 16  Il-barżakka tal-​vleġeġ tagħhom hija bħal qabar miftuħ; ilkoll huma rġiel setgħanin.+ 17  Barra minn hekk, huma se jiklulek il-​ħsad u l-​ħobż tiegħek.+ L-​irġiel se jiklulek lil uliedek subien u bniet. Se jiklulek in-​nagħaġ u l-​baqar tiegħek. Jiklulek id-​dielja u t-​tina tiegħek.+ Bis-​sejf se jfarrkulek il-​bliet fortifikati li qed tafda fihom.” 18  “U lanqas f’dawk il-​jiem,” hija l-​kelma taʼ Ġeħova, “ma neqridkom għalkollox.+ 19  U jiġri li tgħidu, ‘Għala għamlilna dan kollu Ġeħova Alla tagħna?’+ U trid tgħidilhom, ‘Bħalma intom tlaqtuni u mortu taqdu alla barrani f’pajjiżkom, hekk intom se taqdu stranġieri f’pajjiż li m’huwiex tagħkom.’”+ 20  Ħabbru dan f’dar Ġakobb, u xandruh f’Ġuda, u għidu: 21  “Issa, isimgħu dan, O nies bla għaqal u b’qalbkom belha,*+ li għandkom għajnejn imma ma tistgħux taraw+ u li għandkom widnejn imma ma tistgħux tisimgħu.+ 22  ‘Lanqas minni ma tibżgħu?’+ hija l-​kelma taʼ Ġeħova. ‘Jew lanqas minħabba fija m’għandkom uġigħ kbir,+ jien li qegħedt ir-​ramel bħala tarf għall-​baħar, regolament dejjiemi* li ma jistax jaqbżu? Għalkemm il-​mewġ tiegħu jintefaʼ ’l hemm u ’l hawn xorta ma jistax jegħlbu; u għalkemm jgħajjat, xorta ma jistax jaqbżu.+ 23  Imma dan il-​poplu sar għandu qalbu iebsa u ribelluża; warrbuni u jibqgħu mexjin fi triqithom.+ 24  Imma ma qalux f’qalbhom: “Issa, ejjew nibżgħu minn Ġeħova Alla tagħna,+ Dak li qed jagħtina l-​ħalbiet tax-​xita u x-​xita tal-​ħarifa u x-​xita tar-​rebbiegħa fl-​istaġun tagħha,+ Dak li jħarsilna l-​ġimgħat stabbiliti għall-​ħsad.”+ 25  L-iżbalji tagħkom warrbu dawn l-​affarijiet, u dnubietkom ċaħħdukom minn dak li hu tajjeb.+ 26  “‘Għax fost il-​poplu tiegħi nstabu rġiel mill-​agħar.+ Dejjem jgħarrxu, bħal meta n-​nassaba jinżlu kokka.+ Ħejjew nassa qerrieda u jaqbdu n-​nies fiha. 27  Bħalma gaġġa tkun mimlija bit-​tjur, hekk djarhom mimlijin bil-​qerq.+ Huwa għalhekk li kibru u jiksbu ħafna rikkezzi.+ 28  Huma ħxienu,+ u saru jleqqu. Faru wkoll b’affarijiet ħżiena. Sabiex jirnexxu,+ huma ma ddefendew ebda kawża legali,+ lanqas il-​kawża legali tat-​tifel bla missier;+ u dwar il-​ġudizzju tal-​foqra m’għamlu xejn.’” 29  “M’għandix jien nitlob kont taʼ dawn l-​affarijiet?” hija l-​kelma taʼ Ġeħova. “Jew m’għandhiex ruħi titħallas minn ġens bħal dan?”+ 30  Sitwazzjoni taʼ l-​istagħġib, iva, ħaġa li tkexkex, hemm fil-​pajjiż:+ 31  Il-profeti qed jipprofetizzaw bil-​qerq;+ u l-​qassisin qed jiddominaw bil-​poter li għandhom.+ U l-​poplu tiegħi kien kuntent b’dan;+ u intom x’se tagħmlu meta jasal it-​tmiem?”+

Noti taʼ taħt

Ara Pr 6:32, in-​nota taʼ taħt.
Letteralment, “għal żmien indefinit.” Ara Ġen 3:22, in-​nota taʼ taħt.