Ġeremija 49:1-39

49  Għal ulied Għammon+ hekk qal Ġeħova: “Jaqaw Israel m’għandux ulied subien, jew m’għandux werriet? Mela Malkam+ għala ħa lil Gad+ f’idejh, u dawk li jqimuh għala bdew jgħammru fil-​bliet taʼ Israel?”+  “‘Għalhekk, ara! Ġej żmien,’ hija l-​kelma taʼ Ġeħova, ‘meta jien insemmaʼ l-​għajta tal-​gwerra+ kontra Rabba+ taʼ wlied Għammon; u hi ssir għolja abbandunata,+ u l-​bliet li jiddependu minnha+ jinħarqu fin-​nar.’+ “‘U Israel jieħu f’idejh lil dawk li ħaduh f’idejhom,’+ qal Ġeħova.  “‘Newwaħ,+ O Ħesbon,+ għax Għaj saret ħerba! Għajtu, O bliet li tiddependu minn Rabba. Tħażżmu bl-​ixkora.+ Olfqu, u iġru ’l hemm u ’l hawn qalb l-​imqawel tal-​ġebel, għax Malkam stess se jmur fl-​eżilju,+ flimkien mal-​qassisin u l-​prinċpijiet kollha tiegħu.+  Għalfejn qed tiffanfra bil-​pjanuri l-​baxxi, bil-​pjanura l-​baxxa u produttiva tiegħek,+ O bint infidila, int li tafda fit-​teżori tiegħek+ u tgħid: “Min ġej għalija?”’”+  “‘Ara, se nġib fuqek ħaġa tal-​biżaʼ,’+ hija l-​kelma tal-​Mulej Sovran,+ Ġeħova taʼ l-​armati, ‘minn dawk kollha taʼ madwarek. U intom tixterdu, kull wieħed f’direzzjoni għalih,+ u ma jkun hemm ħadd li jiġbor flimkien lil dawk li jaħarbu.’”  “‘Imma wara niġbor lill-​imjassrin taʼ wlied Għammon,’+ hija l-​kelma taʼ Ġeħova.”  Għal Edom hekk qal Ġeħova taʼ l-​armati: “Jaqaw m’għadx baqaʼ għerf+ f’Teman?+ Għabu l-​pariri minn dawk li għandhom l-​abbiltà li jifhmu? Tħassar għerfhom?+  Aħarbu!+ Ċedu! Inżlu għammru fil-​qiegħ,+ O abitanti taʼ Dedan!+ Għax se nġib fuqu d-​diżastru t’Għesaw, iż-​żmien li nikkastigah.+  Kieku kellhom jiġu għandek dawk li jiġbru l-​għeneb, ma kinux huma jħallu xi tilqit warajhom? Kieku kellhom jiġu l-​ħallelin bil-​lejl, ma kinux huma jagħmlu ħerba daqskemm ifettlilhom?+ 10  Imma jien, jien se nneżżaʼ għalkollox lil Għesaw.+ Se nikxef il-​moħbiet tiegħu,+ u ma jkunx jistaʼ jinħeba.+ Uliedu u ħutu u l-​ġirien tiegħu żgur isiru ħerba,+ u hu ma jkunx iktar.+ 11  Itlaq lis-​subien bla missier,+ u jien inżommhom ħajjin. U n-​nisa romol tiegħek jafdaw fija.”+ 12  Għax hekk qal Ġeħova: “Ara! Għalkemm m’humiex imdorrijin jixorbu dak li hemm fil-​kies, huma se jkollhom jixorbu bilfors.+ Allura taħseb li int se titħalla bla kastig taʼ xejn? M’intix se titħalla bla kastig, għax ikollok tixrob bilfors.”+ 13  “Għax ħlift bija nnifsi,”+ hija l-​kelma taʼ Ġeħova, “li Bosra+ ma ssir xejn ħlief oġġett taʼ stagħġib+ u taʼ żebliħ, u ħerba u saħta; u l-​bliet kollha tagħha jibqgħu ħerba għal żmien indefinit.”+ 14  Smajt aħbar mingħand Ġeħova, u ntbagħat xi ħadd fost il-​ġnus, jgħid: “Inġemgħu flimkien, u ejjew kontriha, u qumu għall-​battalja.”+ 15  “Għax, ara, għamiltek żgħir fost il-​ġnus, mistmerr fost il-​bnedmin.+ 16  It-tregħid li int qanqalt u l-​prużunzjoni taʼ qalbek qarrqu bik,+ O int li tgħammar fil-​kenn taʼ l-​irdum, fl-​għoli fuq l-​għoljiet. Għalkemm tagħmel il-​bejta tiegħek fl-​għoli bħall-​ajkla,+ jien inniżżlek minn hemmhekk,”+ hija l-​kelma taʼ Ġeħova. 17  “U Edom isir oġġett taʼ stagħġib.+ Kulmin jgħaddi minn ħdejh jibqaʼ ċċassat u jsaffar bi stagħġib, minħabba l-​kastigi kollha tiegħu.+ 18  Bħalma ġara fil-​qerda taʼ Sodoma u Gomorra u l-​bliet ġirien tagħha+ hekk jiġri f’dan il-​każ,” qal Ġeħova, “ebda bniedem ma jgħammar hemmhekk, u ħadd minn ulied il-​bnedmin ma jgħix fih bħala barrani.+ 19  “Ara! Xi ħadd se jitlaʼ bħal iljun+ mill-​imsaġar folti taʼ mal-​Ġordan u jmur lejn il-​mergħa li se ddum għal żmien twil,+ u f’daqqa waħda nġiegħlu jabbandunaha.+ U naħtar fuqha lil dak li nagħżel jien. Għax min hu bħali,+ u min se jisfidani,+ u min, issa, hu r-​ragħaj li jistaʼ jieqaf quddiemi?+ 20  Għalhekk, isimgħu d-​deċiżjoni li Ġeħova ħa kontra Edom,+ u l-​ħsibijiet li ħaseb kontra l-​abitanti taʼ Teman:+ Żgur li l-​frieħ tal-​merħla se jiġu mkaxkrin. Żgur li l-​mergħa tagħhom se jagħmilha ħerba minħabba fihom.+ 21  Mal-ħoss tal-​waqgħa tagħhom l-​art bdiet titriegħed.+ Hemm għajta!+ Ħoss ha nstemaʼ saħansitra mill-​Baħar l-​Aħmar.+ 22  Ara! Bħal ajkla, xi ħadd jitlaʼ u jinżel b’ħeffa+ u jiftaħ ġwinħajh biex jinxteħet fuq Bosra;+ u dakinhar qalb l-​irġiel setgħanin t’Edom issir bħall-​qalb taʼ mara bl-​uġigħ tal-​ħlas.”+ 23  Għal Damasku:+ “Ħamat+ u Arfad+ stħaw, għax semgħu rapport ikrah. Ġew fix-​xejn.+ Fil-​baħar hemm taqlib kbir; ma jistax joqgħod bi kwietu.+ 24  Damasku tilfet il-​kuraġġ. Daret biex taħrab, u ħakimha paniku kbir.+ Niket u wġigħ tal-​ħlas qabduha, bħal mara li qed tiled.+ 25  Kif ma ġietx abbandunata l-​belt tat-​tifħir, il-​belt taʼ ferħ kbir?+ 26  “Għalhekk, dakinhar iż-​żgħażagħ tagħha se jaqgħu fil-​pjazez tagħha, u l-​gwerriera kollha tagħha se jiġu msikktin,”+ hija l-​kelma taʼ Ġeħova taʼ l-​armati. 27  “U nqabbad nar fuq is-​sur taʼ Damasku, u jiblaʼ t-​torrijiet fortifikati taʼ Ben-ħadad.”+ 28  Għal Kedar+ u s-​saltniet taʼ Ħasor,+ li Nebukadressar, is-​sultan taʼ Babilonja, ħabat għalihom,+ hekk qal Ġeħova: “Qumu, itilgħu lejn Kedar, u ħarbtu lil ulied il-​Lvant.+ 29  It-tined tagħhom+ u l-​imrieħel tagħhom,+ id-​drapp tat-​tined+ u l-​oġġetti kollha tagħhom se jittiħdulhom. U l-​iġmla tagħhom+ se jiħduhomlhom. U jgħajtu u jgħidulhom, ‘Biżaʼ kullimkien!’”+ 30  “Aħarbu, itilqu ’l bogħod; inżlu għammru fil-​qiegħ, O abitanti taʼ Ħasor,”+ hija l-​kelma taʼ Ġeħova. “Għax Nebukadressar, is-​sultan taʼ Babilonja,+ fassal pjan kontrikom u ħaseb ħsieb kontrikom.” 31  “Qumu, itilgħu kontra l-​ġens li jinsab fil-​kwiet,+ li jgħammar fis-​sigurtà!”+ hija l-​kelma taʼ Ġeħova. “M’għandux bibien jew staneg. Jgħammru għalihom waħedhom.+ 32  U l-​iġmla tagħhom+ jinsterqu, u l-​kotra taʼ bhejjem tagħhom tinħataf bħala priża. U lil dawk li qaxxru xagħar ngħashom+ inxerridhom maʼ kull riħ;+ u nġib fuqhom id-​diżastru tagħhom mir-​reġjuni kollha taʼ madwarhom,” hija l-​kelma taʼ Ġeħova. 33  “U Ħasor+ issir il-​bejta tax-​xakalli,+ art abbandunata għal żmien indefinit. Ebda bniedem ma jgħammar hemmhekk, u ħadd minn ulied il-​bnedmin ma jgħix fiha bħala barrani.”+ 34  Din kienet il-​kelma taʼ Ġeħova lill-​profeta Ġeremija dwar Għelam+ fil-​bidu tar-​renju taʼ Sedekija,+ is-​sultan taʼ Ġuda, tgħid: 35  “Hekk qal Ġeħova taʼ l-​armati, ‘Ara, se nkisser il-​qaws t’Għelam,+ il-​qawwa ewlenija tagħhom. 36  U nġib fuq Għelam l-​erbat irjieħ mill-​erbat itruf tas-​smewwiet.+ U nxerridhom maʼ dawn l-​irjieħ kollha,+ u ma jkunx hemm ġens wieħed li dawk t’Għelam ma jinxterdux fih.’”+ 37  “U lill-​Għelamin inġegħelhom jitriegħdu minħabba l-​għedewwa tagħhom li jipprovaw jiħdulhom ħajjithom; u nġib fuqhom gwaj, ir-​rabja taħraq tiegħi,”+ hija l-​kelma taʼ Ġeħova. “U nibgħat is-​sejf għal warajhom sakemm inkun qridthom għalkollox.”+ 38  “U nqiegħed it-​tron tiegħi f’Għelam,+ u neqred minn hemmhekk lis-​sultan u l-​prinċpijiet,” hija l-​kelma taʼ Ġeħova. 39  “U jiġri fl-​aħħar parti tal-​jiem+ li niġbor lill-​imjassrin t’Għelam,”+ hija l-​kelma taʼ Ġeħova.

Noti taʼ taħt